Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192
€1.00 Nr 462 • 23 ta' Awwissu 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Is-CCO tal-Air Malta Joseph Galea jgħid li l-linja nazzjonali tal-ajru mhux se tagħmel profitt sal-2016 F'intervista ma' dan il-ġurnal iċ-Chief Commercial Officer tal-Air Malta Joseph Galea ikkonferma l-previżjonijiet li kienu saru s-sena l-oħra, jiġifieri li fis-sena finanzjarja li għalqet f 'Marzu 2015 il-linja nazzjonali tal-ajru rreġistrat telf ta' madwar €16- il miljun. Dan it-telf huwa identiku għal dak li kien irreġistrat fis-sena finanzjarja ta' qabel u jiġi seba' xhur qabel jintemm iż-żmien li fih l-Air Malta trid tagħmel profitt jew iġġib it-telf li qed tagħmel fix-xejn. Galea spjega t-triq li għad fadal bħala waħda "diffiċli u kiefra" Fl-intervista, li qed tidher fuq paġni 12 u 13, Galea jiddeskrivi t-telf prevvist ta' madwar €16-il miljun bħala "ostaklu" u jżid jgħid li għalhekk din is-sena, speċjalment is-Sajf se jkun kruċjali għas-salvazzjoni tal-linja tal-ajru. "Importanti li meta naslu fi tmiem il-pjan ta' ristrutturar, il-kumpanija tkun b'saħħitha biżżejjed biex tfendi għal rasha" sostna Galea li ma naqasx milli jgħid illi jekk sa Marzu tal-2016 l-Air Malta ma twaqqafx it-telf "tkun xi ħaġa diżastruża". Ma' dan il-ġurnal Galea jgħid illi l-management tal-kumpanija mhux qed ikun infurmat dwar in- negozjati tal-Gvern biex isib sieħeb strateġiku u żied jgħid illi "mhux fl-interess tal-management li jkun jaf b'dan". Huwa jfakkar kif id- deċiżjonijiet f 'dan il-qasam huma "prerogattiva tal-Gvern ... ma naħsibx li għandu jinfurmana". Din l-intervista tiġi wara li l-Ħadd li għadda dan il-ġurnal ippubblika storja bil-kummenti tal-President tal-Unjin tal-Cabin Crew Noel Mercieca illi sostna li fl-aħħar komunikat li kellu mal-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis dan kien infurmahom illi ma kien għad hemm l-ebda sieħeb strateġiku li kien interessat fl- Air Malta. Minn naħa tiegħu l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Bdoti Dominic Azzopardi sostna illi la hu u lanqas l-Assoċjazzjoni ma kienu infurmati. Fi stqarrija b'reazzjoni għal dan, il-Ministeru tat- Turiżmu kien qal illi bħalissa l-Air Malta tinsab fi stadju delikat ħafna tal-proċess ta' ristrutturar u għalhekk il- Gvern ma jixtieqx illi jidħol f 'spekulazzjoni żejda dwar il-linja Nazzjonali tal-Ajru. L-aħħar telgħa ta' €16-il miljun Bormla kienet l-għażla tan-nies Daniel MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt ISSIT tal-Baċir numru wieħed f 'Bormla li, flimkien maż–Żonqor f 'Marsaskala, se jiġi żviluppat fl- Università Amerikana ta' Malta, kien wieħed mill- proposti tal-poplu Malti għal sit alternattiv waqt il-perjodu ta' konsultazzjoni pubblika. Fil-fatt il-Baċir kien wieħed minn 169 sit propost bħala sit alternattiv minn dak original fiż-Żonqor, wara kritika qawwija mis-soċjetà ċivili u l-ambjentalisti minħabba li kien se jsir bini fuq art barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ). Fost is-siti proposti li spikkaw l-aktar, hemm iċ-ċentru miftuħ tal-immigranti fil- Marsa, iż-żona tal-boathouses fil-bajja ta' San Tumas, il-powerstation il-qadima tal-Marsa, il-hockey pitch f 'Kordin, widien, u anke barrieri. Madankollu, il-maġġoranza ta' dawn is-siti ma kinux ikkunsidrati jew għax kienu żgħar wisq jew għax kienu allokati għal użu ieħor. Oħrajn bħal Wied Fulija u Wied Moqbol fiż-Żurrieq ġew skreditati mill-Gvern minħabba l-impatt negattiv fuq l-ambjent li setgħu jħallu. Oħrajn ġew skreditati minħabba li ma kienx hemm aċċess tajjeb biżżejjed. Tkompli f 'paġna 5