Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 F 'intervista mal- ILLUM li matulha kienu diskussi diversi suġġetti l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami jistqarr li hu ma jaf b'ħadd fil- PN li "ftit jew ħafna" gawda ma' Gaffarena. Fenech Adami, meta kien qed jitkellem dwar l-kwistjoni tal-proprjetà fi Triq Zekka u l-permess tal-pompa tal-petrol f 'Ħal Qormi li nħareġ taħt dan il-Gvern, qal li nies bħal Gaffarena "jibqgħu ġejjin għal aktar". Dan il-ġurnal għalhekk irrimarka illi jekk, skont kif qed jiddeskrivieh hu stess, Gaffarena dejjem "jiġi lura għal aktar" dan bilfors kien qed jagħmel l-istess fis-snin (madwar 20 sena) li hu flimkien mal-familja kollha tiegħu kienu jappoġġjaw lill-PN. F'dan il-punt Fenech Adami qal hekk; "jien ma naf b'ebda każ, ftit jew ħafna, ta' persuna (fil- PN) li gawdiet minn art, flus jew donazzjonijiet ma' Gaffarena". L-affarijiet ħadu xi ftit ta' xejra ġdida lbieraħ wara kummenti ta' Mark Gaffarena fuq is-sit soċjali Facebook fejn dan akkuża lil Fenech Adami li kien qed jigdeb u li bejnu u Beppe Fenech Adami hemm xi forma ta' "ħbiberija". Gaffarena allega li huma t-tnejn iltaqgħu, kellhom ikliet flimkien, li ġieli wasslu d-dar u li mart Beppe kienet ingħatat ammont ta' xogħol, bħala nutara, minn Gaffarena. Imma Beppe jiċħad dan kollu mal-ILLUM. "Jien u Gaffarena ma kellniex ħbiberija. Iktar tista ssejħilha konoxxenza. Jiena qatt ma mort niekol miegħu. Konna mistednin fl-istess okkażjoni u hemmhekk ltqajna" qal Fenech Adami, li dwar il-kredenzjali Nazzjonalisti ta' Gaffarena żied jgħid li dan tant ma kienx Nazzjonalist, tant li "mal-ewwel intopp, meta ma nqediex, mar lura mal-Partit Laburista". Fil-fatt għal darba, darbtejn Fenech Adami fakkar illi snin ilu il-familja ta' Gaffarena kienu "Laburisti kbar" u li issa marru lura fil-Partit li kienu jappartjenu. Madankollu L-ILLUM huwa nfurmat illi l-familja ta' Gaffarena ma kinitx sempliċiment "familja Nazzjonalista ordinarja" tant li kienet tappoġġja numru ta' eks- Ministri Nazzjonalisti u persuni li kienu għoljin fil-ġerarkija tal-PN fis-snin 90. Dan il-ġurnal infurmat ukoll li ta' Gaffarena kienu jkunu fl-istamperija tal-istess partit bosta drabi fil-passat . Iffaċċjat b'din l-informazzjoni Fenech Adami qal li ma jafx b'dan, "m'għandix idea u jekk hemm xi eks-Ministri Nazzjonalisti li kellhom l-appoġġ ta' Gaffarena, aħjar tistaqsi lilhom." Dwar l-akkuża ta' Gaffarena illi darba huwa kien għenu biex joħorġu minn xi problema li kellu "ma' persuna" partikolari Fenech Adami qal mal-ILLUM "m'għandix idea fuq xiex qed jitkellem. Jien qatt ma kelli nkwiet ma' ħadd. M'għandix idea". Imma allura il-familja Gaffarena li qed titpinġa mill-PN bħala waħda li dejjem trid aktar, possibbli, qatt ma talbet xejn u qatt ma talbet "pjaċiri" bħal ma qed tkun akkużata mill- PN illum, meta dan il-Partit kien fil-Gvern? "Ara, jekk int ħaqqek xi ħaġa li hija dritt tiegħek mela għandek teħodha. Issa meta aħna konna fil-Gvern in- negozju ta' Gaffarena kiber u kien jagħtina l-appoġġ. Imma mbagħad kellek kap tal-Oppożizzjoni (Joseph Muscat) li kien qed jgħidlu li "jekk għandek bżonn permess nagħtijulek". "Allura x'qed tgħid eżattament?" staqsa dan il-ġurnal, "li l-familja Gaffarena appoġġjat lill-PN għax in-negozju kien sejjer tajjeb imbagħad dar mal-PL għax ried xi pjaċir?" F'dan il-punt Fenech Adami jsemmi l-permess li ngħata lil Gaffarena biex ikun jista jiftaħ u jopera pompa tal-petrol f 'Ħal Qormi u allega li kien il-PL li qabel l-elezzjoni wiegħdu li joħroġlu l-permess. "Dawn in-nies jibqgħu ġejjin għal iktar. Wegħduh li jtuh permess għal-petrol station li nbniet illegalment u b'hekk Gaffarena għandu l-Gvern fil-but. Kellu l-lussu li jitlob l-appoġġ basta jingħata l-permess. U hekk ġara. Wara qallu grazzi imma qallu wkoll li jrid aktar" sostna Fenech Adami. Huwa qal li dan il-Gvern, bil- wegħda li għamel lil Gaffarena sar "ostaġġ tal-wegħdi tiegħu" u tilef l-awtorità li kellu. Dwar il-każ tal-proprjeta' fi Triq Zekka Fenech Adami sostna li dan ma kienx sempliċiment żball, "kif qed jipprova jagħti l-impressjoni l-Gvern. Imma kien maħdum bizzilla biex lil Gaffarena l-Gvern għamlu sinjur, mill-lejl għan-nhar". "Qatt ma mort fil-bar fejn imur Cardona" Intant l-intervista daret fuq l-akkużi u l-mistoqsijiet tiegħu fil-konfront tal-Ministru Chris Cardona u dak li l-istess Cardona qal lil dan il-ġurnal f 'intervista li dehret il-Ħadd li għadda. Għandu provi konkreti Beppe Fenech Adami x'juri li fl-iStables Bar fil-Belt , fejn kien Cardona, jintefgħu nies dubjużi, kriminali u hemm attività relatata mad-droga? Fenech Adami ma jweġibx dwar il-bar per se, għaliex jgħid li "ma nafx eżattament fejn hu" imma jfakkar illi fil-konfront tal- Ministru Cardona saru akkużi serji li ma ġewx irribatuti mill- ewwel. "Allaħares niġu f 'punt fejn Ministru ma jweġibx meta jsiru akkużi serji fil-konfront tiegħu. Jiena qomt u tkellimt fil-Parlament fejn semmejt l-akkużi fil-konfront tiegħu. Pretendejt li Cardona jqum u jwieġeb għall-dawk l-akkużi". Filwaqt li jgħid li mhux aċċettabbli għalih li Ministru jmur jixrob "waqt il-ħin tax-xogħol" minn wara nofsinhar sa filgħaxija, jgħid ukoll li jittama li fil-karriera politika tiegħu ma jkollux għalfejn jagħmel dikjarazzjoni dwar teħid tad-droga bħal m'għamel Cardona mal-ILLUM. F'intervista ma' dan il- ġurnal, li dehret il-Ħadd li għadda, il-Ministru Cardona saħaq li hu qatt ma miss mad-droga u li kien lest joqgħod għal test biex jipprova dan. Fenech Adami iżda jiddubita din l-istqarrija u jistaqsi jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-fatt talabx li jsir dan it-test jew jekk Cardona innifsu qgħadx għal dan l-istess test. Imma allura din l-istess tip ta' insinwazzjoni ma tistax tintuża wkoll fil-konfront ta' membri tal- PN? Jekk Deputat Nazzjonalista, jew saħansitra Beppe Fenech Adami innifsu, jmur f 'każin jew bar b'attività kriminali jew tad- drogi jew ta' prostituzzjoni, nkunu nistgħu ngħidu li Beppe qed imur mal-prostituti jew jieħu d-drogi? Għal dan Fenech Adami wieġeb illi jekk "toħroġ storja dwari li, per eżempju, qed ikun f 'post mimli prostituti noħroġ u nirribbatti l-allegazzjonijiet żewġ minuti wara, mhux sigħat jew ġimgħat jew xhur wara. Sempliċiment mhux aċċettabbli li ma tirreaġixxix u ħa nfakkar li sa 48 siegħa wara li ħarġet l-istorja Cardona ma kien għadu qal xejn." Imma ejja għall-argument naqblu mal-PN li Cardona qabeż il-limitu aċċettabbli ta' Ministru, Beppe Fenech Adami jista jiggarantixxi li Deputati tal-PN, eks-Ministru tal- PN jew Ministri prospettivi tal-PN la qatt marru u qatt mhu se jmorru f 'postijiet dubjużi? Fenech Adami ma jagħtix din il-garanzija iżda jisħaq li "min irid imur f 'dan il-bar imur. Sakemm ma tkunx Viċi-Kap ta' partit, per eżempju, jew Ministru. Jekk ċikku l-poplu irid imur f 'dan il-bar jew bar kwalunkwe, jagħmel li jrid. Imma tippretendi li Kap ta' partit jew Viċi Kap jew Ministru jmur f 'bar mimli prostituti jew xorb?" "Dawn huma l-istandards tiegħi. Ir-riga u l-limiti tiegħek huma ferm differenti jekk ikollok pożizzjoni politika. Meta taqbeż il-limiti tad- diċenza, dak l-eċċess ikollu effet fuq il-ħajja pubbliku" temm jgħid Fenech Adami dwar dan is-suġġett. Għadni qed inħallasha d-dar tal- Għarghur Intant Fenech Adami rribatta wkoll l-insinwazzjoni ta' Cardona li mal-ILLUM staqsa minn fejn ġejja d-dar li għandu fil-Għarghur, apparti l-ħames proprjetajiet l-oħrajn. Huwa jgħid li d-dar tiegħu xtraha 22 sena ilu b'valur totali ta' LM50,000, li minnhom LM35,000 kienu b'self mill-bank. Mal-ILLUM Fenech Adami jgħid li għadu qed iħallas din id-dar 22 sena wara. Intant hu jgħid li l-ħames proprjetajiet l-oħrajn huma bi qsim ma' ħutu u l-familja wara l-mewt ta' ommu, Mary Fenech Adami. F'ċerti każi proprjeta' waħda hija maqsuma bejn 10 jew anke 30 persuna. Huwa jgħid ukoll li għandu żewġ appartamenti li xtara ma' martu wara sigħat ta' xogħol u ħidma bħal ma jagħmlu nies oħrajn. Fenech Adami jgħid illi fid-dikjarazzjoni "Jekk hemm xi eks-Ministri Nazzjonalisti li kellhom l-appoġġ ta' Gaarena, aħjar tistaqsi lilhom." "Ma naf b'ħadd fil-PN li Beppe Fenech Adami jgħid li hu ma jaf b'ħadd mill-PN li gawda bi us, pjaċiri, proprjetà jew donazzjoni minn Gaarena u jirribatti l-kummenti tal-istess Gaarena dwar "ħbiberija" bejn it-tnejn Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015