Illum previous editions

illum 9 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 | illum 25 GlaxoSmithKline u l-Università fi ftehim għal dental clinic ILFOND tar-Riċerka tal-Università ta' Malta (RIDT) iffirma ftehim ta' sponsorship mal-kumpanija GlaxoSmithKline (Malta) Ltd (GSK) biex jitwaqqaf Mobile Dental Clinic. Fil- ġimgħat li ġejjin, il-Mobile Dental Clinic se jkun qed jilħaq setturi mis-soċjetà Maltija biex jagħmel stħarriġ nazzjonali dwar is-saħħa dentali, filwaqt li joffri servizzi ta' screening u pariri relatati. Dan il-proġett hu inizjattiva tal-Fakultà tal-Kirurġija Dentali tal- Università ta' Malta u għandu l-appoġġ ta' RIDT. L-għan hu li titqajjem kuxjenza u jkun hawn aktar għarfien dwar is-saħħa dentali fil-komunità. Dan se jippromwovi r-riċerka u żieda fil-parteċipazzjoni attiva tas-saħħa soċjo- ekonomika tal-poplu Malti. Monica Abdilla, Country Manager ma' GSK Malta qalet: "GSK hi kumpanija globali dwar is-saħħa bbażata fuq ix-xjenza li tagħmel riċerki u tiżviluppa firxa wiesgħa ta' prodotti innovattivi bl-għan li l-klijenti jagħmlu iktar, iħossuhom aħjar u jgħixu aktar. Bħala parti mill- missjoni tagħna, il-qasam tan-negozju tagħna għas- saħħa fil-ħalq jispeċifika fuq kif nagħmlu l-ħluq tad-dinja iktar b'saħħithom. Il-ħsieb tagħna biex nilħqu din il-mira hu li nkomplu naħdmu mingħajr waqfien ħalli niżviluppaw u nwasslu prodotti ġodda fis-suq skont il-ħtiġijiet kollha relatati mas-saħħa fil-ħalq." Il-Kap Eżekuttiv tal- RIDT Wilfred Kenely qal: "Hu ta' sinnifikat kbir li kumpanija ta' klassi dinjija fil-farmaċewtika bħalma hi l-GSK tissieħeb fl-impenn tagħna biex inwettqu dan il-proġett. Din hi l-ewwel darba li l-Università ta' Malta qed twettaq programm tas-saħħa dentali f 'Malta u Għawdex. Biex nilħqu l-komunità fil-ġimgħat li ġejjin, dan il-programm għandu żewġ miri – li jkattar l-għarfien dwar l-importanza tas-saħħa dentali, u li fl-istess waqt jiġbor tagħrif dwar il-qagħda reali tas-saħħa dentali fis- soċjetà Maltija għal skop ta' riċerka akkademika." Sponsors oħra jinkludu lil Cherubino Ltd, Suratek Ltd u Bart Enterprises, li taw għotjiet ta' tagħmir dentali għall-Mobile Dental Clinic, il-Fond għall-Kawżi Ġusti u Rahuma International Ltd. Id-Dekan tal-Fakultà tal-Kirurġija Dentali l-Professur Nikolai Attard qal: "Il-Mobile Dental Clinic tal-Università se tintroduċi programmi edukattivi għall-prevenzjoni. Nittamaw li dawn iwasslu għal titjib ġenerali fis-saħħa dentali." (mix-xellug): Il-Kap Eżekuttiv tal-RIDT Wilfred Kenely, id-Direttur tal-Bord tal-RIDT Winston Zahra, ir-Rettur tal- Università l-Professur Juanito Camilleri, il-Country Manager ta' GSK Malta Monica Abdilla, u d-Dekan tal-Fakulta tal-Kirurġija Dentali l-Professur Nikolai Attard GO bdiet l-ittestjar tan-netwerk 4G GO bdiet bit-testing tan- netwerk 4G fibre tagħha bl-għan li s-sistema titnieda fis-suq iktar 'il quddiem din is-sena. In-netwerk 4G ta' GO se jkun qed jipprovdi veloċità ta' internet ta' mowbajl bla paragun u se jiftaħ firxa wiesgħa ta' opportunitajiet eċitanti għall-klijenti bħal mobile HD TV. Meta titnieda n-netwerk, qed ikun mistenni li l-veloċità massima tad-downloads fuq in-netwerk se jkunu ferm iktar veloċi minn dawk bħalissa fuq 3G. Dawn il-veloċitajiet diġà kellhom prestazzjoni tajba b'mod konsistenti waqt it- testijiet li qed isiru bħalissa. In-netwerk 4G ta' GO se jkun l-uniku wieħed f 'Malta li hu konness kompletament permezz tal-fibre. Dan jippermetti lin-netwerk ikun iktar reżiljenti, speċjalment waqt temp ħażin, u fl-istess waqt joffri veloċità ferm iktar qawwija. Il-konnessjoni fibre issaħħaħ in-netwerk għaliex tista' faċilment tlaħħaq meta d-domanda fuq in-netwerk tiżdied. Bl-antiċipazzjoni għat- tnedija ta' 4G dejjem tikber, dan l-aħħar GO nediet pakketti Limitless simplifikati biex tiżgura li l-klijenti tagħha jżommu kontroll tal-ispiża tad-data tal-mowbajl ladarba l-4G ikun disponibbli. Fost it-tibdil, hemm limitu ta' €50 fuq l-użu tad-data, bl-għażla li dak li jkun jista' jkompli jużaw l-internet tal-mowbajl billi sempliċiment jibghat SMS. Nokia Networks qed ifornu n-netwerk 4G ta' GO permezz tal-apparat Nokia Flexi Multiradio 10 Base Station. Dan l-apparat hu effiċjenti fl- użu tal-enerġija u jippermetti t-tfassil ta' netwerks moderni permezz ta' teknoloġija avvanzata.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 August 2015