Illum previous editions

illum 9 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 SAN Lawrenz hu villaġġ żgħir li jinsab fin-naħa tal- punent t'Għawdex. Mibni fuq pjanura u mdawwar minn tlett għoljiet: ta' Għammar, ta' Gelmus u Ta' Dbieġi. L-aħħar waħda, dik tad-Dbieġi hija 195 metru 'l fuq mil-livell tal- baħar u hija l-ogħla ponta ta' Għawdex. Fil-limiti ta' San Lawrenz hemm ukoll il-bajja sabiħa tad-Dwejra li hi magħrufa sew għall- aspett ġeoloġiku u uniku tagħha, li mhux biss huwa magħruf mal-Għawdxin u mal-Lawrenzjani, iżda mad-dinja kollha. Il-popolazzjoni hi ta' madwar 800 persuna. Il- maġġoranża ta' dawn, sat- tieni gwerra dinjija kienu bdiewa. Illum il-ġurnata ħafna mill-Lawrenzjani huma ħaddiema tal-Gvern jew jaħdmu għal rashom. L-emblema tal-lokalità ta' San Lawrenz tikkonsisti f ' tarka lewn id-deheb li fuqha hemm is-simbolu ta' gradilja li tinsab bejn żewġ palmiet. F'din l-emblema jidher is- simbolu tal-palm li jfisser il-martirju, u l-gradilja li tirrapreżenta l-mod ta' kif miet il-patrun tar-raħal, San Lawrenz. Il-motto tar-raħal hu 'Dominus protectio Mea' li bil-Malti jfisser "Il-Mulej hu t-tarka tiegħi". Il-parroċċa ta' San Lawrenz twaqqfet bħala parroċċa fil-15 ta' Marzu 1893. Qabel din id-data, San Lawrenz kien magħruf bħala Ta' Ċangura. Probabilment kienet tissejjaħ hekk minħabba xi isem jew laqam ta' xi ħadd li kien midħla ma' dan il-post. Id-data eżatta ta' meta dan il-post ġie stabbilit mhux magħrufa iżda skont xi dokumenti, l-isem Ta' Ċangura jissemma qabel l-Assedju l-Kbir ta' Għawdex, li jiġi qabel Lulju tal-1551. San Lawrenz hu wieħed miż-żewġt irħula li ħa ismu wara dak tal-patrun tiegħu. Ir-raħal l-ieħor hu dak ta' Santa Luċija. Sar-raba' seklu, id-devozzjoni lejn San Lawrenz kienet xterdet madwar id-dinja kollha u ma damitx ma laħqet xtutna. Fl-aħħar tal-Medju Evu ġewwa Għawdex kien hawn tliet knejjes iddedikati għalih, waħda kienet ġewwa ċ-Ċittadella, l-oħra lejn ta' Għodlien u oħra lejn Ta' Ċangura li spiċċa biex sar ir-raħal ta' San Lawrenz. L-istorja tal-Knisja u tal- Festa Il-kappella ċkejkna u antika mibnija fl-inħawi msejħa Ta' Ċangura, kienet saret wisq żgħira biex taqdi lill-komunità li kulma jmur kienet qed tikber. Din il-kappella diġà kienet iddedikata lil San Lawrenz djaknu u martri, għaldaqstant dan jikxef kemm id-devozzjoni lejn San Lawrenz, f 'din in- naħa ta' Għawdex, tmur lura żmien. Nhar il-21 ta' Novembru 1886 l-Isqof Mons. Pietru Pace bierek l-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida. Din bdiet tinbena fuq l-istess art tal-kappella l-antika. Kienu diversi dawk li ħabirku u ngħaqdu flimkien biex il-ħolma li tinbena knisja ġdida setgħet issir realtà. Fl-1889 ġie fi tmiemu l-bini tal-knisja u sar it-tberik tal-knisja biex hekk setgħet tibda taqdi lill-komunità ta' dawk l-inħawi. L-identità ta' din il-komunità ġiet rikonoxxuta mill-Knisja meta Papa Ljun XIII, fil-15 ta' Marzu 1893, laqa' t-talba li titwaqqaf il-parroċċa l-ġdida f 'dawn l-inħawi. Il-knisja l-ġdida kellha tkun il-knisja parrokkjali ta' din il-komunità, li tqiegħdet taħt il-ħarsien tal-martri San Lawrenz. L-ewwel kappillan ta' San Lawrenz kien Dun Salv Portelli. Tul il-parrokat tiegħu nġabet l-istatwa titulari, fl-1895 u ġiet ukoll konsagrata l-knisja parrokkjali, fis-26 ta' Settembru 1897. Kien il-kappillan li flimkien mas-saċerdoti tal-parroċċa u l-ewwel parruċċani, li taha forma lill-parroċċa u anki ħadem kemm felaħ biex tissawwar l-identità Lawrenzjana. Din l-identità ddur mal-Knisja Parrokkjali, li dan il-Kappillan flimkien mas-saċerdoti l-oħra żejjen b'opri tal-arti mill-isbaħ. Ta' min isemmi l-ħames pitturi ta' Giuseppe Calì u x-xogħol tal-iskultur Abraham Gatt. Il-kappillani li ġew wara dan is-saċerdot ħabrieki komplew iżejnu l-istess tempju u komplew jaħdmu biex din il-parroċċa ċkejkna tkun tassew komunità ħajja. L-identità tal-parroċċa hi marbuta wkoll mal-festa li ta' kull sena l-komunità torganizza f 'ġieħ il-patrun. Minn studju li għamel Dun Joe Bezzina, nafu li f 'Mejju 1893, diġà kienet inġabet banda, fl-okkażjoni tal- bidu formali tal-parroċċa l-ġdida. Fl-ewwel festa li ġiet ċelebrata fil-parroċċa l-ġdida saret purċissjoni li ħadet sehem fiha wkoll l-banda. Hu żgur li l-miġja tal-istatwa titulari, fl-10 ta' Lulju 1895, li nħadmet mid-ditta L. Ramat ta' Marsilja, kabbret il-festa u kienet il-kawża li l-festa bdiet tieħu aktar forma. Fil- fatt dik is-sena sar l-ewwel tridu ta' tifħir f 'ġieħ il- martri San Lawrenz bħala preparazzjoni għall-festa li ġiet iċċelebrata fl-10 ta' Awwissu. Maż-żmien, ir-raħal ta' San Lawrenz kiber u allura żdiedet ukoll id-dawra tal-purċissjoni. Bdew ukoll jiżżejnu t-toroq, bdew jintefqu aktar flus fil- logħob tan-nar, bdew jiġu mistiedna aktar baned u kif ukoll kompliet tiżżejjen il- knisja parrokkjali. Il-banda li kienet tiġi regolarment għall-Festa ta' San Lawrenz kienet il-banda La Stella, San Lawrenz: Ir-raħal illum@mediatoday.com.mt John Busuttil "Il-parroċċa ta' San Lawrenz twaqqfet bħala parroċċa fil- 15 ta' Marzu 1893. Qabel din id-data San Lawrenz kien magħruf bħala Ta' Ċangura." L-istatwa ta' San Lawrenz

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 August 2015