Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118
14 illum | Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 ILPUNT "Jibqgħu ġejjin għal aktar" F il-pajjiż bħalissa ftit li xejn għaddejjin kwistjonijiet kbar. Is-Sajf, ħlief għal xi eċċezzjonijiet bħal dak tal-1998, iġib miegħu klima politika ġeneralment kwieta bl-argumenti politiċi li jqajmu ħafna entużjażmu, jkunu f 'minimu. Dan is-Sajf jidher li ġab miegħu il-kwistjoni Gaffarena, jew iktar minn hekk, ma' min miż-żewġ partiti, membri minn din il-familja gawdew l-aktar. Il- Ħadd li għadda mal-ILLUM il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami ddeskriva nies bħall-familja Gaffarena bħala dawk li "jibqgħu ġejjin għal aktar". Huwa qal li l-problema tal-Gvern preżenti hija li, skont hu, wara li wegħdu li jiftaħlu l-pompa tal-petrol f 'Ħal Qormi, li ma kinitx kollha skont il-permess tal-MEPA, dan Gaffarena reġa' mar għand il-Gvern, din id- darba b'talba ħafna ikbar. U minn hemm twieldet il-kwistjoni kollha tal- proprjetà fi Triq Zekka. Il-problema ta' Fenech Adami u tal-PN imma huwa li ta' Gaffarena li, kif qed jitpinġew mill-PN illum, għandhom ġuħ kbir biex jimlew l-istonku bil-pjaċiri politiċi, anke dwak illeċti, kienu Nazzjonalisti għal kważi 20 sena sħaħ. U dan ma kienx Nazzjonalist ordinarju, dan Gaffarena u l-familja tiegħu, f 'dawn l-20 sena. Ma kienx sempliċiment tesserat. Kien ħafna iktar minn hekk. U min kien fil-PN għal ħafna snin, f 'dawk is-snin, jaf li din hija il-verità. Jaf li wara li J.Gaffarena kellu kwistjoni taħraq mal-Gvern Laburista fiż-żmien Karmenu u Mintoff dan tefa' l-għeruq fil-PN (għax sab lil min jilqgħu) u kien qiegħed jappoġġja bil-miftuħ u bil- qawwa kollha eks-Ministri u eks-Segretarji Ġenerali tal-PN. L-ILLUM huwa infurmat li dan mhux talli kien kanvasser prim ta' xi Ministri Nazzjonalisti li dejjem riduha ta' beati, talli kien ikun l-istamperija "ta spiss" u dam ikun hemm "ta' spiss" għal ħafna żmien, speċjalment fis-snin tad- "deheb" tal-istess partit. Allura tiġux tgħiduli li f '20 sena sħaħ ta' attiviżmu, fid-deher u fil-moħbi, dawn, li llum "jibqgħu ġejjin għal aktar" u li ma jixbgħu qatt u b'xejn,qatt ma talbu xi forma ta' pjaċir. Iva qatt f '20 sena l-familja Gaffarena ma' kellha ċans tibni għeruq fondi mal- familja Fenech Adami jew mal-familja De Marco, per eżempju? Qatt f '20 sena ma taw jew irċevew xi ħaġa? Qatt f '20 sena ma ngħalqu l-għajnejn għal xi żvilupp li mhux suppost sar? Qatt f '20 sena ma tawh għalf in-Nazzjonalisti biex jimla l-istonku? Din hija l-problema tal- PN, kif deskritti fl-editorjal ta' dan il-ġurnal tal-Ħadd li għadda, l-iħirsa tal-passat. Mela inti tista' tittieħed bis-serjetà meta tilgħaba tal-verġni u tal-onest, meta int kont fil-Gvern sentejn ilu biss għal 25 sena, li f '20 minnhom kellek lil dawn li jibqgħu ġejjin għal aktar" ma' djulek? Mhux it-tnejn l-istess? Imma dan li għadni kif ktibt mhux xi konsolazzjoni għall-Gvern preżenti. Lanqas xejn. Il-fatt li n-nies, meta ssemmilhom il-każ jgħidulek "mhux kollha l-istess" mhu ċertifikat sabiħ xejn għal Gvern li ilu fil-poter sentejn biss. U huwa iktar gravi meta tqis li f 'dak li jiswa l-aktar, jiġifieri fl-ekonomija u f 'miżuri li jħallu aktar flus fl-idejn il- Gvern sejjer pjuttost tajjeb. Gvern Laburista għandu jkun kollox basta mhux replika tal-Gvern preċedenti, li tant iħobb isemmi. Ma jistax jibqa' jgħid "imma ara huma għamlu agħar" ma jistax jibqa' jitqabbel mal- agħar snin ta' Gvern tal- PN, jekk irid jissopravvivi. Il-maġġoranza assoluta tal-poplu ma xkupax l-għanqbut 'l barra biex dan jinbidel b'għanqbut ieħor, ma xkupax in-nepotiżmu jinten biex ikollu nepotiżmu ieħor u ma xkupax lil dawk li minn wara dahar il- poplu ħadu żieda ta' €500 fil-ġimgħa (daqs pensjoni ta' xahar) biex ikollu esproprijazzjonijiet multi- miljunarji u nies jitħallsu l-eluf u bilkemm jistgħu jagħtu kont ta' ħidmiethom. Poplu li jixkupa darba, poplu li jixkupa dejjem. Kundanna bla riżervi Il-vjolenza li kapaċi biss iwettqu l-ISIS issa kważi bdejna nidrawha. Tant bdejna nidrawha li ftit li xejn għadna nitkellmu dwarha jew nirraportawha fil-midja. Imma għax drajnieha ma jfissirx li mhux qed tiġri, ma jfissirx li hemm xi spjegazzjoni razzjonali għaliha. Din il-ġimgħa, is-sit Illum.com.mt irraporta kif għal darb'oħra persuna oħra omosesswali kienet mgħammda, marbuta u mitfugħa sulari minn fuq bini fl-Iraq. Quddiem folla ta' nies iħarsu, dan il-bniedem iffaċċja mewta bla dinjità għax iħobb raġel ieħor, suppost f 'isem Alla. Dan l-att infami, li jingħaqad mal-atti infami oħrajn ta' dawn l-estremisti, huwa kundannabbli mingħajr ebda riżerva. Huwa tal-mistħija li madwarna għad hawn pajjiżi u persuni li jużaw ir-reliġjon biex ixerrdu l-qerda, l-mewt u l-imrar. Ma naqbilx ma' Karl Marx li r-reliġjon huwa opju, huwa l-bnidem li juża r-reliġjon biex iraqqad is- sensi u jgħassar lill-poplu fl-injoranza li huwa, mhux biss opju, imma saħta. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT "Il-maġġoranza assoluta tal-poplu ma xkupax in-nepotiżmu jinten biex ikollu nepotiżmu ieħor" "Qatt f '20 sena ma taw jew irċevew xi ħaġa? Qatt f '20 sena ma ngħalqu l-għajnejn għal xi żvilupp li mhux suppost sar?"