Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192
Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 | illum 7 MCAST reserves the right to accept or refuse in part or in whole, any or all tenders submitted. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Invitation to tender Operational Programme I – Cohesion Policy 2007-2013 Investing in Competitiveness for a Better Quality of Life Advert part-financed by the European Union European Regional Development Fund (ERDF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future MCAST T. 18/2015 TENDER FOR THE SUPPLY, DELIVERY, INSTALLATION AND COMMISSIONING OF VARIOUS EQUIPMENT/TOOLS INCLUDING ENERGY EFFICIENT ITEMS AND FURNITURE PRODUCED FROM ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MATERIALS FOR THE MCAST STUDENTS HOUSE Tender documents may be requested by email (on the email address below) or collected from the Purchasing Department at the MCAST Administration Building (at the address below), from Monday to Friday, from 08:30hrs to 13:30hrs. Tenders should be placed in the pre-addressed envelope and deposited in the appropriate tender box at the MCAST Administration Building, at the address below, by no later than Friday 4th September 2015 at 11.00hrs. The Principal of the Malta College of Arts, Science and Technology notifies that offers from interested parties will be received for: Iċ-ċirku ta' vjolenza: Iċ-ċirku vizzjuż ILVJOLENZA tista', għalkemm mhux dejjem, tirrepeti ruħha f 'ċirku ta' atteġġjament li jista' jkun vizzjuż u anke tossiku għar-relazzjoni nnifisha, għall-mara, għat-tfal u anke għall- agressur innifsu. Lenore E. Walker psikoloġista li waqqfet l-Istitut ta' kontra l-Vjolenza Domestika kienet iffurmolat it-teorija taċ-ċirku ta' abbuż u vjolenza. Għalkemm huwa fatt li mhux kull relazzjoni vjolenti tgħaddi minn dawn il-fażijiet, hija komuni ħafna li numru kbir ta' vittmi ta' vjolenza domestika jgħaddu minn erba' fażijiet. L-ewwel ikun hemm l-inċident vjolenti li jkun ilu jinħema u li jwassal biex il-vittma tkun assaltata fiżikament, b'mod, xi minn daqqiet gravi. Din il- parti taċ-ċirku hija l-parti tal-problema illi tispiċċa fil-pubbliku. Jiġifieri meta nisimgħu jew naraw każi gravi ta' vjolenza domestika, l-probabbiltà hija li qed naraw biss il-kawża ta' katina ta' problemi li jkunu ġraw qabel. Wara dan, tibda l-fażi 'Buy Back' fejn fiha l-aggressur jibda jipprova jerġa' jressaq lill-vittma lura lejh. Dan jagħmlu billi jġib ħafna skużi għall-atteġġjament tiegħu, inaqqas l-effett li seta' ħalla l-inċident vjolenti, jitfa' l-ħtija fuq il- vittma jew xi minn daqqiet jitkarrab għall-maħfra. Hija f 'din il-fażi delikata illi l-vittma jista' jkun li titħassar lill-agressur jew inkella' tħoss li m'għandiex biżżejjed appoġġ lil hinn minnu u għalhekk terġa' tmur lura. It-tielet fażi hija dik tal-'qamar il-għasel' fejn il- koppja jħossuhom ferħanin u kuntenti se jtiru, kollox ikun qisu perfett u ma jkunx hemm inċidenti vjolenti. F'din il-fażi, l-inċident vjolenti jkun xi ftit jew wisq intesa' u l-vittma tħoss li mhux se jkun ripetut. Dan sakemm tibda l-aħħar fażi, dik tat-tensjoni, meta jibda l-gideb, il- komunikazzjoni tonqos u r-relazzjoni tibda tieħu tisbita 'l isfel. Dan iżid it-tensjoni u l-argumenti bejn il-koppja u finalment iwassal għal inċident ieħor vjolenti. Kemm dan iċ-ċirku jdum idur jiddependi minn bosta fatturi fosthom il-familja u l-istima li l-vittma jkun għad fadlilha tagħha nnifisha. Imma jdur kemm idur ġeneralment idur l-istess bil-vittma tgħaddi mill-istess fażijiet li eventwalment iwasslu dejjem għall-vjolenza u l-abbuż. Iċ-ċirku ta' vjolenza ta Lenore Walker Pulizija jattendu korsijiet fuq il-vjolenza domestika NUMRU ta' Uffiċjali tal- Pulizija qed jattendu kors dwar il-vjolenza domestika bl-għan ikun li jsaħħaħ il- ħiliet tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, kemm dawk li jieħdu r-rapporti fid-distretti, kif ukoll dawk fl-iskwadri speċjalizzati; bħall-iskwadra ta' Kontra l-Vizzji, li ta' kuljum jaffaċċjaw vittmi kif ukoll aggressuri ta' vjolenza domestika. It-taħriġ li qed isir fl- Akkademja tal-Pulizija, qed jitmexxa minn grupp ta' professjonisti li jaħdmu f 'diversi oqsma differenti tal- psikoloġija u li volontarjament aċċettaw li jipprovdu dan it-taħriġ. Dawn il-professjonisti jaħdmu ġewwa l-Isptar Monte Carmeli u għaldaqstant għandhom esperjenza vasta fuq is-suġġett. Grazzi għal dan il-kors, grupp ta' Pulizija minn rankijiet differenti, magħżula kemm mill-iskwadra ta' kontra l-vizzji, kif ukoll minn distretti differenti qed isaħħu l-għarfien tagħhom dwar kif għandhom jitrattaw każi ta' vjolenza domestika mill-aspett psikoloġiku, kemm min-naħa ta' investigazzjoni tal-Pulizija, imma iżjed importanti sabiex jiġu mħarsa l-bżonnijiet kemm tal-vittma kif ukoll tal-agressur. Dawk li attendew, speċjalment il-Pulizija tad-distretti, li normalment ikunu huma li jieħdu l-ewwel rapporti, kienu infurmati dwar l-assistenza li jipprovdu l-NGOs f 'dawn il- każijiet. B'dan il-mod ikun jista' jingħata l-aqwa servizz possibli lill-persuni kollha nvoluti.