Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118
Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 | illum 19 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt 'Id-drittijiet' saru xi ħaġa li f 'Malta u f 'pajjiżi tal-punent nieħdu kważi, kważi bħala xi ħaġa awtomatika. Minnu nnifsu dan huwa aspett ferm pożittiv li juri kif bħala pajjiżi sirna nifhmu aktar, ngħadru aktar u kompassjonati lejn il-bżonnijiet ta' ħaddieħor. F'pajjiżna mxejna ħafna 'l quddiem f 'diversi aspetti soċjali, b'liġijiet li taw drittijiet ġodda lill- konsumatur, lill-mara, lill-persuni omosesswali u transesswali, lill- persuni b'diżabbiltà, lit-twemmin u naturalment lill-bniedem in ġenerali. Ifisser li Malta għamlet progress qawwi meta introduċiet id-dritt li koppja omosesswali tidħol f 'Unjoni Ċivili, ifisser li l-Ewropej flimkien ma' miljuni kbar oħrajn għamlu progress meta l-mara ħarġet mill-għanqbut u l-ktajjen u ngħatat id-dritt li tivvota, id-dritt li tgħix ħajjitha, li jkollha karriera u li ma toqgħod għall-ebda impożizzjoni. Ifisser li għamilna passi ta' ġgant meta daħħalna d-dritt li persuni jissieħbu ma' liema partit iridu u jemmnu dak li jridu u jgħixu ħajjithom kif jaħsbu huma. Illum hemm l-għodda u r-rimedji kollha neċessarji biex min iħoss li d-dritt tiegħu ġie mittiefes, jieħu dak li ħaqqu. U min ma jħossx li saret ġustizzja miegħu f 'pajjiżna, jista' saħansitra jfittex rimedji legali fl-Unjoni Ewropea. Daqshekk sar sagrosant id-dritt. Għax id-dritt huwa tiegħek u ma jeħodulek ħadd. Imma dan ma jgħoddx għal kullimkien. Madwarna, mhux wisq 'il bogħod, qed iseħħu traġedji umani tal-biża'. Ħajjiet ta' bnedmin qed ikunu żvalutati minħabba l-kulur tal-ġilda, oħrajn maqtulin brutalment minħabba li huma omosesswali u nisa tterrorizzati minħabba regoli, reliġjonijiet jew soċjetajiet maskilisti. Din il-ġimgħa stess is-sit illum. com.mt ippublika tlett stejjer tal-waħx. Tal-waħx, mhux għax dawn it-traġedji umani m'ilhomx jiġru imma għax tant ilhom jiġru li sirna ninjorawhom. Din il-ġimgħa fl-Iraq persuna omosesswali sfat mgħammda, marbuta u mitfugħa minn fuq bini għal isfel għad- divertita ta' folla nies. U dan kollu għax grupp ta' estremisti li jgħidu li huma 'Iżlamiċi' jaraw l-omosesswalità bħala dnub. L-għada kien irrapurtat kif grupp ta' 19-il mara kienu mitfugħin ġo gaġġa, mgħoddijin mit-triq f 'esebizzjoni inumana u finalment maqtulin. Għalfejn? Għax ma ridux li jkollhom x'jaqsmu sesswalment ma' grupp ta' ġellieda tal-ISIS. Fil-baħar li jdawwarna qed jitilfu ħajjithom mijiet ta' nies kull ġimgħa. Lil 'hinn mill-kwistjoni ta' x'jiflaħ u ma jiflaħx pajjiż, jibqa' fatt li bosta nies qed jitilfu ħajjithom fi vjaġġ li jibdew għal ħajja aħjar. Id-dritt tal-ħajja sar sempliċiment statistika li biha nqabblu kemm ġew aktar jew inqas immigranti fl-Ewropa. Id-drittijiet umani ma jibdewx u jispiċċaw fil-konfini tad-dinja tal- punent u jekk f 'Malta u l-madwar il-popli għandhom id-drittijiet kollha li jeħtieġu, dan ma jfissirx li t-tkasbir tal-istess drittijiet wara biebna għandu jkun injorat. Anzi għandhom ikunu gvernijiet, bħal dak Malti, li jippropogaw politika ta' solidarjetà u liberaliżmu soċjali, li jitkellmu għal dawk li tilfu l-vuċi u jinsabu ripressati. Irridu nuru u rridu nidhru wkoll, bħala Ewropej, li aħna solidari ma' dawk li bla ħniena qed jispiċċaw mneżżgħin minn kull forma ta' dritt. Jekk dawk li qed jitilfu ħajjithom, għax bla għażla tagħhom twieldu f 'żona jew pajjiż fejn id- drittijiet ġew maħnuqa mill-politika jew ir-reliġjon, għandna nkunu aħna li nagħtuhom vuċi u nkunu vuċi għalihom. Il-kundanna trid tiġi wkoll mill-komunità Musulmana minn madwar id-dinja. In-nuklei fundamentalisti u estremisti fi ħdan ir-reliġjon Musulmana issa ilhom jagħmlu ħsara kbira lill-isem ir-reliġjon u dawk li ġenwinament jemmnu fiha, għal wisq żmien. Ma jistax ikun li miljuni kbar ta' persuni jibqgħu jkunu ttimbrati b'mod negattiv minħabba l-isem ħażin li qed jagħtu gruppi bħall-ISIS. Illum qed ngħixu f 'dinja fejn kollox sar globalizzat. Fejn għatisa ta' pajjiż ġar tqabbdek l-influwenza. Fejn attakk terroristiku jitfa' lil ħafna pajjiżi fi kriżi. Ma wasalx iż- żmien li anke drittijiet fundamentali bażiċi jkunu realistikament u fil- prattika, globali? Li kulħadd ikollu d-dritt jgħix u jgħix kif iħoss l-aħjar f 'pajjiżu stess? Il-Globalizzazzjoni tad-Drittijiet