Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118
Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 | illum 11 TKELLIMNA ma' Noel Formosa, is-sindku ferm maħbub mill-komunità Lawrenzjana li qalilna, "Għalija l-Festa mhix biss il-festa ta' armar, nar u kuluri imma fuq kollox il-festa hija mument tal- komunità. Jien nagħti importanza kbira lill- komunità allura f 'dawn il- jiem tal-festa, il-fatt li tara l-komunità kollha kemm hi tiċċelebra festa waħda għalija jfisser li l-komunità għadha waħda b'saħħitha li tfittex li tkun flimkien. Kemm hija xi ħaġa sabiħa! "Matul dawn il-ġranet naħdmu flimkien biex insebbħu lil raħalna għal għan wieħed. Dan l-għan huwa San Lawrenz. Jalla dan jibqa' l-għan aħħari tal- festa tagħna. San Lawrenz bħala qaddis u bħala raħal. San Lawrenz jagħtina l-motivazzjoni li naħdmu flimkien u naħdmu bla ebda interessi oħrajn bħalma huma interessi finanzjarji jew personali. Il-lokalità tagħna hija lokalità żgħira imma hija lokalità attiva ħafna u dan li jkompli jagħmel lil raħalna speċjali. Nawgura li kemm il-festa kif ukoll kull attività li nwettqu jibqgħu ikunu ispirati minn dan il-għan. Ejjew oqgħodu għal festa tagħna, pjaċir tagħna li tiċċelebraw magħna." Ta' min isemmi li kull min imur għall-festa ta' San Lawrenz, jista' jara r-restawr tal-pitturi mill-id tal-bravu pittur Għawdxi Pawlu Camilleri Cauchi. banda li għadha tmur sal- lum. Mill-1974 il-purċissjoni bdiet tiġi akkumpanjata mill-banda Victory tax- Xagħra. Ftit kienu dawk id-drabi, tul dawn l-aħħar mija u għoxrin sena, li l-istatwa ta' San Lawrenz ma ħarġitx f 'purċissjoni nhar il-festa. Sal-ġurnata tal-lum, kull Lawrenzjan jistenna ħerqan il-ġranet sbieħ tal-festa, ġranet li jgħaqqdu lill-komunità kollha f 'riġlejn il-patrun li tiegħu hi ġġib isimha. Dettall interessanti huwa li sal-1960 il-festa fil-parroċċa ta' San Lawrenz Għawdex kienet tiġi ċċelebrata nhar il-festa liturġika tal-Patrun, jiġifieri fl-10 ta' Awwissu. Mis-snin sittin, din bdiet tiġi ċċelebrata fit-tieni Ħadd ta' Awwissu. L-Informazzjoni ttieħdet mir-Rivista San Lawrenz 100 Sena Magħna 1895-1995 li l-Parroċċa ta' San Lawrenz ippubblikat fl-okkażjoni tal- ewwel ċentinarju mill-miġja tal-istatwa titulari ta' San Lawrenz. Ir-raħal tat-tliet għoljiet Il-pjazza ta' San Lawrenz Mattia Preti f 'San Lawrenz "Il-festa hija mument tal-komunità" - Noel Formosa