Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118
32 illum Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 SPORTSillum Il-Kampjonat tas-Serie A – Preparamenti, IT-TIENI PARTI ILKAMPJONAT tas-Serie A għall-istaġun 2015/16 fl-Italja se jkun qed jibda f 'inqas minn xahar ieħor. Bħalissa l-20 club li se jkunu qed jimmilitaw fis-Serie A jinsabu fl-aħħar tħejjijiet tagħhom biex ikomplu jqawwu l-iskwadri rispettivi tagħhom permezz ta' numru ta' akkwisti. Sa issa numru ta' trasferimenti importanti diġà seħħu, inbidlu numru ta' coaches fit-tmun tat-timijiet rispettivi, u l-partitarji ta' dawn it-timijiet jinsabu ferm ħerqana jistennew x'ismijiet ta' plejers, it- timijiet li huma jsegwu se jkunu qed jingaġġaw. It-timijiet se jkunu jistgħu jingaġġaw plejers ġodda fl-iskwadri tagħhom sal-31 ta' Awwissu meta dakinhar tkun qed tagħlaq it-tieqa tat-trasferimenti (transfer window). Jekk nieħdu biss irwol mill-aktar importanti f 'team partikolari, jiġifieri dak ta' kowċ, sa issa sitt klabbs Taljani għażlu li jbiddlu l-kowċ tagħhom, waqt li l-14 l-oħra għażlu li jżommu proċess ta' kontinwità billi jżommu l-kowċ li kellhom fit-tmun tat-tim tagħhom, matul l-istaġun li għadda. AC MILAN - Ir-Rossoneri qed jittamaw li għamlu l-għażla t-tajba għall-fatt li ngaġġaw lill-coach Serb, Sinisa Mihajlovic. Dan hekk kif wara li keċċew lil Massimiliano Allegri minn kowċ, u ġabu lill-eks plejers Clarence Seedorf u Filippo Inzaghi bħala kowċis, dawn xejn ma rnexxielhom iġibu riżultati pożittivi lejn San Siro u barra minnu. Madankollu, bosta ma tawx ħtija lil dawn il-kowċis, iżda lill-iskwadra fqira li kellhom AC Milan tul dawn l-aħħar sentejn. Iżda, s'issa jidher li r-rebbieħ tal-UEFA Champions League bħala player lura fl-1991 ma' Red Star Belgrade, Sinisa Mihajlovic, ġab demm ġdid u arja ġdida għar-Rossoneri, bil-karattru uniku tiegħu. Jidher li dan il-kowċ daħħal serjetà kbira li kienet ilha nieqsa minn Milanello, fosthom li l-plejers tiegħu jittrenjaw għall-ħinijiet twal, anki saħansitra kmieni filgħodu. Dan il-kowċ diġà wera xi jsarraf meta kien fit- tmun ta' Catania u Sampdoria bħala kowċ, għalkemm kellu esperjenzi inqas pożittivi bħala kowċ ma' Bologna u Fiorentina. Il-prospetti għal Sinisa Mihajlovic fit-tmun ta' AC Milan jidhru ferm sbieħ, speċjalment bl-akkwisti li għamlu r-Rossoneri f 'dawn l-aħħar ġimgħat li jkomplu jsaħħu l-iskawdra tal-kowċ Serb, fosthom bi plejers bħal Carlos Bacca, Luiz Adriano u Andrea Bertolacci. BOLOGNA - Jidher li hemm proġett ambizzjuż għal dan it-tim neo-promoss mis- Serie B. Taħt il-gwida tal- kowċ bravu Delio Rossi, li wassalhom għall-promozzjoni immedjata għas-Serie A, permezz tar-rebħ tal-play- off, li rriżultat bħala waħda drammatika kontra Pescara, jidher li hemm prospetti ferm sbieħ għal dan it-tim, li se jkollu bħala team manager lill-eks attakkant prolifiku Taljan, Marco Di Vaio. Tajjeb ngħidu li l-kowċ Delio Rossi rnexxielu jwassal lil Bologna għall-promozzjoni fis-Serie A, wara li kien ilu fit-tmun ta' Bologna għal biss ftit ġimgħat, meta kien ħa l-inkarigu tat-tmexxija ta' Bologna mingħand il-kowċ li jġib l-istess isem tal-plejers ta' AC Milan, l-Urugwajan Diego Lopez. Delio Rossi għandu CV rimarkabbli fil-football Taljan. Dan hekk kif kien rebaħ il-Coppa Italia ma' Lazio fl-istaġun 2008/09 waqt li temm bħala runner-up fl-istess kompetizzjoni meta kien kowċ ta' Palermo, sentejn biss wara. ATALANTA - Il-Bergamaschi se jkunu mmexxija għal darb'oħra minn Edy Reja u se jkollhom l-għan ewlieni li jsalvaw posthom fis-Serie A. CHIEVO VERONA - Dan it-tim minn Verona se jerġa' jkun immexxi minn Rolando Maran, wara li dan il-kowċ kien ħa post Eugenio Corini, fit-tmun tat-team f 'nofs l-istaġun li għadda. Bħal Atalanta, m'hemmx dubju li dan it-tim se jkollu l-għan ewlieni li jibqa' jilgħab fis- Serie A għal staġun ieħor. GENOA - Dan it-tim għal sena oħra se jkun immexxi mill-idejn abbli ta' Gian Piero Gasperini, bl-aspirazzjoni ewlenija tiegħu tkun dik li jipprova jikseb post fl- Ewropa. HELLAS VERONA - Andrea Mandorlini se jerġa' jmexxi lil dan it-tim għal staġun ieħor, hekk kif l-istess tim se jkollu l-għan ewlieni li jżomm postu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Taljan, iżda jaf jagħti sfida denja lil kulħadd, bħalma diġà għamel matul l-istaġun li għadda. U dan permezz tal- attakkant Luca Toni, li donnu bħall-inbid, iktar ma jikber iktar jitjieb, fejn saħansitra matul l-istaġun li għadda spiċċa bħala l-aqwa scorer tas-Serie A, flimkien mal- attakkant Arġentin ta' Inter, Mauro Icardi. U dan meta l-istess attakkant laħaq l-età ta' 36 sena. U biex ikomplu jsaħħu d-dipartiment offensiv tagħhom, Hellas Verona, matul dan l-istaġun akkwistaw is-servizzi tal-attakkant prolifiku Taljan, Giampaolo Pazzini, mingħand AC Milan. "Il-bibien ta' Hull City għadhom miftuħin FTIT tal-jiem ilu, il- plejer ta' Hibernians u tat-tim nazzjonali Malti Clayton Failla kellu prova mill- aktar pożittiva mat-tim miċ- Championship fl- Ingilterra, Hull City, li għadhom kemm ġew relegati mill- Kamponat Barclays Premier għal dan il- kampjonat inferjuri fi tmiem l-istaġun li għadda. Failla lagħab nofsiegħa sħiħa fil-logħba ta' ħbiberija bejn Hull City u t-tim li jimmilita fil- Bundesliga fil-Ġermanja, Hannover 96, liema logħba ntlagħbet fiż-Zell Am See Stadium fl-Awstrija. Huwa daħal jilgħab fit-63 minuta bħala sostitut fejn ħa post Dame N'Doye, bil- partita tintemm bl- iskor ta' mingħajr gowls. Clayton Failla kien involut ukoll f 'logħba ta' ħbiberija oħra din id-darba kontra t-tim mill-Emirati Għarab Magħquda ta' Al-Ain, fejn Hull City ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta' 4-0, liema logħba ntlagħbet fil-belt ta' Tirol dejjem fl- Awstrija. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Clayton Failla nnifsu, immedjatament wara li huwa rritorna Malta mill-Ingilterra frisk mill-esperjenza unika li kellu ma' Hull City. Huwa tenna li l-manager ta' Hull City, il-leġġenda ħajja ta' Manchester United, Steve Bruce, kellu kliem ta' tifħir għal Failla, u fil-fatt f 'laqgħa privata li kellu miegħu, kien qallu li l-bibien ta' Hull City huma miftuħin beraħ għalih, u għalhekk il-possibiltà li Clayton Failla jilbes il- flokk ta' Hull City fil-futur qarib għadha waħda li tista' ssir realtà. Iżda sfortunatament Clayton Failla fil-laqgħa privata li kellu mal-manager ta' Hull City, Steve Bruce