Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025
32 illum Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 SPORTSillum Il-Kampjonat tas-Serie A – Preparamenti, L-EWWEL PARTI ILKAMPJONAT tas- Serie A għall-istaġun 2015/16 fl-Italja se jkun qed jibda madwar xahar ieħor. Bħalissa l-20 club li se jkunu qed jimmilitaw fis-Serie A jinsabu fl-aħħar tħejjijiet tagħhom biex ikomplu jqawwu l-iskwadri rispettivi tagħhom permezz ta' numru ta' akkwisti. Sa issa numru ta' trasferimenti importanti diġà seħħu, inbidlu numru ta' coaches fit-tmun tat-timijiet rispettivi, u l-partitaji ta' dawn it-timijiet jinsabu ferm ħerqana jistennew x'ismijiet ta' players, it- timijiet li huma jsegwu se jkunu qed jingaġġaw. It-timijiet se jkunu jistgħu jingaġġaw players ġodda fl-iskwadri tagħhom sal-31 ta' Awwissu meta dakinhar tkun qed tagħlaq it-tieqa tat-trasferimenti (transfer window). Jekk nieħdu biss irwol mill-aktar importanti f 'team partikolari, jiġifieri dak ta' coach, sa issa sitt klabbs Taljani għażlu li jbiddlu l-coach tagħhom, waqt li l-14 l-oħra għażlu li jżommu proċess ta' kontinwità billi jżommu l-coach li kellhom fit-tmun tat-team tagħhom, matul l-istaġun li għadda. FIORENTINA - Ftut tal- ġimgħat ilu l-Viola ħatru coach ġdid – l-ex midfieldeer ta' Juventus u Inter, Paulo Sousa. U propju minħabba li dan il-coach kien jilgħab mal-Bianconeri li huma rivali tal-Viola, bosta partitarji ta' Fiorentina ma laqgħux tajjeb l-aħbar li dan il-coach kien ħa t-tmexxija tat-team minn Firenze. Madankollu, jidher li dan l-istess coach ġibed lil kulħadd warajh, permezz tal-karatttru simpatiku u tal- kariżma li jipposjedi. Kienet kemmxejn sorpriża l-aħbar li Fiorentina kienu neħħew lil Vincenzo Montella bħala coach, wara sentejn kollox ma' kollox pożittivi. Ir-raġuni għaliex il-Viola kienu neħħew lill-ex player ta' Roma mit-tmun tat- team kienet dik ta' nuqqas ta' impenn u commitment min-naħa ta' Vincenzo Montella lejn Fiorentina. Fl-aħħar ġimgħat, Vincenzo Montella, kien issemma' li seta' jieħu t-tmexxija ta' Napili jew ta' AC Milan, iżda sa issa l-istess coach żagħżugħ għadu mingħajr club. Fiorentina bħalissa jinsabu ħafna fl-aħbarijiet minħabba l-player Eġizzjan tagħhom, Mouhamed Salah, li wara nofs staġun brillanti magħhom qatta' l-kotba minn mal-Viola minħabba diżgwid li nqala' bejn iż-żewġ naħat u issa jinsab ferm viċin li jingħaqad ma' Roma, għalkemm Inter jinsabu interessati wkoll li jakkwistaw is-servizzi tiegħu. NAPOLI - Napoli wkoll għandhom coach ġdid, Maurizio Sarri - coach bravu ta' 56 sena li matul l-istaġun li għadda mexxa lil Empoli, li fl-istaġun li għadda temmew fil-15 -il post. Dan l-istess coach fl-esperjenza tiegħu fit-tmun ta' Empoli, irnexxielu jesponi l-kwalitajiet ta' players bħal Mirko Valdifiori, liema player inġieb ma' Napoli mill- istess Maurizio Sarri, Daniele Rugani, Ricardo Saponara u Matias Vecino. Jidher li l-president kontroversjali ta' Napoli, Aurelio De Laurentis, għandu fiduċja assoluta f 'dan il-coach, wara li tah l-inkarigu li jieħu post il-coach Spanjol, Rafa Benitez, li ngħaqad mal- ġganti Spanjoli, Real Madrid. EMPOLI - m'hemmx duju li Empoli se jħossu n-nuqqas tal-coach Emanuele Sarri, li ngħaqad ma' Napoli. Se jkun qed imexxi lil dan it-team mir-reġjun tat- Toscana, il-coach Marco Giampaolo, li kien ilu ma jmexxi team fis-Serie A sa minn Settembru tal-2013. Dan il-coach għalkemm jipprometti, mhux li għandu xi CV partikolari. Dan hekk kif wara li kellu esperejnza pożittiva ma' Ascoli għaxar snin ilu, sussegwentament huwa safa mkeċċi minn coach ta' Cagliari, Siena, Catania u Cesena, qabel kellu esperjenza qasira bħala coach ta' Brescia. SAMPDORIA – Il- Blucerchiati wkoll kellhom bidla fil-coach. Dan hekk kif l-ex goalkeeper tagħhom, Walter Zenga, ħa t-tmexxija ta' dan it-team mingħand Sinisa Mihajlovic, li ngħaqad ma' AC Milan. Fl-ewwel jiem tiegħu, diġà qed tidher biċ-ċar l-assertività ta' dan il-coach bravu, fejn għalkemm il- president ferm kontroversjali ta' Sampdoria, Massimo Ferrero xtaq u talab is-servizzi ta' Mario Balotelli u Antonio Cassano, Walter Zenga, mal-ewwel saħaq li dawn ma kinux fil-pjanijiet tiegħu. U dan minħabba r-raġuni ovvja li lkoll nafu li l-aġir u l-imġieba ta' dawn iż-żewġ players barra mill-ground xejn ma tkun waħda tajba, fejn "Din hija polza attrajenti li kienet ilha mistennija" KIEN hemm stennija kbira u partikolari għall-poloz tat-Tazza tad-Dinja li se ssir fir-Russja fis-sena 2018 u li telgħu nhar is-Sibt 25 ta' Lulju. U din l-istennija min-numru ta' segwaċi tal- futbol Maltin ġiet tabilħaqq sodisfatta meta Malta telgħet biex tilgħab propju kontra t-tim nazzjonali Ingliż, fejn ilkoll nafu li f 'pajjiżna hawn eluf kbar ta' partitarji jżommu ma' dan it-tim nazzjonali. Dan hekk kif nistgħu ngħidu li pajjiżna huwa maqsum bejn tnejn fejn jidħlu sapport u sostenn lil timijiet nazzjonali partikolari - nofs Malat tisspportja lit-team nazzjonali Ingliż u n-nofs l-ieħor jissapportja lit-team nazzjonali Taljan. B'hekk wara li Malta għal darbtejn konsekuttivi, jiġifieri fir-rawnd ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja ġewwa l-Brażil u fir-rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej li se jsiru sena oħra fi Franza, ġietha polza prestiġjuża meta telgħet biex tilgħab kontra l-Italja, issa kien imiss lill- Ingilterra biex b'hekk nistgħu ngħidu li pajjiżna kollu se jkun kuntent li jkun ra lill-benjamini tiegħu Tajani jew Ingliżi jilagħbu ġewwa pajjiżna, eżattament ġewwa l-iStadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. Id-dati ferm mistennija tal-konfronti kontra l-Ingilteera se jkunu dawk tas-Sibt 8 ta' Ottubru fis-6pm barra minn dan f 'Wembley Stadium u mbagħad sena wara eżattament il-Ġimgħa l-1 ta' Settembru 2017 fid-8.45pm ġewwa darna fl-iStadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mas-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Bjorn Vassallo li immedjatament wara li ttellgħu l-poloz fir-Russja tana dawn il-kummenti rigward x'jaħseb fuq din il-polza ferm attraenti u prestiġjuża għal Malta. Huwa saħaq li: "Din hija polza attrajenti li kienet ilha mistennija minħabba l-fatt li l-aħħar darba li Malta lagħbet kontra l-Ingilterra fi grupp ta' kwalifikazzjoni kien fl-1971. Il-grupp huwa wieħed diffiċli b'avversarji b'potenzjal tajjeb ħafna fosthom l-iSkozja u s-Slovakkja, iżda bħal dejjem hija okkażjoni sabiħa biex inkomplu naħdmu u nuru progress fil-prestazzjonijiet tat-tim nazzjonali tagħna." Kif semma tajjeb Bjorn Vassallo, barra l-Ingilterra, Malta se tkun qed tilgħab ukoll kontra l-iSkozja u s-Slovakkja li wkoll huma avversarji sodi, kif ukol konta l-Litwanja li huma avversarji inqas ikkwotati. F'dan l-artiklu, se nkunu qed nagħtu ħarsa dettaljta lejn l-impenji li Malta kellha fl- istorja kontra dawn it-timijiet nazzjonali li telgħet biex tilgħab kontrihom fil-polza ta' nhar is-Sibt 25 ta' Lulju: INGILTERRA Din se tkun ir-raba' darba li Malta se tkun qed tilgħab kontra l-Ingilterra. Dan wara telfa minima ta' 0-1 fl-Empire Stadium fil-Gżira fi Frar tal- 1971 u telfiet kbar u identiċi ta' 5-0 f 'Wembley Stadium f 'Mejju tal-1971 f 'żewġ logħbiet ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej. F'Ġunju tas-sena 2000, l-Ingilterra kienet għelbet lil Malta bl-iskor viċin ta' 2-1 f 'logħba ta' ħbiberija biex jiġu mfakkra l-100 sena mit-twaqqif tal-MFA, li kienet intlagħbet fl-iStadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. SLOVAKKJA Malta u s-Slovakkja iltaqgħu sitt darbiet kontra xulxin. Dan sar f 'erba' logħbiet ta' ħbiberija u f 'żewġ logħbiet ta' kwalifikazzjoni għat- Tazza tad-Dinja. Is-Slovakkja kienu għelbu lil Malta bl- iskor ta' 2-1 f 'logħba ta' ħbiberija f 'Marzu tal-1994 fl-iStadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, iżda mbagħad Malta kienet żammet lis-Slovakkja fi draw prestiġjuż ta' 1-1 f 'Awwissu tal-1994, f 'logħba ta' kwalifikazzjoni għat- Tazza tad-Dinja tal-1998 li kienet saret fi Franza. Barra minnhekk is-Slovakkja kienu għelbu lil Malta bl-iskor kbir ta' 6-0 ġewwa darhom lura f 'Settembru tal-1996