Illum previous editions

illum 16 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/556865

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 16 ta' Awwissu 2015 Il-Katidral inbena fuq tempju Ruman tal-alla Ġunone L-ewwel insara Għawdxin li dwarhom hemm ħjiel żgħir mill-katakombi f 'Għar Gerduf, fit-triq li mir-Rabat twassal għar-raħal ta' Kerċem, aktarx li kienu jinġemgħu biex jagħtu qima 'l Alla u jiċċelebraw il-quddiesa f 'xi djar privati. Biż-żmien, kif ġara f 'postijiet oħra, hu maħsub li bdew jiltaqgħu għall-qima f 'xi tempju Ruman. It-tempju ewlieni ta' żmien ir-Rumani, kien aktarx it-Tempju tal-alla Ġunone fil- Kastrum, illum magħrufa bħala ċ-Ċittadella. U mhix ħaġa kbira li l-insara Għawdxin ewlenin bdew iqimu lil Alla tal-insara hemmhekk. L-istoriku Għawdxi Ġian Piet Agius de Soldanis, fl-istorja magħrufa tiegħu dwar Għawdex daħħal leġġenda dwar il-bidu tar-reliġjon nisranija f 'Għawdex. Kien jingħad fi żmienu li mal- miġja ta' San Pawl, l-Għawdxin ikkonvertew u bdew imorru jaduraw proprju fit-Tempju ta' Ġunone. Hi leġġenda li però mhix nieqsa minn xi veritajiet. Meta fi tmiem is-seklu sbatax bdew jitħaffru l-pedamenti għall-knisja Matriċi l-ġdida, instabu fuq il-post ħafna fdalijiet ta' tempju Ruman. Mill-miġja ta' San Pawl gerrbu ħafna sekli u Malta u Għawdex għaddew minn ħafna tibdil. L-ewwel knisja u parroċċa li hi dokumentata f 'Għawdex hi proprju l-imsemmija Knisja Matriċi f 'nofs il-Gran Kastell ta' Għawdex fl-1435. Il-fatt li dak iż-żmien ġa kienet tissejjaħ Matriċi juri li f 'Għawdex kien hemm parroċċi u knejjes oħra. Kienet knisja mtella' fuq ir- rovini ta' tempju pagan u kienet qadima bil-bosta. Allura kienet dejjem ġejja 'l quddiem, u sal- bidu tas-seklu sittax kellha xejn inqas minn erba' kappelli żgħar imissu magħha u jinfdu fiha. Il-Knisja Matriċi baqgħet dejjem tikber u tisbieħ. Nhar is-6 ta' Ġunju 1623, l-Isqof ta' Malta u Għawdex Baldassar Cagliares waqqaf fil-knisja l-ewwel Kolleġġjata ta' Għawdex. Numru ta' qassisin, li 'l quddiem isejħu kanonċi, kienu jiltaqgħu ta' kuljum fil- kor tal-Matriċi ħalli flimkien jirreċċitaw l-Uffiċċju Divin għall-bżonnijiet tal-benefatturi tal-istess knisja. Din il-binja baqgħet wieqfa sa tmiem is-seklu sbatax. Tliet mitt sena ilu sewwa, nhar il-11 ta' Jannar, 1693, kienet theżżet l-art u fost il-bini li f 'dan it-terrimot ġarrab ħsara kien hemm din il- Knisja Matriċi. Wara li qagħdu jtellgħu u jniżżlu, qatgħuha li minflok ma jsewwu l-ħsarat li saru, iwaqqgħuha għal kollox u jibnu knisja ġdida. Għal dan il- għan kien konsultat il-magħruf arkitett Malti Lorenzo Gafà. Ippjana knisja fuq stil barokk il-ġmiel tagħha u x-xogħol beda fi żmien qasir. L-ewwel ġebla tqiegħdet solennement nhar il-21 ta' Settembru, 1697. Il-bini mexa b'pass mgħaġġel ħafna għax kulħadd ta sehmu mill-aħjar li seta'. Għalkemm ix-xogħol kien għadu ma ntemmx għal kollox kienet miftuħa u mbierka lejliet Santa Marija 1711. Ħames snin wara, nhar il-11 ta' Ottubru, 1716, l-Isqof Ġakbu Cañaves mexxa ċ-ċerimonja solenni tal- Konsagrazzjoni. Il-Knisja kienet dedikata lit-Tlugħ tal-Madonna fis-Sema u lill-Sant'Orsla, kompatruna ta' Għawdex. L-ewwel purċissjoni bla vara saret fl-1726 Għaxar snin wara, nhar il-15 ta' Awwissu, 1726, qabel il-quddiesa solenni tal-festa, l-Arċipriet Cassia Magri mexxa purċissjoni devota madwar it-toroq taċ-Ċittadella. Hija l-ewwel purċissjoni li bdiet toħroġ f 'Għawdex nhar il-festa titulari u waħda tal-ewwelnett fl-arċipelagu Malti. 'Il quddiem din il-purċissjoni bdiet tinżel sal-Parroċċa antika ta' San Ġorġ Martri fil-qalba tar-Rabat, is-subborg taċ-Ċittadella. Hemm kienet tindaqq l-Antifona ta' Santa Marija u wara l-purċissjoni kienet terġa lura l-Katidral. Dam isir hekk sal-1955. L-istatwa ġiet mogħtija mis- Soċjeta Leone fl-1956 Fid-29 ta' April 1956, il- Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Leone, offra l-istatwa ta' Santa Marija li kienet tintuża għall- festi esterni lill-Knisja Katidrali. U fil-15 ta' Awwissu ta' dik is-sena, il-purċissjoni bdiet issir filgħaxija, bl-akkumpanjament tal-Banda Leone, u ddur mat- toroq tar-Rabat. Kien seba' snin wara fl- 1798, meta wieħed mill-iktar Arċiprieti eminenti tal-Matriċi, Dun Saver Cassar, ressaq l-ewwel talba biex Għawdex isir djoċesi għalih. Din it-talba damet sitta u sittin sena ma ġiet milqugħa, iżda fl-aħħar, nhar is-16 ta' Settembru 1864, il-Papa Piju IX laqa' t-talba tal-Għawdxin. Għawdex u Kemmuna saru djoċesi għal rashom. Il-Knisja Matriċi u Kolleġġjata ta' Santa Marija saret il-Katidral tad-djoċesi l-ġdida. L-Arċipriet tal-Matriċi, Dun Mikiel Franġisk Buttigieg kien maħtur l-ewwel Isqof tad-Djoċesi l-ġdida. Hu għamel l-ingress solenni tiegħu fil- Katidral nhar it-23 ta' Ottubru, 1864. Minn dakinhar sal-lum, il-Katidral u d-Djoċesi tmexxew minn tmien Isqfijiet. Il-kanonċi, li llum għandhom it-titlu ta' Monsinjuri, għadhom sal-lum jitilgħu ta' kuljum il-Katidral ħalli jirreċitaw flimkien l-Uffiċċju Divin. Nhar ta' Ħadd u f 'festi oħra solenni jingħaqdu magħhom il-parruċċani. Il-Knisja Katidrali bil- kampnar tagħha, tiddomina liċ-Ċittadella, il-Belt qadima tal- gżira u 'l Għawdex kollu. Ħaġa sinnifikanti ħafna għax il-Knisja Katidrali hija wkoll il-Matriċi - jiġifieri il-mater, l-omm, tal- knejjes kollha t' Għawdex. Hu wkoll l-uniku Katidral li minnu toħroġ vara f 'festa solenni. Kien ukoll infetaħ bieb fiċ-Ċittadella biex il-vara tgħaddi aktar komda. Bieb li kien qajjem kontroversja sħiħa għax iċ-Ċittadella li kellha bieb wieħed spiċċat b'żewġ bibien ħdejn xulxin, wieħed akbar mill-ieħor. Dan il-bieb fil-fatt fir-restawr taċ-Ċittadella se jingħalaq b'xatba li tinfetaħ biss għall-festa ta' Santa Marija. Informazzjoni miġbura minn Fr. Joe Bezzina Il-Festi ta' Barra Iċ-ċelebrazzjoni tal-Festa ta' Santa Marija fir-Rabat Għawdex mhix festa li tolqot biss lill-parruċċani tal-Katidral ta' Għawdex, iżda hi festa tar- Santa Marija – Il-Festa tal-Għawdxin illum@mediatoday.com.mt John Busuttil • Jingħad li l-Banda Leone hi l-ewwel waħda f'Għawdex • Il-Katidral kien iġġarraf b'terremot u reġa nbena f'19-il sena • Għal 230 sena, il-purċissjoni ta' Santa Marija kienet issir bla vara • Santa Marija hi l-unika vara li toħroġ minn Katidral "Il-11 ta' Jannar 1693, kienet theżżet l-art u fost il-bini li ġarrab ħsara f 'dan it-terrimot, kien hemm din il- Knisja Matriċi" Santa Marija fil-Katidral

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 August 2015