Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 461 • 16 ta' Awwissu 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Sejħa għall-proposti għal trasport bil-baħar fil-Port il-Kbir L-imprenditur Anġlu Xuereb u l-kumpanija 'Captain Morgan' juru l-interess tagħhom mal-ILLUM ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'LAQGĦA li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu mal-impjegati tal-Mediatoday huwa żvela kif fiż-żmien li ġej, il-Gvern se jkun qiegħed jippublika espressjoni ta' interess biex il-privat jagħti l-ideat tiegħu dwar proġett ta' trasport bil-baħar li jkopri ż-żona tal-Port il-Kbir. F'kummenti mal-ILLUM, kemm l-imprenditur Anġlu Xuereb kif ukoll il-General Manager tal-kumpanija Captain Morgan Kevin Zammit Briffa, urew interess li jissottomettu proposti għal dan il-proġett, ladarba jibda l-proċess. Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li waqt l-aħħar sessjoni ta' 'Gvern li Jisma' fil-Forti Sant'Iermu ħabbar li l-Gvern preżenti għandu l-intenzjoni li jerġa' jqajjem mill-ġdid il- proġett 'Connections', li kien imniedi l-ewwel fl-1998 u li kien jikkonċerna trasport fuq il-baħar bejn il-Belt Valletta, Tas-Sliema u l-Kottonera. Tkompli f 'paġna 6 'L-ebda interess fl-Air Malta' Il-President tal-Unjin tal-Cabin Crew Noel Mercieca jiżvela mal-ILLUM kif il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis kien infurmahom li m'hemm l-ebda sieħeb strateġiku interessat fl-Air Malta. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt F'KUMMENTI esklussivi mal-ILLUM, il-President tal- Unjin tal-Cabin Crew Noel Mercieca żvela kif mill-aħħar informazzjoni li ngħatat lilhom mill-Ministru tat- Turiżmu Edward Zammit Lewis dwar is-sitwazzjoni fl- Air Malta, dan kien qallhom li "m'hemm l-ebda sieħeb strateġiku interessat" fl-Air Malta. Fi tweġibiet lil dan il- ġurnal, huwa jgħid ukoll li meta l-unjin staqsiet lill- istess Ministru jekk il-Gvern kienx f 'diskussjonijiet mat-Turkish Airlines, dan "dejjem innega." Il-kummenti ta' Mercieca jingħaqdu ma' dawk ta' Dominic Azzopardi, il-President tal- Assoċjazzjoni tal-Bdoti tal- Air Malta, li meta mistoqsi mill-ILLUM dwar in-negozjati li qed isiru bħalissa biex jinstab sieħeb strateġiku, qal li la hu u lanqas ħadd mill-assoċjazzjoni tiegħu mhu qed ikun informat. "Kull ma nafu huwa dak li nisimgħu fuq il-gazzetti. Ma nafux jekk il-Gvern hux qiegħed f 'kuntatt mat-Turkish Airlines, maċ-Ċiniżi, mal-Abu Dhabi, jew ma kwalunkwe linja tal-ajru oħra," sostna Azzopardi. Intant, dan il-ġurnal staqsa lill-Ministru Zammit Lewis jikkonfermax jew jiċħadx jekk il-Gvern għadux għaddej b'diskussjonijiet mat-Turkish Airlines biex din tkun sieħeb strateġiku tal-linja nazzjonali ta' pajjiżna. F'risposta xotta ta' 15-il kelma, Zammit Lewis qal: "Il-Gvern m'għandu xejn xi jżid mal-kummenti li saru meta din il-kwistjoni qamet f 'Mejju li għadda." Kemm Mercieca kif ukoll Azzopardi, li t-tnejn jirrapreżentaw numru ta ħaddiema fl-Air Malta sostnew illi l-Gvern mhux qed jikkonsultahom dwar il-futur tal-linja nazzjonali tal-ajru. Filfatt, mal-ILLUM Azzopardi żvela kif il- kumitat maħtur apposta biex jissorvelja il-pjan tar-ristrutturar tal-Air Malta għadu qatt ma ltaqa' mill-aħħar elezzjoni lil hawn, filwaqt li taħt gvern preċedenti in-numru ta' laqgħat kien "skars ħafna". Tkompli f 'paġna 6

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015