Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118
Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 | illum 9 essenzjalment Malti u kull tip ta' Amerikanata jew Ingliżata oħra fil- kċina 'tat-triq', il-pastizzi jibqgħu l-favoriti, mhux biss mal-Maltin iżda anke mal-barranin, li mal-ewwel gidma, ikunu diġà jafu li se jerġgħu jixtru dan l-ikel Malti delizzjuż. Bandalori kollha lwien, karti żgħar ma' kullimkien Għandna diska għalihom ukoll, kantata minn Mary Rose Mallia. Il-festi huma parti mill-ħajja Maltija u karatteristika li tagħmel lil pajjiżna uniku. Uniku mhux għax il-festi ma jiġux iċċelebrati f 'pajjiżi Mediterranji oħra, imma għax imkien m'huma ċċelebrati bl-istess orgolju u passjoni li huma ċċelebrati hawnhekk. Il-festi huma n-nar. Minkejja kull ħaġa li jista' jingħad, festa mingħajr l-ispettakklu ta' kuluri fl- ajru, xogħol nies ta' kapaċita' piroteknika mill-aqwa, mhi festa xejn. Daqs kemm mhix festa jekk ma jkollokx l-armar barokk, pompuż u xi kultant eseġerat ukoll li jixhed mhux biss il-ħila ta' min jaħdmu iżda wkoll jispjega dak li aħna, bħala Maltin, nifhmu li huwa 'sabiħ'. L-istil tal-armar fil-festi, speċjalment f 'festi kbar, huwa kollu indikattiv tal-messaġġ li l-poplu ta' dak ir-raħal qed jipprova jagħti. "Aħna l-aħjar, aħna l-ikbar u bħalna ma tkunu qatt!" Imbagħad għandek il-ħafna vari titulari li minnhom infushom huma opra tal-arti, xogħol tal-aqwa statwaturi lokali u anke barranin li jitpoġġew barra min-niċċa fi knejjes, bosta minnhom rikki u mill-isbaħ li għandna f 'pajjiżna. Għandek il-marċi, għandek it-tbaħrid, il-banda, il-parties wara l-marċ, iċ- ċikċifogu, l-ikel, l-istorbju, il-kulur, il-folol. Insomma għandek dak kollu li jħobbu l-Maltin kollu f 'ġimgħa ta' festa. Żgur li mingħajr il- festi, Malta tkun ifqar, ħafna inqas eċċitanti u ħafna inqas Maltija. Jiena Malti...nitkellem bil- Malti Bħalissa għaddejja diskussjoni dwar il-bidliet fil-lingwa. Jekk ngħidux 'Olandiż' jew 'Nederlandiż', per eżempju, huwa importanti għal xi wħud. Imma dak li definittivament juri dan id-dibattitu huwa li l-Maltin għadhom jgħożżu l-lingwa li tiddistingwina minn kull stat, pajjiż u gżira oħra madwar id-dinja. Minnu nnifsu l-Malti huwa frott ta' storja soċjali u politika, storja ta' poplu li ġġieled miegħu nnifsu, dejjem taħt il-madmad tal- barrani, biex ikollu identità u biex dik l-identità tkun tista' timmanifesta ruħha. Illum hawn min jgħid li l-Malti qiegħed taħt attakk minn dawk li jaqilbu għall- Ingliż waqt diskorshom kif ukoll minn dawk il-puristi li jaraw lill-lingwa bħala xi ħaġa li għandha tibqa' fossilizzata fil-passat. Imma l-lingwa hija ħajja u tinbidel u tiddiversifika skont iż- żmien u skont ir-realtajiet soċjali. Il-Malti hekk qed jiġrilu llum, qed jevolvi mhux jinqered. Ngħiduha kif inhi, allaħares jinqered għax mingħajr il-lingwa jkollna wirt imprezzabbli nieqes li jiddistingwina mill-bqija tad-dinja. Storja ta' eluf ta' snin fi ftit kilometri Kull pajjiż għandu storja u kull pajjiż jiftaħar b'dik l-istorja. Iżda Malta għandha storja li tmur lura eluf kbar ta' snin fi ftit kilometri biss. Mit-Tempji tal-Ġgantija, għat-Teatru Manoel. Mis- swar, issa restawrati, madwar il-Kottonera, għall-għerien preistoriċi sal-Isptar Bighi minn żmien l-Ingliżi. Malta għandha port li huwa l-qalb vera ta' dan il-pajjiż, ir-raġuni għalfejn żviluppajna u waslana sa fejn wasalna, mdawwar bis-swar u inkurunat bil- Forti Sant'Anġlu fuq in-naħa tal-Birgu. Għandna l-Belt, protetta mill-UNESCO, tal-Imdina li qisha mużew fiha nnifisha u li minn fuq dik l-għolja tħares lejn ħafna minn pajjiżna taħtek, għandna r-Rotunda tal- Mosta ftit biss 'il bogħod, għandna l-barracks tal- Ingliżi fl-inħawi tal-Imtarfa u Pembroke. Kull erba' passi għandek l-istorja. U dan biex ma nsemmux il-ġojjelli, bħall-Konkatidral ta' San Ġwann, li huwa, mhux biss sit storiku iżda monument rikk ta' żminijiet differenti, fejn minkejja kollox, ir- reliġjon baqgħet tilgħab parti integrali mill-ħajja tal-Maltin u ta' min mexxihom fil- passat. "Mingħajr l-ispettaklu ta' kuluri fl-ajru, xogħol nies ta' kapaċità piroteknika mill- aqwa, mhi festa xejn" "Il-Malti huwa frott ta' storja soċjali u politika, storja ta' poplu li ġġieled miegħu nnifsu" Il-Kon Katidral ta' San Ġwann Sant Liena f 'Birkirkara