Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

DANIEL MIZZI FTIT jiem wara li ġew ppubblikati l-konklużjonjiet tal-inkjesta dwar l-eks Kummissajru tal-Pulizija Ray Zammit u wliedu, l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici lbieraħ qal li Zammit ġie mwissi biex ma jerġax jirrepeti l-atteġġjament tiegħu, iżda minkejja t-twissija, l-ebda passi dixxiplinarji għadhom ma ttieħdu kontrih. Minkejja li l-inkjesta mmexxija mill-eks Imħallef Michael Mallia ddeskriviet l-atteġġjament ta' Ray Zammit bħala wieħed "ċensurabbli," l-eks Kummissarju tal-Pulizija jidher li se jżomm postu bħala Kap tal-Aġenzija tal-Wardens u l-Aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. L-inkjesta żvelat kif fost l-oħrajn, fl-2010, Ray Zammit u uliedu Daniel u Roderick, it-tnejn spetturi fil-korp tal- pulizija, kellhom relazzjonijiet ta' negozju mal-familja ta' Gaffarena. Minkejja li dan seta' wassal għal kunflitti ta' interessi, dan kollu seħħ mingħajr ma Zammit u wliedu talbu permess biex jidħlu fin- negozju ma' Gaffarena. Kuntrarjament għal uliedu Daniel u Roderick Zammit, Ray Zammit ma tax biżżejjed kontribut fil- kumpanija ma' Gaffarena u għalhekk l-atteġġjament ma kienx meqjus bħala wieħed "daqshekk serju." Madankollu, l-eks Imħallef Mallia qal li l-atteġġjament ta' Ray Zammit kien "ċensurabbli". "L-Imħallef Michael Mallia kkonkluda li l-atteġġjament ta' Ray Zammit kien ċensurabbli iżda mhux daqshekk sejru. Huwa qal ukoll li kieku Ray Zammit kienu għadu parti mill-korp tal-pulizija llum, kienu jittieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront tiegħu," qal il-kelliem ta' Owen Bonnici. "Minkejja li Zammit ma jagħmilx parti mill-Korp, il- Ministru avża lil Ray Zammit biex ma jirrepetix l-imġiba. Issa se nħarsu 'l quddiem biex inwasslu l-bidla li wegħdna fis-sistema tal-infurzar tal- wardens," żied jgħid. Min-naħa tiegħu, l-Ministru tal-Intern Carmelo Abela baqa' sieket u qal li sa issa, l-inkjesta qed tiġi analizzata mill-awtoritajiet responsabbli. Intant, fil-konklużjonijiet tar-rapport tal-inkjesta, ntqal ukoll li l-eks Spettur Daniel Zammit ma mexiex skont l-etika u li saħansitra xekkel il-prosekuzzjoni tal-omiċidju kontra Stephen Caruana – l-eks raġel ta' bint Joe Gaffarena - li bħalissa jinsab akkużat li qatel lis-sieħeb tal-eks mara tiegħu Neville Baldacchino. Sitt xhur wara l-qtil, propjru f ' Ġunju 2009, Daniel u Roderick Zammit xtraw għalqa fil-Baħrija mingħand Alfred Chircop. Chircop nnifsu kien xtara l-istess proprjetà mingħand kumpanija ta' Gaffarena. Ħareġ ukoll li l-każ ġie mtawwal mingħajr bżonn u li saħanstira s-sit fejn sar id-delitt f ' Ħal Qormi twaqqa' u minfloku ttellgħet blokka appartamenti mingħajr il- permess tal-Qorti. Ir-rapport tal-Imħallef Mallia tefa' dawl ukoll fuq il-ħbiberija ta' Daniel Zammit u ħuh Roderick ma' Hugo Chetcuti, s-sid ta' diversi stabbilimenti f 'Paċeville. Irriżulta li Daniel Zammit organizza festin għal għeluq snin ħuh fil-villa ta' Chetcuti fil-Madliena. Il-Gvern talab lill-Imħallef Mallia jirrakkomanda x'passi għandhom jittieħdu fil- konfront tal-membri tal- familja Zammit. Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 | illum 7 MCAST reserves the right to accept or refuse in part or in whole, any or all tenders submitted. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Invitation to tender Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Project part-financed by the European Union European Social Fund (ESF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future MCAST T. 15/2015 TENDER FOR THE SUPPLY AND DELIVERY OF SOFTWARE TO THE MALTA COLLEGE OF ARTS, SCIENCE AND TECHNOLOGY Tender documents may be requested by email (on the email address below) or collected from the Purchasing Department at the MCAST Administrative Building (at the address below), from Monday to Friday, from 08:30hrs to 13.30hrs. Tenders should be placed in the pre-addressed envelope and deposited in the appropriate tender box at the MCAST Administration Building, at the address below, by no later than Friday 21st August 2015 at 11:00hrs. The Principal of the Malta College of Arts, Science and Technology notifies that offers from interested parties will be received for: EUROPEAN SOCIAL FUND 3.102 Karta safra lil Zammit wara l-inkjesta L-eks Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit (ċentru)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015