Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 SPORTSillum M'HEMMX dubju li l-ġurnata tas-Sibt 18 ta' Lulju 2015 se tibqa' mniżżla b'ittri tad-deheb fil-karriera mill-aqwa fil-boxing tal-boxer mara, Mandy Cortis. Dan hekk kif hija rebħet l-unur tal- aqwa boxer femminili tas-sena li għaddiet, fis-serata organizzata b'tant suċċess mill-Malta Boxing Association - it- tielet edizzjoni tal-Malta National Boxing Awards 2015. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' din il-boxer immedjatament wara li hija rebħet dan l-unur, fejn saqsiha x'fisser għaliha dan l-unur u hi kienet pronta wieġbet li: "Il-fatt li rbaħt dan l-unur tal-aqwa boxer femminili tas-Sena 2014 huwa ta' unur kbir għalija għax iffiser li qed jirnexxieli nirnexxi f 'xi ħaġa li nħobb nagħmel - il-Boxing. Dan l-isport jogħġobni minn kull aspett - sempliċiment li mmur għat-taħriġ u niltaqa' ma' sħabi sad-dieta stretta li rridu nsegwu bħala boxers speċjalment meta nkunu se nikkompetu f 'xi kompettizjoni partikolari. Ilni nitrrenja l-Boxing għal dawn l-aħħar erba' snin issa u nħoss li għeni f 'ħafna affarijiet. Dan hekk kif sirt inħossni iktar kunfidenti, neħħejt naqra mill-mistħija li għandi, inħossni kuntenta bija nnifsi, noqgħod attenta x'niekol u qed nagħmel xi ħaġa li nħobb. Li tkun mara f 'dan l isport m'huwiex daqshekk diffiċli. It- taħriġ tal-boxing huwa iebes però jirnexxielek tagħmlu. Sħabi li nittrenja magħhom jagħmlu minn kollox biex jgħinu lili u 'l kulħadd biex ikun fl-aqwa tiegħu. Li nsib daqsxejn diffiċli, peresli jien mara hija meta niġi biex nikkompeti. Dan minħabba li ma tantx hawn nisa jipprattikaw dan l-isport u xi kultant ma jirnexxilehomx isibuli avversarju biex niġġieled miegħu. Il-kompetizzjonijiet li jmissni nieħu sehem fihom huma fit-22 ta' Awwissu u fis-26 ta' Settembru. Minn hawn, nixtieq inħeġġeġ aktar nisa u rġiel li jibdew jipprattikaw dan l-isport għax huwa sabiħ u ta' sodisfazzjon kbir," temmet tgħid Mandy Cortis. "Huwa ta' unur kbir għalija li rbaħt dan l-unur " - Mandy Cortis Il-boxer mara li tant qed tikseb suċċess ġewwa pajjiżna, Mandy Cortis Wirja denja minn Sana Grillo fil-European Youth Olympic Festival f 'Georgia ILĠINNASTA ta' 14 -il sena Sana Grillo li rrappreżentat lil Malta fl-Edizzjoni tal- European Youth Olympic Festival f 'Tbilisi, Georgia kienet fl-azzjoni fl- individwali tal-ginnastika artistika. Grillo ħadet sehem f 'Pool numru erba' flimkien ma' ġinnasti minn Franza, Grecja, Georgja, Islanda. Fillandja, Awstrija, Slovakkja u Svizzera l-aħħar tnejn fis-sezzjoni ta' Grillo. Infatti minn din is-sezzjoni it-tlett ġinnasti Żvizzeri Lynn Genhard, Thea Brogli u Livia Maria Schmid għaddew mal-aħħar 24. Fil-klassifika ġenerali Sana Grillo spiċċat fis-76 post fost 80 ġinnasta. Madankollu jekk wieħed iqis li kienet fost l-iżghar fil-kompetizzjoni kif wkoll din kienet l-ewwel partecipazzjoni internazzjonali mill-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa li saru fl-Iżlanda il-wirja tagħha kienet waħda mill-aktar denja. Punt pożittiv huwa illi fil-Vault bil-punteġġ ta' 12.55 li kisbet fil-klassifika ġenerali spiccat fit-58 post minn 80 ġinnasta. Fil-Floor hija kisbet 10.85 punti, fil-Vault kisbet 12.55 fl-Uneaven Bars kisbet 8.20 liema punteġġ kien sinifikanti fil-klassifika ġenerali filwaqt li fil-Beam kisbet 9.80 punti. Sana Grillo kienet Tbilisi flimkien mal-kowċ Plamen Angelov Peynov u max- Chef de Mission tal-Kumitat Olimpiku Malti, Charles Camenzuli B'kollox għad-disa' dixxiplini fil-programm tal-Logħob, ġew akkreditati numru rekord ta' atleti madwar 3700 atleta mid-49 pajjiż affiljat mal-European Olympic Committees. Sana Grillo fl-azzjoni waqt il-European Youth Olympic Festival li sar fi Tbilisi f 'Georgia Kumitat ġdid għall-Juventus Club Cuore Bianconero WAQT il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Juventus Club Cuore Bianconero ġie ffurmat il-kumitat ġdid, li se jkun magħmul kif ġej: President - Joseph F Borg Viċi President - James Mizzi Segretarju Ġenerali - Jean Borg Teżorier - Max Zammit Segretarju Internazzjonali - Omar Busuttil Amministratur tal-Klabb - Marlon Hili Direttur tal-Klabb - Eman Vella Uffiċjal tal-Komunikazzjoni - Matthew Mamo Direttur Artistiku - Gabriel Rosario Zammit Uffiċjal għall-Attivitajiet Soċjali - Aris John Fenech Assistent Segretarju Ġenerali - Peter Paul Cassar Assistent Teżorier - David Baldacchino Assistent Amministratur tal- Klabb - Roderick Sammut Assistent Direttur - Mark Zahra Intant, wara li għalaq iż-żmien ta' tender, il-bar għadda f 'idejn it-tmexxija ta' Keith Vella waqt li ttieħdet id-deċiżjoni li l-J Shop Cuore Bianconero jinżamm mill- klabb b'mod konġunt bejn il-Kumitat. Ittieħdet id-deċiżjoni wkoll li bħala sinjal ta' rikonoxximent u apprezzament lill-membri, sa Novembru li ġej it-tesserament tad-DOC, li hi sħubija diretta mal-Juventus, se jkun jiswa' €18 minflok €20 għal dawk li jinkitbu mal-klabb. Peressli Juventus qed iżommu €20 għal din is- sħubija, il-klabb se jkun qed joħroġ hu d-differenza. Il-Kumitat il-ġdid tal-Juventus Club Cuore Bianconero

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015