Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 S kont kif tħares lejha. Għal min iħares lejha b'mod pożittiv, li tkun għamilt nofs it-triq ta' vjaġġ diffiċli, ifisser li tista' tagħmel in- nofs l-ieħor. Għal min jaqta' qalbu, in-nofs li fadal huwa twil wisq. Illum, dan il-Gvern qiegħed nofs triq. Konvint li n-nofs l-ieħor ser jagħmlu, għalkemm se ssir reżistenza biex dan ma jsirx. Kollox jiddependi mill-istamina ta' dan il-Gvern u x'se jagħmel fis- sentejn u nofs li ġejjin. Sa issa, kellna sentejn li ma kinux neqsin mit-tajjeb u mill-kontroversji tagħhom. Iżda hemm ħaġa waħda ċerta dwar dawn l-aħħar sentejn. Li dan il-Gvern mhux qiegħed ikun kritikat wisq mill-aspett eknomiku, iżda aktar mill-istil ta' tmexxija xejn ortodossa ta' kif jieħu ċertu deċiżjonijiet. Huwa Gvern li biex jiskarta t-toqol tal- burokrazija, qiegħed inevitabbilment jagħmel żbalji li jnaqqsulu mill- preġju tal-istampa aktar kbira; dik ekonomika. Fil-fatt, kulħadd jaqbel li l-ekonomija, l-aħħar li kienet daqshekk vibranti kienet fil-bidu tad-disgħinijiet. Titkellem ma' min titkellem li qiegħed b'xi mod 'stake holder' fl-ekonomija, kemm jekk ħaddiem u kemm jekk min iħaddem, jgħidulek li xogħol hawn kemm trid. Kull baġit ġie milqugħ tajjeb. Il- kontroversji, ma jdurux mal-operat ekonomiku ta' dan il-Gvern, iżda dejjem għandhom xi isem u kunjom ta' xi ħadd politiku jew persuni li jduru mal-politiċi. Tant huwa minnu dan, li kull kwistjoni li daħħlet lil dan il- Gvern f 'labirint ta' kontroversji u dibattiti bla bżonn dwar il-bon- governanza, hija storja denja għal xi telenovela. It-tip ta' stejjer li nisimgħu, pjuttost għandhom valur ta' tqasqis milli jolqtu liċ-ċittadin fil-but direttament. Xorta mhumiex tajbin u xorta setgħu jkunu evitati. Huma stejjer li ma jawgurawx dak is-sens ta' trasparenza li wieħed kien jistenna u li kollateralment ħolqu dibattiti dwar il-ħtieġa ta' riformi f 'liġijiet li ilhom is-snin jistennew li jkunu rifurmati. L-ironija hi, li min l-aktar qiegħed iħambaq għal dawn il-liġijiet, kellu opportunità ta' 25 sena biex jagħmilhom u qatt ma għamel xejn. Hija wkoll ironika li kellu jkun dan il-Gvern biex, tajjeb jew ħażin, jagħmel liġijiet li kif tant iħobbu jgħidu dawk li dejjem jippriedkaw il-korrettezza politika, iżommu l-Gvern, "to account" ta' dak li jkun qiegħed jagħmel. Il-'Whistleblower Act', it-tneħħija tal-preskrizzjoni fil- każ ta' abbużi politiċi, u issa dalwaqt, il-liġi dwar il-finanzjament tal- Partiti, kollha saru jew se jsiru minn dan il-Gvern. Dawn kienu ilhom fuq l-ixkaffa jitqaddu għal 25 sena sħaħ! Iżda dan, xorta ma jiskużax lill- Gvern kull meta ma jimxix b'mod li ma jidhirx li ma jkunx trasparenti. Min-naħa l-oħra, lanqas ma nistgħu ninjoraw li għall-ewwel darba, kull meta ssir allegazzjoni ta' abbuż, il- Gvern mill-ewwel jikkummissjona inkjesta. Ġieli, b'mod eżaġerat, bħal fil-kas tad-Dar fi Triq iz-Zekka fejn flok waħda, għandna żewġ investigazzjonijiet għaddejjin, bir- riskju li l-konklużjonijiet ma jkunux perfettament l-istess. Qabel, minn dan kollu ma kien jiġri xejn. Qabel kien jiġri bil-kuntrarju. Kull meta l-awdituri, ġudikanti u awtoritajiet kienu jinvestigaw minn jeddhom u mhux għax mitluba, bħalma qed jiġri issa, meta r-riżultat ma kienx idoqq għal widnejn il-Gvern ta' dak iż- żmien, flok kienu jkunu apprezzati, kienu jispiċċaw kritikati jekk mhux ukoll mhedda. Dan il-Gvern għandu żewġ problemi. Waħda minnhom qiegħed jirnexxielu jegħlibha bil-mod. Dawn huma l-problemi madwar kull kwistjoni li daħħlet lil dan il-Gvern f 'labirint ta' kontroversji u dibattiti bla bżonn dwar il-bon-governanza, hija storja denja għal xi telenovela tabbli li sab u li qiegħed jipprova jsib tarfhom mhux mingħajr kontroversji. Oqsma bħas-saħħa, enerġija, trasport pubbliku, toqob kbar finanzjarji li sab, kollha b'xi mod kienu jew qed ikunu indirizzati. Minkejja l-problemi li sab, dan il-Gvern ma kienx allarmista, anzi mill-għada li beda jiggverna "business as usual". Emmen li l-allarmiżmu seta' biss jagħmel aktar ħsara lill-pajjiż. It-tieni problema kienet li l-Partit Laburista kien fil-Gvern 25 sena ilu. Kien hemm u jista' jkun għad hemm nuqqas ta' esperjenza li bil- mod il-mod qed tkun akkwistata. Mhux mingħajr żbalji u nuqqasijiet. Ġieli deċiżjonijiet jittieħdu bl- intenzjonijiet kollha tajba, iżda kif jgħidu, it-triq għall-infern hija pavimentata b'ħafna intenzjonijiet tajbin. Hija sfortuna kbira li s-sensiela ta' miżuri li ttieħdu f 'dan it-tliet baġits ġew imtappna b'deċiżjonijiet istituzzjonali li ma ħadu xejn mill- but tan-nies. Kellna baġits li ħallew effetti finanzjarji enormi fil-bwiet tan-nies. Tant kienu baġits tajbin, li l-mira tal-Oppożizzjoni qatt ma kienet l-politika finanzjarja ta' dan il-Gvern iżda l-metodu ta' tmexxija. Il-Gvern dejjem kien akkuzat mill-Oppożizzjoni li dawn il-baġits tant kienu tajbin, li bilfors għandu xi ħaġa f 'moħħu. Il-kritika dejjem kienet li kull baġit seta' jkun pre- elettorali. In-nies kienu draw b'baġits ta' awsterità. Issa draw li kull wieħed ikun aħjar minn dak ta' qablu. Jolqtuk l-ammont ta' miżuri li ttieħdu biex joħorġu lill-vulnerabbli miċ-ċirku ta' faqar, biex inħarsu lil min huwa diżabbli, lin-nisa fuq ix-xogħol, lill-pensjonanti u mitt miżura li żgur mhux intenzjonati li jaġevolaw lil tal-business, kif ħafna jakkuzaw lil dan il-Gvern. Kultant, ninsew li l-akbar għoqda li kellu dan il-pajjiż kienu l-kontjiet tad-dawl u l-ilma. Dawn kienu qegħdin joħonqu mhux biss lill- ħaddiema u kull min kien salarjat, iżda agħar minn hekk, l-ekonomija kienet effetwata enormement. Tajjeb jew ħażin, dawn il-kontijiet tad- dawl u l-ilma ġew imnaqqsa b'mod sinnifikanti għal kulħadd. Dak li tilef il-pajjiż, f 'sens fiskali bit-tnaqqis ta' dawn il-kontijiet, inġieb minn band'oħra bit-tkabbir tal-ekonomija. B'hekk ma baqgħux iġorru l-mad mad dawk li lanqas kienu jaħtu. Kulħadd jinsa li sa qabel l-aħħar elezzjoni, il-Partit Laburista kien akkuzat li kien qiegħed joħlom li jnaqqas dawn il-kontijiet. Ħadd ma jfakkar li din il-ħolma seħħet. Kumment li laqatni dan l-aħħar kien li li kieku din l-amministrazzjoni ma tagħmel xejn aktar ħlief li traħħas dawn il-kontijiet, huwa bizzejjed biex jimmerita li terġa' tkun fil- Gvern. Il-Gvern ta' qabel, bl-aktar mod Dantesk kien tilef kull speranza li dan qatt seta' jsir. Dwar il-meritrokazija hemm hafna xi tgħid. Żgur, li għall-ewwel darba, nies li ħadd ma kien jistenna li se jingħataw inkarigi, bħal per eżempju Lou Bondi, li meta jasal il-mument żgur mhux se jiddejjaq joħroġ ix-xewka, rajniehom jinħatru kullimkien. Huwa minnu, li kien hemm bosta li kienu inżergħu mill- amministrazzjoni l-oħra propju biex jibqgħu gwardjani politiċi u li llum m'għadhomx fejn kienu. Huwa minnu wkoll, li kien hemm dawk li inħatru minn din l-amministrazzjoni għaliex għandhom il-fiduċja tagħha. Iżda huwa minnu wkoll, li mhux aċċettabbli li minħabba s-sempliċi raġuni li inti Laburista, ma ħaqqekx tagħmel parti minn din l-amministrazzjoni. Il-Partit Nazzjonalista pretenda li bidla fil-Gvern ma ġġibx bidla fl-amministrazzjoni. Pretendew li lil kull min inħatar taħt l-amministrazzjoni l-oħra, jibqa' fejn kien, meta kulħadd jaf li kull amministrazzjoni għandha n-nies tal-fiduċja tagħha. Tant huwa minnu dan, li l-kwantità ta' stqarrijiet li joħorġu mill-PN, dejjem jilmentaw li persuna inbidlet għaliex hija Nazzjonalista. Lanqas jintebħu li bl-istqarrijiet tagħhom stess ikunu qegħdin jammettu deċiżjoni politika li poġġiet lil xi ħadd ximkien fuq kriterji puramement politiċi. Min-naħa l-oħra, kwantità kbira ta' nies baqgħu fejn kienu u anke ingħataw promozzjonijiet taħt din l-amministrazzjoni għalkemm huma manifestament ta' fehma politika differenti minn ta' dan il-Gvern. Dawk li ħaqqhom fuq il-mertu, ħaduh. Dawk li kienu maħtura għax sempliċiment kienu qrib il- politiċi f 'Tal-Pietà kellhom jifhmu li posthom ma kienx fejn kienu qegħduhom. Meta jinbidel il-Gvern, wieħed jistenna li jiġri l-istess. L-importanti, li jiġri x'jiġri minn dawn in-nies, id-dinjità tagħhom tibqa' rispettata. Mhux sewwa li l-Gvern ikun akkużat li impjega lil xi ħadd li huwa Laburist għaliex sakemm hemm il-kompetenza, din m'għandhiex tkun skwalifikata. Taħt din l-amministrazzjoni, dawk kollha li kienu kompetenti, għalkemm mhumiex tal-istess fehma politika tal-Gvern, ġew rispettati b'dinjità. Ovvjament, dawn in-nies ma jisemmewx iżda hemm qegħdin u allaħares ma ġarax hekk. Iżda f 'nofs legislature, ma rridux inħarsu biss lejn kif mar il-Gvern, iżda anke kif kienet l-Oppożizzjoni. Fil-fehma tiegħi, jiena konvint li l-PN għadu ma sabx il-mexxej li għad irid irebbħu elezzjoni. Jiena nemmen li Simon se jkun mexxej ta' passaġġ. Ma rridx ngħid li żbalji minn dan il-Gvern ma sarux. Saru, u setgħu ikunu evitati. Seta' kien hemm deċiżjonijiet aktar effettivi. Iżda l-Oppożizzjoni imbarkat fuq vjaġġ perikoluż. Il-vjaġġ li jaqta' qalb kulħadd. Kien hemm mumenti meta kellha opportunità li taħdem id f 'id mal- Gvern, wieħed minn dawn kienet l-energija. Minflok, għażlet it-triq tal-kooperazzjoni, trid tfittex il- konfront il-ħin kollu. Mingħajr ma tikkapitula qatt mill-obbligu tal- kritika,min-naħa l-oħra lanqas huwa realistiku li ma tara xejn tajjeb f 'dak li sar. Jiena naħseb li l-oppożizzjoni qiegħda tilgħab wisq għan-nies tal-Partit u għadha ma fditx lilha nnifisha mal-elettorat li huwa politikament aktar distakkat. Il-qrid kontinwu, il-kundanni perpetwi, l-isfidi epiċi ta' nies bħal Beppe u z-żriegħ ta' biza' f 'kulma jagħmel il-Gvern, aktar jitfgħu lura lil dan il-Partit. TONI ABELA "Kull kwistjoni li daħħlet lil dan il- Gvern f 'labirint ta' kontroversji...hija storja denja għal xi telenovela" Nofs Triq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015