Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 | illum 7 DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt WARA li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar il- pjanijiet tal-Gvern li parti mill-Università Amerikana ta' Malta (AUM) se tkun qed tiġi żviluppata fil-Kottonera, il-ġurnal ILLUM mar Bormla biex jara r-residenti u s-sidien tan-negozji x'jaħsbu. Minkejja li s-sentiment dwar dan l-investiment prospettiv huwa wieħed pjuttost pożittiv, l-aktar minħabba l-possibilità li proġett bħal dan jagħti imbuttatura ekonomika lil Bormla, Birgu, u l-Isla, dawk li tkellmu magħna wrew ċertu tħassib dwar kwistjonijiet relatati ma' infrastruttura, parkeġġ, iffullar, u l-użu ta' binjiet storiċi. L-ILLUM staqsa jekk jaqblux li parti mill-Università għandhix issir fil-Kottonera u jekk iva, fejn jaħsbu li dan għandu jsir. Fost l-aktar postijiet li l-Bormliżi semmew, kien hemm dak tal-British Building tul il-Baċir numru 1. Minkejja li d-dawra ġdida tal- baċir tat dehra ħafna isbaħ lill- post u żvog ġdid lill-Bormliżi, f 'dawn l-aħħar xhur kienu bosta l-mistoqsijiet dwar x'se jiġri minn dan il-bini storiku u abbandunat. Fost l-għidut s'issa, kien hemm li se ssir boutique hotel, li jkun hemm ristoranti u negozji, kif ukoll li parti mill-bini jintuża bħala maħżen għall-festi jew għal klabb tar-regatta. Dan tal-aħħar kien miċħud mis-Sindku ta' Bormla Alison Zerafa. Ara l-voxpop sħiħa fuq illum.com.mt "Mhux kwistjoni ta' Kottonera, tista' tiġi kollha hawn. Imma l-punt hu li suppost saret fiż–Żonqor, allura ssir hemm. Issa, jekk tista' tinqasam, tiġi, imma la dik suppost saret hemm, issir hemm. Fiż-Żonqor kienet se ssir miżbla. Allura affarijiet tajbin ma jsirux u affarijiet ħżiena jsiru?" "Naħseb li l-Università tkun benefiċċju għaż-żgħażagħ iżda bħala post, għandu jinstab sit li ma jkunx fl-ambjent u miftuħ. Ma nsibx oġġezzjoni li tinbena f 'Marsaskala jew Marsaxlokk, iżda ma naqbilx li tiġi fil-Birgu, Bormla, jew l-Isla għax kullimkien okkupat. Il-Kottonera huwa fgat bil-bini." "Naqbel li jkun hawn edukazzjoni pluralista u naqbel li ssir fejn għandha ssir, għax fl-aħħar mill-aħħar dan huwa proġett ta' edukazzjoni. Jekk parti mill-Università ssir tul il-Waterfront ta' Bormla biex tqajjem il-lokal, jiena naqbel hux. Jekk ssir parti fiż-Żonqor u parti fil-Kottonera, ma naħsibx li hawn spazju fil- Kottonera għall-Università kollha." "Tajjeb li tiġi hawn għax il-Kottonera u Bormla qatt ma qalgħu daqshekk attenzjoni. Ovjament ikun hemm problema ta' traffiku. Bħala Bormliża kieku jiena nagħżel li l-Università ssir Bormla għax nistgħu nagħmlu affarijiet bħal ħaddieħor u nistgħu nagħmluha fil-bini ta ħdejn il-baċir li għadu vojt." "Iva naqbel. Kieku nipproponi li l-iżvilupp tal-Università fil-Kottonera jsir f 'bini li jista' jitranġa. M'għandux ikun hemm żvilupp f 'postijiet antiki minn żmien il-Kavallieri. Dawn il- postijiet għandna ingawduwhom aħna. Ikun ideali kieku parti mill-Università tkun żviluppata faċċata tal-iskola De La Salle, għax bħalissa, bejn is-swar hemm diżastru kbir." "Lanqas biċċa mill-Università m'għandha ssir fil-Kottonera, għax m'hawnx post… Jidhirli li fil-Kottonera m'hawnx post fejn tagħmilha għax diġà hawn problema fejn tipparkja, problema biex tgħaddi bil- karozza u anke bil-mixi. In-naqra sabiħ li baqa' hawnhekk m'għandux jispiċċa. Hawnhekk post antik ħafna minn żmien il-Kavallieri u jien nippretendi li jibqa' hekk u ma jintmissx." Alfred Lien Joseph Bowell Wendy Bianchi Joe Blackman Stephen Spiteri Joseph Grech L-Università fil-Kottonera: Il-Bormliżi pożittivi imma…

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015