Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 Il-Maltin jiċċelebraw Santa Marija ILBIERAĦ il-poplu Malti ċċelebra l-festa ta' Santa Marija, festa magħrufa l-aktar għall-baħar, tbagħrid, festi u l-mawra ta' eluf ta' nies lejn il-gżira Għawdxija. Fil-fatt f 'seba' lokalitajiet mijiet ta' nies ħarġu minn filgħodu biex jiċċelebraw fil-marċ ta' filgħodu, ġeneralment lebsin il-blu, ħlief għall-Imqabba fejn il-kulur assoċjat ma' Santa Marija huwa l-aħmar. Il- lokalitajiet li jiċċelebraw din il-festa huma l-Imqabba, il-Qrendi, il-Mosta, Ħ'Attard, Ħal Għaxaq, il-Gudja u r-Rabat Għawdex. Ta' min jgħid li l-Gudja hija l-eqdem titular ta' Santa Marija. Dan apparti Ħad-Dingli, l-Imġarr u ż-Żebbuġ Għawdex fejn il-festa ta' Santa Marija tkun iċċelebrata il-Ħadd li ġej. Din is-sena se tkun imfakkra wkoll hekk kif se ssir festa f 'Kemmuna fl-unika Knisja li hemm fuq din il-gżira li hija msemmija għal Santa Marija. Apparti l-marċi u ċ-ċelebrazzjonijiet brijjużi fil-gżejjer Maltin, f 'Għawdex, il-festa tal-Assunta hija ċċelebratha b'mod partikulari, b'diversi attivatijiet kulturali u tradizzjonali. Fost dawn l-attivitajiet, kien hemm il-160 edizzjoni tal-Wirja tal-Biedja u s-Snajja' fir-Rabat, Għawdex, filwaqt li tefgħa ta' ġebla 'l bogħod, fit-triq ewlenija tal- belt kapitali Għawdxija, kien hemm it-tlielaq tradizzjonali taż-żwiemel u l-ħmir. Kif jixhed ir-ritratt, fil-Mosta kienu bosta żgħażagħ, tfal u nies ta' kull età li attendew bi ħġarhom għaċ- ċelebrazzjonijiet tal-festa fit-toroq ewlenin organizzati mid-diversi każini tal-baned. Fil-Mosta ġiet iċċelebrata l-quddiesa solenni ad unur il-patruna, mill-Arċisqof ta'Malta Charles Scicluna fil-preżenza tal-Ispeaker Anglu Farrugia u l-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil. Il-15 t' Awwissu jfisser ukoll għal ħafna Maltin vaganza qasira fil-gżira Għawdxija. Qed ikun irrapurtat li din is-sena l-Maltin telgħu lejn il-gżira oħt bi ħġarhom, bi sriebet twal ta' karozzi jistennew u l-lukandi u postijiet ta' akkomodazzjoni f 'Għawdex jirrapurtaw negozju qawwi ħafna. It-tradizzjoni ta' mawra f 'Għawdex ilha ħafna snin u għalkemm illum il- kompetizzjoni hija qalila, bil- biljetti tal-ajru jorħsu ħafna, dawn il-jiem xorta jidher li qed jiġbdu lejn Għawdex eluf ta' Maltin. Santa Marija hija wkoll l-festa li ġġib magħha ix- shut down, b'bosta persuni jagħmlu waqfa kompleta għal dawn il-ġranet u jerħulha lejn il-baħar jew inkella jieħdu waqfa qasira lil'hinn minn xtutna. Naturalment iżda għal bosta eluf oħrajn Santa Marija tfisser biss ġurnata normali ta' xogħol, jekk mhux ġurnata aktar impenjattiva, speċjalment għal dawk li jaħdmu fl-oqsma tat-turiżmu u ospitalità. Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015