Illum previous editions

illum 26 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

MICHAEL Briguglio, kunsillier f ' tas-Sliema u eks-mexxej tal-Alternattiva Demokratika l-bieraħ sostna li fl-isfond tal- iżvilupp ta' żewġ torrijiet f ' tas-Sliema, l-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) saret "il-poodle tal-gvern." F' konferenza stampa, Briguglio sostna kif il-kunsill lokali ta' tas-Sliema diġà oġġezzjona għall-iżvilupp żewġ torrijiet f 'tas-Sliema. Skont l-istess proposti, torri ta' 40 sular se jinbena fuq is-sit tal-Forti Cambridge f ' Tignè, filwaqt li tefgħa ta' ġebla 'l bogħod, mistenni ukoll bini ta' torri ieħor ta' 38 sular fuq is-sit qadim tal-Union Club ħdejn Villa Drago. Ġie spjegat ukoll li apparti mill-impatt ambjentali, l-iżvilupp se jwassal għal żieda ta' madwar 4,000 karozza – figuri li skont l-iżviluppaturi mhux se jaggravaw il-konġestjoni ta' traffiku u n-nuqqas ta' postijiet ta' parkeġġ. Briguglio, li ftit xhur ilu protesta wkoll kontra l-iżvilupp fiż-Żonqor, tenna kif kuntrarjament għal dak li normalment iseħħ, il-Kunsill ma ġiex mgħarraf bl-iżvilupp propost. "Huwa insult lill-kunsill li sirna nafu dwar l-iżvilupp propost minn rapport fil- mezzi tax-xandir u mhux mill-MEPA. Minflok il- kunsill kellu joqgħod jiġri wara l-MEPA biex jagħti r-risposta tiegħu," Briguglio qal. Apparti minn hekk, l-kunsillier tas-Sliema qal li l-iżvilupp se jżid it-traffiku u esprima l-inkwiet tiegħu minħabba l-fatt li l-iżvilupp se jitfa' dell fuq bosta residenzi fil-madwar. Dan l-inkwiet ġie mtenni wkoll miċ–Ċermen tal- Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola li stqarr li b'konsegwenza ta' dan l-iżvilupp ħa jkun hemm iżjed tniġġis tal-arja, aktar riskji ta' saħħa, u inqas postijiet ta' parkeġġ. Żied jgħid ukoll li huwa "insult" kif l-iżviluppaturi qalu li ż–żieda ta' 4,000 karozza mhux se jħalli effett negattiv fuq ir-residenti. L-Alternattiva Demokratika esprimiet it- tħassib tagħha għaż–żieda ta' numru ta' postijiet vojta, u li minkejja dan l-iżvilupp qed jiżdied u l-kwalità ta' ħajja qed tiġi mnaqqra. Il-Ministru jfakkar f ' wirt il-PN fil-MEPA Dan il-ġurnal ikkomunika mal-Ministru tal-Ambjent Leo Brincat permezz ta' imejl, f 'liema imejl staqsa għar-reazzjoni rigward l-iżvilupp propost u l-effetti fuq il-livell ta' għixien tar- residenti u l-konġestjoni tat-traffiku. Minkejja dan, il-ministru ma wiġibx b'mod dirett għal dawn il-mistoqsijiet u qal li "l-MEPA għadha għaddejja bl-istudji tagħha ambjentali dwar il-proġett kif tagħmel fuq kull proġett ieħor." Il- ministru awgura wkoll li jiġi indirizzat kull aspett li jista' jħalli impatt fuq l-ambjent. "Tajjeb li jingħad ukoll li dan il-Gvern wiret MEPA li skont ir-rapport tat-telfa tal-PN kienet nightmare (ħmar il-lejl) u mostru li ħadd ma kellu kontroll fuqu. Kif imwiegħed fil- manifest elettorali tal-Gvern, bħalissa għaddejja ħidma biex l-ambjent u l-ippjanar ikollhom awtoritajiet separati li jwasslu l-vuċi tagħhom b'mod awtonomu," żied jgħid il-Ministru Leo Brincat. 6 illum | Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 Campus, Għajnsielem. JF De Chambray Street, Għajnsielem, Gozo website: mcast.edu.mt - tel: 23987100 Espressjoni ta' Interess – Kiri ta' Fond L-Uffi!!ju tal-Avukat "enerali jinsab interessat li jikri fond g#all-u$u b#ala uffi!!ju g#al perjodu ta' #ames snin. Il-fond g#andu: • jkun !entralment lokalizzat b#al Belt Valletta, Furjana, Pieta, G'Man%ia (postijiet o#ra vi!in il-Belt Valletta jistg#u ji%u kkunsidrati) • jkun ta' madwar 100 metri kwadri • jkollu l-permessi me#tie%a • jkun a!!essibbli g#all-persuni b'di$abilità • jkun lest minn kollox, inklu$ is-servizzi kollha (IT network, ACs, e!!) Il-partijiet interessati huma mitluba sabiex jippre$entaw l-offerta mag#luqa tag#hom inklu$ l-ispejjez kollha sa mhux i$jed tard minn nofsinhar il-!img"a 14 t'Awwissu 2015 lill-Kap Servizzi Korporattivi, L-Uffi!!ju tal-Avukat "enerali, Pjazza San "or%, il-Belt Valletta. Il-MEPA "poodle" tal-Gvern - Briguglio Impressjoni artistika tat-torri propost fuq is-sit tal-Forti Cambridge f ' Tignè

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 July 2015