Illum previous editions

illum 9 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 | illum 35 SPORTSillum Calcio, illum President ta' Floriana FC li jinsabu fiha bħalissa Catania, mhux se tkun qed tagħmel dan faċli. X'tikkummenta fuq l-isfida denja li se jkollkom matul l-istaġun li ġej fosthom miċ-champions Hibernians u Birkirkara? Hibernians għandhom tim b'saħħtu ħafna bi players formidabbli li jistgħu jagħmlu d-differenza saħansitra anki fis-Serie B fl-Italja. Ikolli ngħid li l-livell f 'Malta miż-żmien li fih ġejt jien f 'Malta madwar sena u nofs ilu diġà għola. Kif diġà semmejtlek il-livell preżenti ta' Hibernians, Birkirkara, Balzan , Valletta u anki ta' Floriana huwa xhieda ċara ta' dan. Induru issa għall-qagħda finanzjarja u ekonomika ta' Floriana. X'tikkummenta rigward dan? Illum il-kunċett ta' self-sustainability huwa wieħed ferm importanti fil- qasam ekonomiku mondjali. U dan jgħodd ukoll għall-futbol, hekk kif illum klabb partikolari għandu jsostni lilu nnifsu mingħajr bżonn ta' għajnuna ġejja minn barra minnu, ħlief ta' sponsors b'saħħithom fost oħrajn. Huwa dak li aħna rridu għal Floriana, iżda fl-istess waqt ninsabu ferm konxji li din hija xi ħaġa kważi impossibli li nakkwistaw fid-dinja tal-futbol modern. U x'inhuma dawn il-pjanijiet tar-rinovazzjoni tal-Arena tal- Indipendenza? Li nibnu struttura moderna u li tkun qed tinkludi diversi ħwienet, stadium mill-isbaħ fejn isir it-taħriġ mill-plejers tagħna u parkeġġ kbir għall-karozzi. Meta wieħed iqis l-istora glorjuża li jippossjedi l-klabb ta' Floriana f 'Malta, dan il-klabb tabilħaqq ħaqqu li jara dan il-proġett isir realtà. Dan hekk kif dan għandu jkun proġett li jikkrea ammont kbir ta' xogħlijiet ġodda u jittrasforma ż-żona tal-istadium ta' Floriana FC. Huwa fatt magħruf li hemm idea ġenerali fil-football Malti li tgħid li qed ikollna influssi ta' persuni mill-Italja fil-football Malti minħabba r-raġuni ta' dħul finanzjarju fejn l-uniku interess tagħhom huwa x'jistgħu jiggwadanjaw f 'ammonti ta' flus u mhux l-imħabba vera għall-futbol. Kif tirribatti dan l-argument? Aħna ma ġejniex f 'Malta biex nieħdu l-flus mill-klabb ta' Floriana. Din hija xi ħaġa ċerta u li tmur mingħajr mistoqsijiet. Aħna ninsabu hawnhekk biex ngħixu l-futbol ibbażat fuq l-esperjenza tagħna fl- Italja. Jien personali ninsab immexxi dak li għandu x'jaqsam mal-futbol ta' Floriana FC, waqt li l-partners l-oħra tiegħi se jkunu qed jaraw li jiġu osservati bl-aħjar mod possibli u bl-akbar reqqa kemm mil-lat ta' kostruzzjoni kif ukoll minn dak kummerċjali. Meta jien inħtart president ta' Floriana, sibt realtà xejn feliċi. Dan hekk kif il-plejers ta' Floriana kienu ilhom ma jitħallsu għal diversi xhur u l-wirjiet u r-riżultati tagħhom fil-grawnd kienu jixhdu dan. Bl- akbar umiltà jkolli ngħid li f 'temp relattivament qasir irnexxielna nibdlu dan il-fatt għall-akbar ġid tal-klabb glorjuż ta' Floriana. X'relazzjoni għandek mal-Kumitat ta' Floriana FC? Insib għajnuna kbira mill-membri tal- kumitat kollu ta' Floriana u għandna relazzjoni tajba ħafna u mill-qrib ma' xulxin. Naħdmu id f 'id ta' kuljum ma' xulxin fejn l-għan tagħna huwa dejjem wieħed - dak li naraw lil Floriana FC, fejn tassew jixraqilhom. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas għaddi messaġġ lill-partitarji kollha ta' Floriana għall-istaġun li ġej. It-tim ta' Floriana għandu bżonn tas-sapport u s-sostenn tal-partitarji kollha tiegħu. B'hekk huwa ferm importanti kemm għalija, kif ukoll għal dawk kollha li jinsabu jaħdmu miegħi fl-istaff fosthom dak tekniku u anki għall-kumitat u l-plejers kollha ta' Floriana, li jkollna s-sapport massimu tal-partitarji kollha ta' Floriana. Ninsab ċert li flimkien nistgħu nilħqu ħafna mill-għanijiet tagħna u nesperjenzaw staġun mill-isbaħ. "Meta jien inħtart president ta' Floriana, sibt realtà xejn feliċi. Dan hekk kif il-plejers ta' Floriana kienu ilhom ma jitħallsu għal diversi xhur u l-wirjiet u r-riżultati tagħhom fil-grawnd kienu jixhdu dan" Twieled -4 ta' Diċemnru 1976 f 'Ruma -Italja . Huwa l-President ta' Floriana FC u eks-President ta' Catania Calcio u Viċi- President ta' Perugia FC -Italja. Ħa t-tmun ta' Floriana FC bħala President ta' Floriana FC Frar tal-2014. Riccardo Gaucci Ritratti: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 August 2015