Illum previous editions

illum 23 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt LARĊISQOF Charles J. Scicluna lbieraħ ħadha qatta' bla ħabel kontra l-"loġika djabolika" tal-Gvern li jiddekriminalizza t-tkasbir tar-reliġjon u l-pornografija, u sostna li filwaqt li l-parlament għamel li ried, meta jasal iż-żmien, il-Knisja wkoll se tagħmel li trid. "Jekk l-espressjoni tiegħek li tinsulenta, tweġġa' l-qalb tagħna, tippretendix li nibqgħu b'idejna marbuta nħarsu lejn is-saqaf," wissa Scicluna. Kif irrapurtat fuq il-gazzetta tal-Knisja, Leħen is-Sewwa, l-Arċisqof tenna li minkejja li l-insara huma nies twajba u li ma jħobbux il-vjolenza, ma jieħdux pjaċir bil-provokazzjoni. "M'għandniex x'nibżgħu inwasslu messaġġ ċar: il- Parlament jagħmel li jrid u aħna wkoll, meta jasal il-waqt, nagħmlu li rridu," qal l-Arċisqof. Huwa kien qed jesprimi d-diżapprovazzjoni tiegħu għall- proposta li tiġi dekriminalizzata t-tkasbir tal-Kristjaneżmu u ta' reliġjonijiet oħra; liema liġijiet ilhom fil-kodiċi kriminali sa mill-1933. Bħalissa, skont il-Kodiċi Kriminali, persuna li tinstab ħatja li kasbret il- Kristjaneżmu f 'Malta tista' teħel sa massimu ta' sitt xhur ħabs, filwaqt li oħrajn li jinstabu ħatja ta' tkasbir ta' reliġjonijiet oħra jistgħu jeħlu sa massimu ta' tliet xhur ħabs. Dan it-tkasbir jista' jseħħ permezz ta' kliem, ġesti, kitba, jew anke stampi. Aktar minn hekk, fil-preżent, kull min ifixkel xi servizz reliġjuz jista' jeħel massimu sa sena ħabs. "L-affarijiet għeżież għalina, lil Ġesù fl-Ewkaristija u lil Santa Marija ngħożżuhom u nippretendu li anke min ma jaqbilx magħna, jirrispettahom," Scicluna. L-Arċisqof sostna li mhux sewwa li l-emendi, li skont il-Gvern huma mmirati biex isaħħu l-libertà tal-espressjoni, m'għandhomx jiġu implimentati għax dawn jagħtu lok għall- insulti. "Esprimi ruħek kemm trid, imma l-espressjoni tiegħek tieqaf meta tibda biss tinsulentana." "Waqt li nirrispetta l-libertà ma nagħtikx id-dritt li tinsulenta l-affarijiet għeżież tiegħi. Kellu raġun il-Papa Franġisku jgħid: min jinsulenta lil ommi l-għażiża, xi daqqa ta' ħarta se jistenna," huwa qal. L-Arċisqof Scicluna kkritika wkoll il-bidla fil-liġi dwar il- pornografija u qal li din tagħti lok għall-insult tad-dinjità tal- bniedem. "Biex tgħaxxaqha, aħna u ngħidu li biex tesprimi ruħek tista' tinsulenta l-affarijiet ġħeżież li huma qalb il- poplu Malti, għidna wkoll pubblikament, tista' tinsulenta l-bniedem, il-mara u r-raġel bid-dinijità tagħhom, bil- pornografija aperta." "Jekk niddefendu x-xbihat tal-injam, iżjed u iżjed irridu niddefendu d-dinjità tal- bniedem ħaj, hu min hu," temm jgħid l-Arċisqof. illum | Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 "Il-Parlament għamel li ried u aħna nagħmlu li rridu" – L-Arċisqof Scicluna L-Arċisqof Charles J. Scicluna mal-Prim Ministru Joseph Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 August 2015