Illum previous editions

illum 9 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 | illum 13 li nkanta f 'Malta" G nimxi ma' dak li tgħidli qalbi u mhux moħħi." Victor hu Kanadiż b'oriġni Maltija iżda hu ferm kburi bl-oriġini tiegħu, "Estremament kburi li jien ta' oriġini Maltija u nsemmiha kull fejn immur. Naħseb li writt din il-kburija mill- ġenituri tiegħi li rabbewni bi tradizzjoni Maltija. Missieri li kien wieħed mill- membri fundaturi tal-programmi televiżivi u tar-radju Maltin fil- Kanada, dejjem emmen li nżommu t-tradizzjonijiet tagħna ħajjin. U anke jekk ilu ħafna snin nieqes, dak li għallimni għadni nġorru fija sal-lum." Victor qal li kemm-il darba ġie Malta u bħala tifel kienu jiġu aktar regolari, "Inħobbha ħafna lil Malta. U kull meta niġi, mill-ewwel inħossni parti minn din il-gżira u mal-poplu Malti. U għandi ħafna min jiġi minni f 'Malta." Imma Victor ġieli kanta f 'Malta? "Ħafna snin ilu meta kont mal- kumpanija Maggio Musicale Fiorentino kont ġejt mitlub mill-ambaxxata Kanadiża f 'Ruma biex inkanta t-Teatru Manoel. Nixtieq ħafna li xi darba nirritorna Malta inkanta ma' 'The Tenors'. Ikun avveniment sabiħ u speċjali għalija. Dejjem niftaħar kemm hi sabiħa Malta ma' sħabi tal-grupp u dejjem urew interess li jiġu jagħtu wirja Malta. Sew il-familja tiegħi u l-familji tagħhom dejjem jistaqsuni meta se jirnexxielna nagħmlu dan u dejjem weġibthom li nispera li jkun dalwaqt" Nispera li xi organizzatur tal-kunċerti wara li jaqra din l-intervista jara kif jagħmel ħalli jġibulna lil dan l-istilla Malti jagħti kunċert fil-gżira tagħna. It-tenur Victor Micallef kien iltaqa' ma' Joseph Calleja waqt li kien on tour mal-grupp tiegħu f 'Berlin, "fil- ġurnata off rajt riklam ta' 'Lucia di Lammermoor' fejn Calleja kien it-tenur prinċipali tal-produzzjoni. Mort narah bħala Malti u kien eċċezzjonali. Kif spiċċa mort backstage biex nifraħlu u tkellimna xi ftit. Hu persuna mill-aħjar u nixtieq li xi darba nkantaw flimkien." Għal Victor li jiġi Malta jkanta hi ħolma għax issa ilu 14-il sena minn meta ġie Malta l-aħħar. "Nixtieq niġi Malta biex inkanta x-xogħol ġdid tagħna 'Under One Sky' f 'kunċert 'open air' u nirrekordjawh live f 'ambjent sabiħ għall-poplu Malti. It-tieni biex nerġa nara lill-familjari tiegħi u t-tielet biex nagħti esperjenza lil ibni dwar dak li għandha x'toffri Malta." Fl-aħħar, Victor xtaq jibgħat messaġġ lill-Maltin fejn kitibli bil-Malti, "Nispera li ma ndumx ma narakom". Wieħed jista' wkoll jidħol fil-website tax-show ġdid ta' The Tenors, 'UNDER ONE SKY' fuq: http://www.tenorsmusic.com/ mal-grupp 'The Tenors' Ritratt: George Pimentel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 August 2015