Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/560192
10 illum | Il-Ħadd 23 ta' Awwissu 2015 IŻŻEBBUĠ t'Għawdex ħa l-isem tiegħu minħabba l-ammont kbir ta' siġar taż-żebbuġ. Fil-fatt taħt dan ir-raħal, hemm ir- raħal tal-Għasri li kien il-post fejn kienu jgħasru ż-żebbuġ. Dan ir-raħal hu l-ogħla raħal f 'Għawdex u hu espost ħafna għar-riħ u maltemp. Iż-Żebbuġ hu raħal ferm panoramiku fejn minnu tista' tara lil Għawdex kollu taħtek, anke ċ-Ċittadella u mill-pjazza stess, wieħed jista' jara l-baħar. Fir-raħal jgħixu madwar 1,500 persuna fejn fosthom hemm ħafna barranin u anke professjonisti Maltin, għax dan ir-raħal minħabba x-xenarju naturali tiegħu hu mfittex sew mill- barranin biex jixtru proprjetà hemm. Hu raħal antik u r-raba' parroċċa f 'Għawdex wara l-Kattidral, ix-Xewkija u l-Għarb. Fl-1688 sar parroċċa flimkien ma' Ta' Sannat, ix-Xagħra u n-Nadur. Fir-raħal kien hemm kappella żgħira tal- Madonna tal-Virtù fejn il-kappillan ta' dak iż- żmien iddeċieda li jibdilha fi Knisja bil-kappella tkun inkorporata fl-istess knisja. Il-patruna taż-Żebbuġ saret l-Assunzjoni għalkemm l-inkwatru tal-kappella kien tal-Kunċizzjoni, li xorta nżamm fl-istess knisja fejn hu meqjus bħala mirakoluż. Tradizzjonijiet u leġġendi Hemm diversi leġġendi li juru għaliex l-inkwatru hu wieħed mirakoluż. Jingħad li fl-antik l-inkwatru kien jisfar biex juri li ġejja xi ħaġa xejn sabiħa fuq ir- raħal u hekk kien jiġri. Jingħad ukoll li t-Torok qatt m'attakkaw ir-raħal taż-Żebbuġ għax kull meta kienu jippruvaw jitilgħu, kienu jaraw mara liebsa l-abjad tħaġġarhom bil- ġebel. Tradizzjoni oħra li għadha għaddejja sal-lum hi li quddiem l-inkwatru tal- Madonna hemm 'lumin' li hu fjamma li tixgħel biż-żejt taż-żebbuġa li ilha tixgħel 325 sena u ma ntfiet qatt. Fil-fatt l-arċipriet tal-Parroċċa Dun Reuben Micallef qalilna li jmorru nies minn kullimkien anke minn Malta biex jieħdu ftit żejt għal xi fejqan. "Niġbdu ż-żejt b'siringa u nagħtuhom, u ż-żejt dejjem nieħdu ħsieb li nimlewh" qal l-arċipriet. Il-leġġenda għal dan il- lumin ilu ġej minn meta kienet qed tinbena l-knisja fejn bhima li kienet iġġorr il-ġebel, kisret saqajha waqt il-ġarr u sidha nkwieta li jkollu joqtolha. Għalhekk xi ħadd ħareġ bl-idea li jittieħed ftit miż-żejt minn ta' quddiem l-inkwatru tal-Madonna u jidilku sieq iż-żiemel bih u saqajh għaddietlu, u baqa' jġorr il-ġebel sa ma nbniet il- Knisja. U minn dakinhar 'il quddiem, dan il-lumin ma ntefa' qatt. Fl-1863, Dun Ġwann Camilleri għamel kuntatt ma' fabbrika f 'Marsilja u ordna l-ewwel statwa ta' Santa Marija u minn dak iż-żmien bdiet il-festa li waslet sal-lum ta' Santa Marija taż-Żebbuġ. L-istess Dun Ġwann li kien min- Nadur kien ġab il-vari ta' San Pawl u San Pietru tan-Nadur u tal-Bambina tax-Xagħra. Malli waslet il-vara fir-raħal, din ġiet milqugħa minn salut tal- kaċċaturi, tradizzjoni li kienet baqgħet issir, iżda waqfet fl-aħħar snin għax kienet qed tirredikola ruħha meta l-kaċċaturi kienu jisparaw mhux salut iżda kontinwament minn fuq il- bjut. Il-festa ta' Santa Marija saret ġimgħa wara l-15 t'Awwissu għax dik tal-knisja Matriċi tar-Rabat tirbaħ fuq kulħadd. L-Għażżiel It-tradizzjonijiet f 'dan ir- raħal ċkejken huma ħafna u ferm oriġinali. Waħda minnhom hi l-GĦAŻŻIEL li hi forma tal-ewwel ittra tal-Madonna-M li ssir bl- għaġina u għal żmien il-festa jinħmew 6,000 minnhom. Dawn jitpoġġew fil-ħoġor tat-tieqa biex jipproteġuk mis-sajjetti billi dan ir-raħal hu espost ħafna għas-sajjetti. Jitpoġġew f 'riġel il-vara ta' Santa Marija u jitbierku. Huma l-ħafna devoti minn irħula oħra u anke minn Malta li jmorru għall- għażżiel kull sena. Dawn isiru min-nisa tar-raħal. L-Irħam tal-Knisja Jekk wieħed jidħol sal- knisja taż-Żebbuġ jibqa mmeraviljat bir-rikkezza ta' rħam li hi mżejna bih din il-knisja. Irħam li lill-knisja ma swielha xejn għax dan hu rħam tal-kwalità 'Onyx' li ma ssibu mkien f 'Malta jew Għawdex ħlief fiż- Żebbuġ. Dan l-irħam li kien jinstab biss f 'dan ir-raħal f 'Taċ-Ċaqra kienu jużaw ħafna minnu l-Kavallieri fejn anke wżaw minnu fil- katidral t'Għawdex u anke l-katidral tal-Imdina. Iżda blokok kbar li kien baqa', ġew mirduma f 'għelieqi meta ġew il-Franċiżi biex ma jisirquhomx. Kien hemm anke teżori oħra mirduma x'imkien, fejn sal- lum għadhom ma nstabux fosthom diversi kalċijiet u anke qanpiena. Ċertu Salvu Cefai kien iddeċieda li jħalli l-għelieqi tiegħu lill-knisja b'dak kollu li kien hemm midfun fihom u ħalla bil-miktub li dak Iż-Żebbuġ: Bl-ewwel statwa illum@mediatoday.com.mt John Busuttil • L-ogħla post f'Għawdex • Knisja kollha rħam li nstab kollu fiż-Żebbuġ • L-Irħam kien mirdum f'għalqa u hu uniku f'Malta u Għawdex • Hemm 'lumin' taħt il-madonna li ilu jixgħel 325 sena "GĦAŻŻIEL li hi forma tal-ewwel ittra tal- Madonna – M li ssir bl-għaġina u għal żmien il-festa jinħmew 6,000 minnhom biex jitpoġġew fil- ħoġor tat-tieqa biex jipproteġuk mis- sajjetti" L-ewwel vara ta' Santa Marija f 'Għawdex li saret f 'Marsilja fl-1863