Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025
illum | Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 Ritratt mill-fotografu tal-Mediatoday Chris Mangion li juri graffiti pjuttost ikkuluriti fl-Iskate Park tal-Imsida Fl-Ewropa, tattendi jew le titħallas xorta Ritratt tal-ġimgħa David Casa l-aktar wieħed li falla, Miriam dalli l-aktar waħda preżenti JOHN BUSUT TIL SKONT il-VoteWatch Europe, l-membru Parlamentari Ewropew Malti David Casa hu l-aktar membru parlamentari fost is-sitta Maltin li falla milli jmur jivvota meta jkun hemm il-plenarja fi Strasburgu. Fil-fatt hu naqas milli jivvota 254 darba meta f 'dawk li jgħidulhom 'roll- call votes' ivvota f '1055 minn 1309. U dan ifisser li l-persentaġġ tal-preżenza tiegħu din is-sena kienet ta' 80.6%. Dan meta wieħed iqis li l-ħamsa l-oħra Maltin kellhom persentaġġ bejn it-92% sa' 99%, b'Miriam Dalli jkollha 98.78% u Alfred Sant 96.72%, Therese Comodini Cachia 96.18%, Roberta Metsola 95.19% u Marlene Mizzi 91.98%. Fil-mandat li għadda dak bejn l-2009 u l-2014 David Casa kien wieħed fost dawk li kienu kritikati ferm mill- EuroNews meta minn 766 membru Parlamentari hu okkupa l-pożizzjoni 27 fost l-aktar li falla. Il-EuroNews ħarġet kritika qawwija għal dawn l-MPE's li għandhom salarji enormi fl-Ewropa u ma jattendux jew aħjar ifallu milli jkunu preżenti sew fi Brussell kif ukoll fil- plenarja ta' Strasburgu fejn normalment isiru l-voti. Dan ifisser ukoll li fi Brussell hemm inqas kontroll ta' min ikun preżenti jew le. Membru Parlamentari Ewropew għandu salarju ta' €8,000 fix-xahar u dawk li jfallu joħduhom kollha xorta waħda. Dan barra pensjoni kontributorja ta' 3.5%, budget li jistgħu jonfqu ta' €51,588 fis-sena u allowance għal vjaġġi sa €4,243 fis-sena. 'Roll call votes' jew voti rekordjati jirrapreżentaw il-15% tal-voti tal- Parlament Ewropew u huma bżonnjużi fuq kwistjonijiet importanti jew f 'dawk li ma jkunx hemm maġġoranza ċara fuqhom. Barra minn hekk l-MPE's għandhom wkoll il-vjaġġi kollha bejn Brussell u Strasburgu mħallsin kollha. Dan barra li hemm allowance ta' €304 kuljum għall-akkomodazzjoni kull meta Membru Parlamentari Ewropew jkun fuq xogħol uffiċjali, basta jiffirma reġistru ta' attendenza. Hemm ukoll allowance ta' €152 kuljum għal laqgħat barra l-EU. Għandhom ukoll baġit ta' kwart ta' miljun ewro, iġifieri €254,508, fis-sena sabiex iħallsu l-impjegati tagħhom li ma jkunux mogħtija lil membri parlamentari iżda jingħataw direttament lill- membri tal-istaff. "Membru Parlamentari Ewropew għandu salarju ta' €8,000 fix- xahar u dawk li jfallu joħduhom kollha xorta waħda" L-MEP tal-PN David Casa L-MEP tal-PL Miriam Dalli