Illum previous editions

illum 9 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 K ien kollega tiegħi, Kevin Grech li semmieli lil Victor Micallef li jagħmel parti mill-grupp ta' suċċess enormi 'e Tenors'. Kevin kien jafu meta kien jgħix il-Kanada u mill-ewwel għamilt il-'homework' tiegħi ħalli nagħmel kuntatt ma' dan il-kantant Kanadiż ta' oriġini Maltija. Minn hawn u minn hemm għamilt kuntatt mal-uċċju tiegħu tar-relazzjonijiet pubbliċi u bgħattlu sett ta' mistoqsijiet li hu weġibhom b'mod mill-aktar profond fejn tħossok qisek qed titkellem miegħu wiċċ imb' wiċċ. U ta' dan irrid nirringrazzja wkoll lil Adrienne Kakoullis u Andrea McLoughlin għal koperazzjoni u l-paċenzja li ħadu bina t-tnejn. Fittixt dwar dan il-grupp u sibt li dawn huma ta' suċċess kbir fejn kull fejn imorru jimlew mhux biss is-swali iżda wkoll l-istadia enormi li jkantaw fihom madwar id-dinja, speċjalment fl-Istati Uniti u l-Kanada. Victor li hu iben Joseph li kien il-fundatur tal-istazzjon Malti tar-radju u TV fil-Kanada fejn anke ngħata l-unur ta' Kavallier tal-Ordni ta' San Ġwann, beda jistudja l-mużika klassika minn kmieni ħafna, "Kollox beda meta kelli 4 snin, il-ġenituri tiegħi kienu jarawni ndoqq il-mużika tal-films fuq il-pjanu bl-udit u meta oħti l-kbira ma riditx tkompli tistudja l-pjanu, jien kont il-kandidat ovvju li nibda nieħu l-lezzjonijiet tal-pjanu fil-familja. "U sal-ġurnata tal-lum nirringrazzja lil oħti talli ma komplietx turi interess fil-pjanu. Komplejt nistudja l-pjanu u kont anke nħobb inkanta, fejn dak iż-żmien kont inkanta kollox, minn pop sa kanzunetti klassiċi u mużika sagra. Minn dejjem kont naf anke wara li ddeċidejt li nistudja l-opra li kont napprezza kull ġeneru ta' mużika." Tlabtu jgħidli min kienet il-persuna li emmen f 'leħnu, "Kont nattendi l-knisja Maltija ta' San Pawl Appostlu f 'Toronto u darba missieri kien talab lill-arċipriet biex inkanta. Kont se mmut bil-biża' għax jien kont tifel mistħi u qas kont noħlom li nkanta quddiem in-nies. Iżda missieri kien bniedem strett u ma stajtx ngħidlu le u għalhekk, il-Ħadd ta' wara sibt lili nnifsi quddiem knisja ppakkjata. U din kienet il-bidu tat-triq tiegħi, mertu kbir għal missieri. Il-passjoni li nkanta daħlet fija wara li miet missieri. Kelli biss 16-il sena u hu kien l-akbar ħabib tiegħi. U biex ħriġt minn dan iż-żmien diffiċli iddeċidejt li nibda nkanta." Attenda l-Università ta' Toronto fejn kiseb il-Grad ta' Baċellerat fil-vuċi. Fl-1998 mar Firenze fejn beda jistudja mat-tenur Franco Pagliazzi. Kemm dam fl-Ewropa, beda jkanta f 'opri u kunċerti mal-kumpanija Teatro del Maggio Musicale Fiorentino. Fl-2004 irritorna Toronto u kien aċċettat bħala membru mal-kumpanija prestiġġjuża Ensemble Studio. Fejn ħa sehem f 'diversi partijiet f 'Opri bħal Tamino f 'The Magic Flute ta' Mozart, Macduff u Malcolm f 'Macbeth u Rodolfo f 'La Boheme fost opri oħra. Xtaqt inkun naf kif ħassu bħala żagħżugħ ikanta din it-tip ta' mużika. "Ma nafx, iżda jista' jkun f 'dinja miġnuna fejn kollox qed jinbidel daqshekk veloċi għad hawn apprezzament kbir lejn il-vuċi tat-tenur. Minn żmien Caruso li kien l-ewwel wieħed li ħareġ diski b'vuċi ta' tenur fejn id-dinja ġiet affaxinata mill- vuċi ta' tenur li hi l-aktar tonalità għolja għal raġel." Victor ingħaqad mal-grupp 'The Tenors' fl-2006 meta mara Kanadiża marret fuqu u talbitu jekk jixtieqx jingħaqad ma' grupp ta' tliet tenuri oħra. "Ngħidlek il-verità għall-bidu ma tantx interessajt ruħi minħabba li kont iffukat biss fuq l-opra dak iż-żmien. Iżda meta kantajt magħhom irealizzajt li hemm xi ħaġa speċjali, hekk, xi ħaġa maġika meta konna nkantaw. Mill-ewwel wirja li tajna stajt inħoss li l-pubbliku kien kommoss. Konna qed nikkreaw poter fejn sal-lum nirċievu eluf ta' ittri li jaqsmu l-istejjer tagħhom kif il-mużika tagħna kienet missitilhom ħajjithom. U dan kompla saħħaħ il-fatt li ma stajniex immorru lura u din ir-rabta mal-udjenza hi li tispirana fit-triq li ninsabu fiha." Ir-repertorju ta' 'The Tenors' jappella għal kull ġeneru. "Għalkemm inkantaw diversi arias minn opri ma nkantawx hekk biss. Il-wirjiet tagħna u s-cds li nirrekordjaw huma vjaġġ mużikali mill-klassiku sal-pop. Għalkemm l-erba li aħna tenuri, għandna stili differenti fejn kull individwu għandu saħħa differenti mill-ieħor. Il-fatt li tnejn minna huma tenuri operistiċi u tnejn l-oħra tenuri pop, jgħinna biex inkunu diversi. Snin ilu l-kunċerti tagħna kienu jattiraw nies anzjani iżda llum fil-wirjiet tagħna ikun hemm udejnza minn kull età. F'era fejn il-bejgħ tad-diski qed jonqos, il-kumpanija tagħna Universal qaltilna li d-diski tagħna qed jinxtraw minn nies ta' kull età minn 6 sa 96 sena." Staqsejtu liema tagħtih l-aktar sodisfazzjon jekk hux l-opri li jkanta waħdu jew inkella mal-grupp, fejn weġibni li kollha jissodisfawh b'modi differenti. "Fl-opra tilbes kostum u tkun tista' tinterpreta personaġġi differenti. Meta tkanta f 'kunċerti waħdek hemm int u l-udjenza fejn l-esperjenza dak il-ħin hi waħda intima. Mal-grupp irridu naħdmu flimkien biex nikkreaw enerġija kollettiva. Hu kollu dwar il-mużika u l-kuntatt mal-udjenza." Victor qalli li l-emozzjoni li tħoss meta eluf ikunu qed japplawduk għal dak li qed tagħtihom, hi xi ħaġa li ma tistax tiddiskriviha, "Inkredibbli. Enerġija li tmur min-naħa għall- oħra bejn l-artist u s-semmiegħ u hi emozzjoni straordinarja. Meta tisma r-reazzjoni u l-apprezzament tal-udjenza, qalbek timtela b'ferħ tremend." Staqsejtu jekk hemmx xi kanzunetta partikolari li tqajjimlu ġismu xewk xewk. "Ma tajtnix għażla faċli. Hemm ħafna li jqajmuli ġismi xewk xewk. Li kelli nagħżel kanzunetta li nkantaw bħala grupp, 'Hallelujah' ta' Leonard Cohen." Fil-fatt darba minnhom waqt l-Oprah Winfrey Show waqt din il-kanzunetta ġew mogħtija sorpriża meta tfaċċat Celine Dion tkanta magħhom, "dak il-ħin waqfet qalbi iżda l-esperjenza ħallietna nkomplu nkantaw." Victor kompla jgħid li kanzunetti oħra li hu jħossu marbut ħafna magħhom huma l-Ave Maria ta' Schubert, 'The Lord's Prayer' ta' Malotte u 'Nessun Dorma' ta' Puccini. Kollha huma 'masterpieces'. F'kull grupp ikun hemm xi primadonna, u min hu l-primadonna tat-Tenors? "Dażgur li hemm. Wara kollox aħna tenuri. Apparti ċ-ċajt, naħseb li aħna kollha individwi saqajna mal-art u nemmnu li flimkien aħna s-somma ta' diversi partijiet." Victor kompla jgħid li t-tenuri kollha għandhom personalità qawwija u għalkemm hu diffiċli li wieħed jiddeskrivi lilu nnifsu, sħabu jgħidulu li jarawh bħala figura ta' missier li dejjem jiġġieled u jaħdem biex iżomm il- familja u r-relazzjonijiet ta' bejniethom ħajjin u magħquda. "Nemmen li persuna ferħana hi persuna ta' suċċess u din hi importanti li wieħed iżommha f 'moħħu meta jkanta. Jien perfezzjonist u għalhekk irrid infakkar lili nnifsi biex inżomm pass lura u "Il-Ħolma tiegħi li John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Victor Micallef twieled Toronto l-5 ta' Ġunju minn ġenituri Maltin, Joseph mill-Imsida u Margaret nèe Mifsud minn Ħaż-Żebbuġ li emigraw lejn il-Kanada s-sittinijiet. Miżżewweġ lil Kathleen Fenech u missier Zachariah Joseph ta' 7 snin. Beda jistudja l-mużika klassika ta' eta ċkejkna u llum jiorma parti minn grupp fenominali ta' suċċess kbir x-xena Kanadiża u Amerikana 'THE TENORS'. "Kont se mmut bil-biża' għax jien kont tifel mistħi u qas kont noħlom li nkanta quddiem in-nies." Tenur Malti b'suċċess mondjali mal-grupp

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 August 2015