Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118
28 illum Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 SPORTSillum Kollox lest għat-tielet żjara ta' Javier Zanetti f 'Malta BEJN l-14 ta' Awwissu u s-17 ta' Awwissu li ġej, se jerġa' jżur Malta l-leġġenda u Viċi-President attwali ta' Inter, Javier Zanetti. Din se tkun it-tielet żjara ta' Zanetti f 'Malta grazzi għar-relazzjoni tajba li għandu mal-Inter Club PUPI Zanetti Malta. F'konferenza tal-aħbarijiet li saret ftit tal-jiem ilu, il- President tal-istess klabb, Paul Fenech qal li waqt li Zanetti se jkun Malta, se jiġi organizzat Campus bejn il-Ġimgħa 14 u l-Ħadd 16 ta' Awwissu fil-Luxol Grounds, St Andrews, bil- parteċipazzjoni ta' kowċis Taljani u oħrajn Maltin, għal tfal ta' bejn il-ħamsa u l-15-il sena. Paul Fenech ħabbar ukoll li l-Ħadd 16 ta' Awwissu se jiġi organizzat barbecue fil-Lukanda Radisson Golden Sands ġewwa Għajn Tuffieha, fejn il-partitarji se jkollhom iċ- ċans li jiltaqgħu mill-viċin ma' Zanetti nnifsu. Barra minn hekk se tiġi organizzata wkoll partita 5-a-side fejn qed tiġi offruta l-opportunità li wieħed ikun qed jilgħab fl-istess partita ma' Zanetti. Il-qliegħ ta' dawn l-attivitajiet se jmorru biex jgħinu lil Fundacion PUPI li hija mmexxija minn Zanetti nnifsu. Fl-aħħar u mhux l-inqas, Paul Fenech, irringrazzja lill-isponsor prinċipali ta' din l-attività, McDonald's, kif ukoll lil kull min ta l-għajnuna tiegħu. Għal aktar informazzjoni dwar dawn l-attivitajiet wieħed jista' jikkuntattja lil Paul Fenech fuq 99494762 jew iżur is-sit elettroniku, www.icpupizanettimalta. com Il-President tal-Inter Club PUPI Zanetti Malta, Paul Fenech, flimkien mal-leġġenda Interista Javier Zanetti Żewġ akkwisti ġodda jagħtu s-Super Coppa lill-Juventus ŻEWĠ gowls f 'temp ta' ħames minuti biss, eżattament fid-69 u fl-74 minuta rispettivament, miż-żewġ akkwisti ġodda ta' Juventus, Mario Mandzukic u Paulo Dybala, taw is- Super Coppa Italiana lill-Juventus meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-0 kontra Lazio. Il- logħba li ntlagħbet fil- belt Ċiniża ta' Shangai offriet spettaklu tul id-90 minuta lill-eluf ta' spettaturi li assistew għal din il-partita. Wara li sofrew dawn iż- żewġ gowls, Lazio kellhom reazzjoni tajba, iżda ma rnexxielhomx isibu x-xibka, l-ewwel meta Filip Djordjevic ġie ġġudikat li kien f 'pożizzjoni ta' offside waqt li kien f 'qagħda tajba u mbagħad Felipe Anderson ra x-xutt ċentrali tiegħu u fil-baxx jiġi mblukkat mill-goalkeeper bravu ta' Juventus, Gianluigi Buffon. Kellhom logħba tajba għal Lazio, iż-żewġ plejers Miroslav Klose u Antonio Candreva, waqt li għal Juventus kien fundamentali, id- difensur internazzjonali Taljan, Leonardo Bonucci, li kien strumentali fit- tmexxija tad-difiża ċentrali. Impressjona wkoll l-attakkant internazzjonali Kroat tal-Bianconeri, Mario Mandzukic, li barra li rnexxielu jsib ix-xibka fid-69 minuta, fl-ewwel taqsima, kellu xutt tajjeb li ġie salvat bi bravura mill- goalkeeper Taljan ta' Lazio, Federico Marchetti. Il-captain u goalkeeper bravu ta' Juventus Gianluigi Buffon jiċċelebra s-Super Coppa Italiana fost il-ferħ tal-plejers sħabu