Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 | illum 13 li gawda ma' Gaffarena" G tal-assi li jagħti lill-Parlament huwa jiddikjara kollox, inkluż il-proprjetajiet bi qsim li wiret mingħand ommu. Kieku kont Bondi ma kontx inħalli l-PM jużani Id-diskors jaqa' fuq l-għajta tal-PN u l-kritika qawwija tiegħu fil-konfront tal-Gvern fir-rigward tal-meritokrazija. Huwa minnu li hemm dubji kbar kemm ċerti ħatriet li saru minn Gvern Laburista kienu meritokratiċi, iżda mbagħad għaliex dwar ħatriet oħrajn il-PN ma jitkellimx? L-ILLUM jistaqsi lil Beppe Fenech Adami dwar il-ħatra ta' Lou Bondì fil-bord tal-Fondazzjoni Festi Nazzjonali, b'paga ta' madwar €54,000. Il-Viċi Kap tal-PN jgħid li din il-ħatra ma kienet xejn ħlief "ħadma ta' Joseph Muscat" u jkompli jgħid li "kieku kont jien minflok Lou Bondì ma kontx inħalli lil Muscat jużani. Jiena, nitkellem għalija, meta kont fil-Gvern kont fil-Gvern u meta fl-Oppożizzjoni, aċċettajt dan". Fi kliem sempliċi Fenech Adami ried jgħid, kif jgħidu bl-Ingliż, li you can't have the cake and eat it. "In-nomina ta' Bondi kien biex jużah, għat-taparsi qed iħaddan il-meritokrazija. Għalija strateġija fjakka li tista tinduna biha malajr." Beppe aggressiv, jappella biss għad-'diehards'? Beppe jirribatti wkoll l-impressjoni ta' xi wħud illi huwa "aggressiv" fil-kritika tiegħu u li jappella għal dawk il-votanti kkunsidrati bħala "diehards Nazzjonalisti". "Ma naqbilx li jien nappella għad- 'diehards'. Jien nagħmel l-affarijiet b'passjoni. Nattakka l-politika mhux lill-persuna. Jien qatt ma nagħmel diskors li ma jkunx preparat u xi kultant, nammetti, nagħmilha b'ċerta passjoni. Imma kemm, fil-verità, jaffetwaw inċidenti passati fuq il-mod li bih iħares lejn l-avversarju politiku? Fenech Adami jgħid li hu ra "s-sabiħ u l-ikrah" tal-poltika "però m'hemmx antagoniżmu għall- avversarju minħabba dak li ġara fil-passat. " Huwa jammetti li l-PN għad fadallu x'jaħdem biex jerġa jkun f 'pożizzjoni li jirbaħ l-elezzjoni li jmiss għalkemm juri ruħu ottimist li l-partit jista jirbaħ lura s-simpatija tal-maġġoranza tal-poplu tliet snin oħra. X'jagħmel hu jekk kemm-il darba il-PN ma jirnexxilux jagħmel dan u jitlef l-elezzjoni Fenech Adami ma xtaqx jgħid. "Wara dak li għaddejt minnu dan l-aħħar, itgħallimt li l-aħjar tieħu kollox ġurnata b'ġurnata". "Meta taqbeż il- limiti tad-diċenza, dak l-eċċess ikollu eett fuq il-ħajja pubbliku" Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015