Illum previous editions

illum 9 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum Chelsea miżmuma draw minn Swansea City Stamford Bridge Chelsea sfaw miżmuma fi draw ta' 2-2 minn Swansea City, u dan meta kienu qed jilagħbu ġewwa darhom fi Stamford Bridge. Iż-żewġ gowls għalihom waslu minn Oscar u minn awto- gowl sfortunat tal-plejer ta' Swansea City, Federico Fernandez. Min-naħa l-oħra, ż-żewġ gowls għal Swansea City waslu minn Andre Ayew u minn penalti ta' Bafetimbi Gomis. Tajjeb ngħidu li l-Blues spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fit- 52 minuta meta tkeċċa għalihom il-goalkeeper prolifiku Belġjan, Thibaut Courtois. Intant, Manchester United bdew l-istaġun 2015/16 bl-aħjar mod possibli meta għelbu lil Tottenham Hotspur bl-iskor minimu ta' 1-0 kontra, bil-gowl għalihom jasal minn awto- gowl sfortunat tal-plejer ta' Tottenham Hotspur, Kyle Walker, fit-22 minuta. Fil-konfront bejn Leicester City u Sunderland rajna xejn inqas minn sitt gowls b'Leicester City ikunu huma li joħorġu rebbieħa bl-iskor konvinċenti ta' 4-2. Il-gowls għalihom waslu minn Jamie Vardy, doppjetta ta' Riyad Mahrez, bit-tieni gowl jasal minn penalti, waqt li l-gowl l-ieħor għalihom wasal minn Marc Albrighton. Iż-żewġ gowls għal Sunderland waslu minn Jermain Defoe u Steven Fletcher. Aston Villa kisbu rebħa tajba ta' 1-0 kontra t-tim neo-promoss miċ- Championship ta' AFC Bournemouth, bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Rudy Gestede fit-72 minuta. Rebħa tajba oħra kienet dik li kisbu Crystal Palace barra minn darhom kontra Norwich City bl-iskor ta' 3-1, bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Wilfried Zaha, Damien Delaney u Yohan Cabaye. Norwich City naqsu l-marġini tal-iskor permezz ta' Nathan Redmond fid-69 minuta. Everton u Watford temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2 biż-żewġ gowls għat- tim minn Goodison Park jaslu minn Ross Barkley u Arouna Kone. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għal Watford waslu minn Miguel Layun u Odion Ighalo. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 8 ta' Awwissu Manchester U. vs Tottenham H. 1-0 AFC Bournemouth vs Aston V. 0-1 Everton vs Watford 2- 2 Leicester C. vs Sunderland 4-2 Norwich C. vs Crystal P. 1-3 Chelsea vs Swansea C. 2-2 FIXTURES Il-Ħadd 9 ta' Awwissu 14:30 Arsenal vs West Ham U. 14:30 Newcastle U. vs Southampton 17:00 Stoke C. vs Liverpool It-Tnejn 9 ta' Awwissu 21:00 WBA vs Manchester C. KLASSIFIKA KAMPJONAT BARCLAYS PREMIER Tim L PTI Leicester C. 1 3 Crystal P. 1 3 Aston V. 1 3 Manchester U. 1 3 Chelsea 1 1 Everton 1 1 Swansea C. 1 1 Watford 1 1 Arsenal 0 0 Liverpool 0 0 Manchester C. 0 0 Newcastle U. 0 0 Southampton 0 0 Stoke C. 0 0 WBA 0 0 West Ham U. 0 0 AFC Bournemouth 1 0 Tottenham H. 1 0 Sunderland 1 0 Norwich C. 1 0 Thibaut Courtois jitkeċċa għal Chelsea t-52 minuta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 August 2015