Illum previous editions

illum 23 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 | illum 29 SPORTSillum Masters Football rikonoxxuta mill-MFA ISSA huwa ufficjali li Masters Football (Malta) hija membru uffiċjali tal- Malta Football Association wara dak li ġie deċiż fl- aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA li saret nhar il-Ġimgħa 17 ta' Lulju, f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan. B'hekk, b'effett immedjat, issa l-Għaqda se tkun rappreżentata fil- Kunsill tal-MFA. Kollox huwa ppreparat għall-istaġun li ġej, fejn għal darb'oħra tmien timijiet se jkunu qed jieħdu sehem u din id-darba l-Kalendarju tal-istaġun se jkun qed jinkludi mhux biss il- Kampjonat, iżda wkoll diversi kompetizzjonijiet oħra bħan-Knock Out, it-Tools Planet Pre-Season Tournament, il-Christmas Cup u l-Easter Cup. Intant, dan l-aħħar, uffiċjali tal-Masters Football (Malta) għamlu żjara fil-Litwanja bħala mistiedna ta' wieħed mill-klabbs ewlenin ta' Vilnius, li hija l-belt kapitali tal-istess pajjiż. Il-grupp Malti mmexxi mill-President Mario Meli kellu laqgħa pożittiva mal-uffiċjal Andrey Kolobov. Ġie diskuss kif il-klabb ta' Vilnius u Masters Malta jistgħu jsaħħu r-relazzjonijiet bejniethom. Huwa mistenni li kmieni s-sena d-dieħla żewġ timijiet minn Vilnius jiġu Malta biex jieħdu sehem f 'tournament ma' tim Malti u ieħor minn Għawdex. Fil-Litwanja, Masters Football għadu mhux organizzat u l-uffiċjal talab lid-delegazzjoni Maltija l-għajnuna u l-esperjenza meħtieġa, biex jgħinu fit- twaqqif ta' assoċjazzjoni fil-Litwanja. Intant, f 'konferenza stampa li saret ftit tal-jiem ilu mill- Masters Football (Malta) fil- preżenza ta' diversi delegati u membri tal-media, is-sur Mario Meli President tal- Għaqda qal li għall-istaġun li ġej kien hemm diversi timijiet interessati, iżda minħabba l-ispejjeż involuti, ġie deċiż li jibqħu bi tmien timijiet. Intant, Is-Sur Jean Pierre Mifsud, Teżorier tal-Għaqda ta spjegazzjoni aktar dettaljata ta' dak kollu li jiġi organizzat mill-Għaqda u l-finanzi li dan jinvolvi. Mario Meli semma l-parteċipazzjoni għal darb'oħra tat-tim ta' Jival, kompost minn residenti tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, u rringrazzja wkoll lit-timijiet l-oħra li aċċettaw li jilagħbu f 'Kordin biex il- plejers tal-Faċilità jintegraw aktar permezz tal-isport. Il-president irringrazzja wkoll lill-media kollha għall-appoġġ tagħhom. Fl- aħħar is-sur Mario Meli ġie ppreżentat b'cheque mill- isponsors, mis-Sur Norman Mifsud f 'isem MSV LIFE, li huma l-isponsors uffiċjali tal-Kampjonat tal-Masters, u mis-Sur Mario Pisani, tal-Aroma Restaurant, li huma l-isponsors uffiċjali tal-kompetizzjoni tan-Knock Out tal-Masters. Lewis Hamilton jiddomina u jirbaħ il-pole ta' Spa l-Belġju LEWIS Hamiltin iddomina u rebaħ il-pole position ta' Spa fil-Belġju fejn temm qabel sieħbu Nico Rosberg fuq Mercedes meta għaddieh b'vantaġġ ta' 0.458 sekondi. Tajjeb ngħidu li din kienet l-10 pole għal Hamilton minn total ta' 11-il pole matul dan l-istaġun. Fit-tielet post temm Valtteri Bottas fuq Williams, waqt li Romain Grosjean fuq Lotus u Sergio Perez fuq karozza Force India illum se jkunu qed jibdew mir-raba' u l-ħames post rispettivament. Is-sewwieq ta' Ferrari Sebastian Vettel fuq Ferrari, rebbieħ tal-aħħar tellieqa li saret fiċ-ċirkwit ta' Hungaroring fl-Ungerija ddiżappunta bil-kbir, hekk kif illum se jkun qed jibda biss mid-disa' post tal-gradwatorja. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is-sewwieqa rispettivi tal-Formula 1 illum fiċ-ċirkwit ta' Spa fil-Belġju, flimkien mal-ħin li rreġistraw ilbieraħ waqt il-pole position fl-istess ċirkwit: Sewwieq Tim Ħin 1. L. Hamilton Mercedes 01:47.197 2. N. Rosberg Mercedes 01:47.655 3. V. Bottas Williams 01:48.537 4. R. Grosjean Lotus 01:48.561 5. S. Perez Force India 01:48.599 6. D. Ricciardo Red Bull 01:48.639 7. F. Massa Williams 01:48.685 8. P. Maldonado Lotus 01:48.754 9. S. Vettel Ferrari 01:48.825 10. C. Sainz Jr. Toro Rosso 01:49.771 11. N. Hulkenberg Force India 01:49.121 12. D. Kvyat Red Bull 01:49.228 13. M. Ericsson Sauber 01:49.586 14. K. Raikkonen Ferrari 01:00.000 15. M. Verstappen Toro Rosso 01:00.000 16. F. Nasr Sauber 01:49.952 17. J. Button McLaren 01:50.978 18. F. Alonso McLaren 01:51.420 19. W. Stevens Manor 01:52.948 20. R. Merhi Manor 01:53.099 Lewis Hamilton, Nico Rosberg u Valtteri Bottas wara r-rebħ tal-ewwel tliet postijiet Lewis Hamilton -azzjoni ċ-ċirkwit ta' Spa l-Belġju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 August 2015