Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 | illum 27 SPORTSillum SE jkun konfront bejn iż-żewġ timijiet ta' Londra, dawk ta' Arsenal u Chelsea, li se jkunu qed jissieltu llum biex jirbħu l-Community Shield ġewwa Wembley Stadium, f 'Londra stess. Arsenal rebħu din ix-shield 13 -il darba, bl-aħħar darba tkun propju s-sena li għaddiet wara li kienu ilhom ma jirbħu l-istess shield sa mill-2004. Matul l-istaġun li għadda l-Gunners rebħu wkoll l-FA Cup. Min-naħa l-oħra Chelsea rebħu din ix-shield erba' darbiet, fosthom tliet darbiet sa mis-sena 2000. Il-Community Shield tkun ikkontestata bejn iċ- champions tal-Kampjonat Barclays Premier li kienu Chelsea matul l-istaġun li għadda bejn ir-rebbieħa tal-FA Cup li matul l-istaġun li għadda kienu Arsenal. Dan se jkun biss it-tieni konfront bejn dawn iż-żewġ rivali kbar fl-istorja ta' din il-kompetizzjoni prestiġjuża fl-Ingilterra. Iżda jekk nieħdu l-konfronti kollha fl- istorja bejn dawn iż-żewġ timijiet rispettivi, fil- kompetizzjonijiet kollha li ħadu sehem fihom, dan se jkun il-185 konfront, bl-ewwel konfront ta' bejniethom imur lura saħanistra sal- 1907. Kemm Arsenal kif ukoll Chelsea kienu ferm kwieti f 'dan is-suq tat- trasferimenti tas-sajf. Dan hekk kif sa issa Arsenal ingaġġaw biss lill-goalkeeper Petr Cech propju mingħand Chelsea hekk kif dan il-goalkeeper kien tilef postu mal-ewwel 11 tal-Blues, għas-spejjeż tal-goalkeeper Belġjan, Thibaut Courtois. Min-naħa l-oħra Chelsea ngaġġaw goalkeeper ieħor, Asmir Begovic, li huwa wkoll il-goalkeeper numru 1 tat-tim nazzjonali tal-Bosnia Herzegovina, biex propju jieħu post il-goalkeeper mir-Repubblika Ċeka, Petr Cech. Madankollu, fadal ftit inqas minn xahar sħiħ biex jiġi fi tmiemu dan is-suq tat-trasferimenti, u għalhekk dawn iż- żewġ timijiet mistennija jakkwistaw aktar plejers ta' isem, u fil-fatt l-istess żewġ timijiet diġà ssemmew li jinsabu interessati f 'numru ta' plejers ta' fama u klassi mondjali, meqjusin bħala stilel. SPORTSillum Stennija kbira għall-nali tal-Community Shield bejn Arsenal u Chelsea Inter Club PUPI Zanetti Malta tappoġġja tfal inqas ixxurtjati tal-komunità Maltija INTER Club PUPI Zanetti Malta organizzat it-tieni edizzjoni ta' attività ta' divertiment għat-tfal inqas ixxurtjati tal-komunità Maltija taħt il-patroċinju tal-E.T.Marie Louise Coleiro Preca, il-President ta' Malta, fil-Palazz Verdala, il-Buskett. Kienet attività li t-tfal kollha ċertament se jibqgħu jiftakru hekk kif ipparteċipaw f 'numru ta' logħob mħejjija mill- kumpanija ta' divertiment Hip Hip Hurra! u Alfred l-magician. Barra minn hekk il-kantanti popolari Fabrizio Faniello, Gaia Cauchi u Amber għamlu atmosfera sabiħa permezz tal-mużika fi ħdan il-Palazz Verdala. Uffiċjali ta' St. John's Ambulance kienu preżenti biex jagħtu l-assistenza tagħhom jekk meħtieġ. Il-President tar- Repubblika kienet preżenti għal din l-okkażjoni speċjali fejn iltaqgħet mat-tfal kollha u ma' l-amministraturi tad- djar, fejn iddiskutiet rigward id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom. Hija faħħret l-inizjattiva meħuda mill-kumitat ta' Inter Club PUPI Zanetti li minbarra l-promozzjoni tat-tim ta' FC Internazionale Milano ġewwa Malta , irnexxielu ukoll joħloq avvenimenti biex jassistu l-komunità Maltija. L-E.T. irringrazzjat wkoll lil Mons. Victor Zammit McKeon għad-dedikazzjoni sħiħa tiegħu, u assistenza li jipprovdi għad-djar kollha. IlPresident tal-Inter Club PUPI Zanetti Malta, Paul Fenech irringrazzja lil E.T. Marie-Louise Coleiro Preca ta' l-ospitalità sabiex dan l-avveniment seta' jsir ġewwa r-residenza tas-sajf tagħha u ġiet ippreżentata b'ġest ta' ringrazzjament. Mingħajr l-għajnuna ta 'diversi individwi u kumpaniji, dan l-avveniment ma kienx ikun ta' suċċess. Paul Fenech f 'isem il-kumitat irringrazzja lill-isponsors kollha, inkluż Dolceria Percius; Chairs Gino (Qormi); Dj Bon Sound & Music Enterainment; Hip hip Hurrah!; Alfred ilmagician; Fabrizio Faniello; Les Chic Diamond Dancers; Gaia Cauchi; Amber Bondin; Playmobil; Nectar Group of Companies; Charles Darmanin & Company Limited; General Soft Drinks; Consolidated Biscuits Co Ltd; Mediterranean Ceramics u wkoll grazzi speċjali lillvoluntiera kollha li taw l-għajnuna tagħhom waqt l-avveniment, speċjalment bil-kordinazzjoni u t-tqassim ta' ikel u xorb lit-tfal. Dan kien wieħed mill-ħafna avvenimenti organizzati mill Inter Club PUPI Zanetti Malta. Fil- ġimgħat li ġejjin il-leġġenda u l-Viċi President ta' Inter Javier Zanetti se jżuru Malta għall- avvenimenti organizzati b'risq il-Fundacion PUPI. Aktar dettalji se jkunu qed jingħataw fil- jiem li ġejjin. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www. icpupizanettimalta.com jew il-paġna uffiċjali ta' facebook https://www.facebook.com/ icpupizanettimalta. Il-persuni kollha li ħadu sehem t-tieni edizzjoni ta' attività ta' divertiment għat-tfal inqas ixxurtjati tal-komunità Maltija taħt il-patroċinju tal-E.T.Marie Louise Coleiro Preca, il-President ta' Malta, l-Palazz Verdala, il-Buskett

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015