Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118
34 illum | Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Minn meta kont żgħir, kont inħobb il-futbol fejn ukoll kont plejer tajjeb, u kont nieħu gost nilgħab ma' sħabi speċjalment fil-futbol 5-a-side. Ukoll meta jkollok missierek jismu Luciano Gaucci ma tistax ma tkunx tħobb il-futbol. Ikolli ngħid li bħala familja trabbejna dejjem fil-futbol, u ta' dan ma jiddispjaċini xejn! Wara esperjenzi ta' sucċċess li kellek bħala president ta' Catania u viċi- president ta' Perugia, ġejt f 'Malta biex tieħu t-tmun ta' Floriana bħala presidient. Kif beda kollox rigward l-avventura tiegħek f 'Malta? Biex ngħidlek il-pura verità, kollox beda bħala mħatra. Madwar tliet snin ilu kont ġejt Malta għall-ewwel darba ma' ħabib tiegħi u bil-mod il-mod bdejt ninteressa ruħi fix-xena tal-futbol lokali. Il-futbol huwa ħajti, narah li huwa x-xogħol tiegħi, u għalhekk flimkien mal-ħbieb tiegħi bdejt nagħti l-ħajja lil proġett importanti marbut ma' Floriana FC li appuntu qed jiżviluppa flimkien mal-iskwadra stess. X'tikkummenta rigward l-esperjenza tiegħek ma' Floriana sa issa u kif bdiet l-avventura tiegħek bħala president ta' Floriana? Kollox beda fil-mument li jien ippreżentajt proġett ta' żvilupp tal- iskwadra u taż-żona ta' propjetà tal-klabb. Imbagħad wara ġejt ivvutat u nnominat bħala president ta' Floriana FC. F'Malta ma stajtx ma ninnutax id-differenza li waqt li fl-Italja, il- presidenti huma anki l-proprjetarji tal- klabbs, f 'Malta l-proprjetarji veri jkunu l-membri u l-partitarji. L-ewwel tliet xhur tal-presidenza tiegħi kienu diffiċli għax kelli naffronta realtà ta' skwadra li ma kontx naf. Dan hekk kif Floriana kienu qed jirriskjaw ferm li jiġu relegati għall-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni. Jien sirt president ta' Floriana fil-bidu tal-play-out li kienet magħrufa bħala r-Relegation Pool. U mbagħad ħa t-tmexxija tat-tim bħala kowċ, Giovanni Tedesco... Eżattament. Konna kważi kundannati li nilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni u ddeċidejt li nċempillu fl-Italja. Huwa kien fundamentali. Miegħu rnexxielna nirbħu l-aħħar tliet logħbiet tal- kampjonat biex tabilħaqq irnexxielna nsalvaw u saħansitra nispiċċaw fl- ewwel post tar-Relegation Pool. Ma' Floriana huwa wera maturità kbira u r-riżultati li rnexxielna niksbu matul is-sena li għaddiet huma xhieda ta' dan. Ikolli ngħid li fil-futur qarib, għad narawh bħala kowċ ta' xi tim Taljan li jimmilita fis-Serie A. Iżda mbagħad ħalla lil Floriana biex ingħaqad ma' Birkirkara. Ħassejtek tradut rigward dan il-fatt? F'intervista li għamilt ma' Giovanni Tedesco l-ġimgħa l-oħra stess, huwa qalli li int ħassejtek tassew iddispjaċut b'din l-affari. Il-kummenti tiegħek. Ikolli ngħid li ħassejtni tassew diżappuntat meta ġejt infurmat li Giovanni Tedesco, li propju kont jien li ġibtu f 'Malta biex jiġi jikkowċja lil Floriana, kien se jitlaqna biex jieħu t-tmun ta' Birkirkara bħala kowċ. Iżda dak hu l-futbol - ma nistgħux inħarsu lura - għada hija ġurnata ġdida! X'inhuma l-isfidi li jmiss għal Floriana FC, fosthom dawk immedjati għall- istaġun li ġej? L-aktar ħaġa importanti għalija hija dik li bħala Floriana niksbu riżultati aħjar mis-sena li għaddiet. L-istaġun li għadda kien wieħed ferm pożittiv għalina fejn taħt il-gwida tal-kowċ bravu Giovanni Tedesco, irnexxielna niksbu l-ħames post, u għalhekk konna post biss 'il bogħod milli niksbu post fl-Ewropa, li finalment intrebaħ minn Balzan, li mertu għalihom spiċċaw il- kampjonat fir-raba' post tal-klassifika. Irrid ngħix kampjonat trankwill, iżda rrid inżomm f 'moħħi l-pożizzjoni ta' Floriana fil-klassifika tal-kampjonat li nixtieqha tkun mal-ewwel erba' postijiet biex finalment niksbu post fl-Ewropa, wara diversi snin, bħala Floriana. Din żgur li mhux se tkun xi ħaġa faċli, minħabba li l-avversarji tagħna speċjalment Hibernians, Birkirkara, Balzan u Valletta jippossjedu skwadri mill-aqwa. Iżda aħna mhux se naqtgħu qalbna, anzi se nkunu qed nagħmlu minn kollox biex niksbu l-aqwa riżultati possibli, waqt li se nkunu qed infittxu wkoll li niżviluppaw bl-aħjar mod li nistgħu is-settur tal- youths ta' Floriana. Madankollu, ilkoll nafu li tliftu s-servizzi ta' bosta plejers importanti fosthom Conor Borg, Vito Plut, Igor Coronado u Emerson Marcelina, waqt li Matteo Piciollo, jista' wkoll iħalli lil Floriana biex imur jilgħab ma' Lupa Castelli Romani, fl-Italja. Kif tista' tgħid li trid tikseb riżultati pożittivi matul l-istaġun li ġej, meta tlift dawn l-elementi meqjusin fost l-aqwa li kellhom Floriana matul l-istaġun li għadda? Mela, nibdew b'Conor Borg. Ma stajniex inċaħħdu l-opportunità unika li plejer żagħżugħ bħal dan ġietu li jingħaqad mat-tim mis-Serie A fl-Italja, Roma. Rigward Vito Plut u Emerson Marcelina kellna offerti tajba mingħand Birkirkara li aċċettajna, waqt li minħabba l-fatt li għandi rapport mill-qrib u relazzjoni tajba mad-diriġenza tat-tim ta' Trapani Calcio fi Sqallija, li jimmilita fis-Serie B Taljana, iddeċidejna li ma ntellfux ukoll l-opportunità lil Igor Coronado li jmur jagħmel prova ma' dan it-tim mis-Serie B. Dan sa issa qed ikollu wirjiet ferm tajbin u saħansitra diġà rnexxielu jsib ix-xibka f 'logħba ta' ħbiberija kontra t-tim mis-Serie A, u ferm iktar ikkwotat ta' Verona, liema gowl kellu jkun propju l-gowl tar-rebħa. X'tikkummenta fuq l-assoċjazzjoni li tmexxi l-futbol Malti, l-MFA, immexxija minn Norman Darmanin Demajo? Huwa fatt inkredibbli kemm l-MFA hija assoċjazzjoni organizzata u ta' livell ferm għoli. Kienet sorpriża għalija li l-MFA hija daqshekk organizzata, speċjalment meta wieħed iqis il-fatt li hija assoċjazzjoni sportiva li ġejja minn pajjiż tassew żgħir. Anzi li kieku jkolli nipparaguna l-MFA mal-assoċjazzjoni li tiggverna l-futbol Taljan, l-FIGC, ikolli ngħid li tabilħaqq l-MFA hija ferm iktar organizzata. Is-sitwazzjoni hija waħda differenti f 'dak li għandu x'jaqsam mas-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-klabbs Maltin. Dan hekk kif dawn huma ferm inqas organizzati minn dawk Taljani għax għandhom dħul finanzjarju ferm inqas minn dak ta' klabbs Taljani, fosthom minħabba l-fatt li m'għandhomx dħul finanzjarju minn drittijiet televiżivi. Nixtieq insemmi spunt li l-fakultà li tista' ddur id-dinja u tittesera futbolers b'mod li veru huwa ta' vantaġġ kbir għad-diriġenti tal-klabbs f 'Malta. Għandek nostalġija tal-Italja? Le, lanqas xejn. Dan għaliex jien inżomm kuntatt mill-qrib mal- familja tiegħi li baqgħet tgħix fl-Italja u regolarment jien immur l-Italja biex niltaqa' mal-familjari tiegħi. Jien Taljan u għalhekk dari tibqa' l-Italja, iżda f 'Malta nħossni verament tajjeb. Sibt ħajja ferm feliċi hawnhekk u nħossni kuntent ħafna. Ikolli ngħid li l-Italja għaddejja minn żmien diffiċli ħafna mil-lat finanzjarju, u dan huwa xhieda tad-diversi plejers ta' fama u klassi mondjali li qed iħallu l-Italja biex imorru jfittxu avventuri ġodda f 'pajjżi barranin. Jgħidu li l-Greċja qed taffronta riċessjoni u problemi kbar finanzjarji. U dan huwa minnu. Madankollu, jkolli ngħid li s-sitwazzjoni finanzjarja fl-Italja bħalissa, hija agħar minn dik tal-Greċja! X'tikkummenta fuq it-tluq tiegħek minn president ta' Catania Calcio? Wara 11-il sena nixtieq niċċara xi ħaga importanti. Dan għax nemmen li issa għadda żmien bizzejjed biex nista' nesprimi ruħi sew. Wara li s-soċjetà ta' Catania ġiet ċeduta lill-president Antonino Pulvirenti, huwa kien kompletament konxju tas-sitwazzjoni finanzjarja li kien qed jersaq lejha l-klabb. Pulvirenti kien jaf eżattament x'kien se jakkwista. Tant u hekk li d-due diligence kienet iffirmata minn ħames membri tal-konkordju ta' Pulvirenti u sitta tal-konkordju tagħna, biex kollox isir b'mod ċar u elokwenti, u biex tkun ivvalutata t-trasparenza tal-azjenda u biex ikun hemm l-istess kummerċjant. Saħansitra, Pulvirenti, kien ikkumplimentani ta' kif kont immexxi lil Catania bħala president. Huma affarijiet li għadhom idejquni sal- ġurnata tal-lum għalkemm għaddew numru konsiderevoli ta' snin. B'wiċċi minn quddiem ngħid li xejn m'għandi stima lejn Pulvirenti u r-relazzjoni ta' bejnietna hija waħda xejn tajba. X'tikkummenta fuq il-qagħda xejn sabiħa ta' Catania fejn m'ilux ġew arrestati seba' persuni fuq allegati każi ta' korruzzjoni fosthom il-president attwali tal-istess club, Antonino Pulvirenti? Nawguralhom minn qiegħ qalbi li jirritornaw fis-Serie A kemm jista' jkun malajr, imma naħseb li dan se jkun tragward diffiċli għalkemm mhux impossibli, speċjalment minħabba l-qagħda finanzjarja li jinsabu fiha bħalissa Catania, u minħabba dak li ġara u li tant spjegajt tajjeb int. Hemm bżonn li jakkwistaw iktar plejers ta' kwalità biex il-promozzjoni lura għas-Serie A, tkun iktar fattwali. Madankollu, is-sitwazzjoni imwiegħra SPORTSillum L-eks President ta' Catania Calcio, Cristian Antony Muscat Riccardo Gaucci - President ta' Floriana FC u eks-President ta' Catania Calcio u Viċi- President ta' Perugia FC -Italja. Ħa t-tmun ta' Floriana FC bħala President Frar tal-2014 "Kieku jkolli nipparaguna l-MFA mal- assoċjazzjoni li tiggverna l-futbol Taljan, l-FIGC, ikolli ngħid li tabilħaqq l-MFA hija ferm iktar organizzata. Is-sitwazzjoni hija waħda differenti f 'dak li għandu x'jaqsam mal-klabbs Maltin"