Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630
€1.00 Nr 463 • 30 ta' Awwissu 2015 www.illum.com.mt Tkompli f 'paġna 2 NEWSPAPER POST Investigazzjoni dwar Bulgari 'impurtati' u mħallsin €3.80 fis-siegħa LILLUM huwa infurmat li l-istorja li kienet ippubblikata nhar il-Ħadd 28 ta' Ġunju fuq dan il-ġurnal dwar numru ta' lukandi li qed 'jimpurtaw' ħaddiema Bulgari, iħaddmuhom bit-€3.80 fis-siegħa u jiddikjarawhom bħala 'self-employed', qed tkun investigata mill-Pulizija u d-Dipartiment Governattiv ikkonċernat. Sorsi qrib il-Korp tal- Pulizija spjegaw mal-ILLUM kif wara li nġabret aktar informazzjoni dwar il- każ, il-Pulizija għaddiet l-informazzjoni kollha lid-Dipartiment għar- Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER) li fil-mument għaddej b'investigazzjoni relatata mar-rapport ta' din il- gazzetta. Intant, l-istess sorsi indikaw mal-ILLUM li, bil-mod il-mod, qed issir bidla fil- preferenza ta' impjegati li qed jieħdu dawn ix-xogħolijiet għal dawk iċ-ċittadini li ġejjin minn pajjiżi barra mill- Unjoni Ewropea, speċjalment mill-Maċedonja, is-Serbja u l-Ukrajna. Dan minħabba li f 'dawn il-pajjiżi l-paga minima hija inqas mill- Bulgarija u ħafna inqas minn dik ta' Malta, u għalhekk il-ħaddiema jkunu lesti li jaħdmu għal inqas qligħ. Ir-rapport tal-ILLUM kien żvela kif minn informazzjoni mogħtija lill-gazzetta minn numru ta' persuni, inkluż ċittadini Bulgari, lukanda partikolari kienet stabbiliet kuntatti ma' aġenzija Bulgara li qed tforni lill- lukanda b'ħaddiema Bulgari f 'xogħolijiet relatati ma' maintenance, waiters u chambermaids. Dawn il- ħaddiema jitħallsu bir-rata ta' €3.80 fis-siegħa, li minnhom il-Bulgari jagħtu bejn 10ċ u 20ċ fis-siegħa lill-aġenzija li tkun ġabithom fil-pajjiż. Ara paġna 4 L-ILLUM jiżvela kif Carmelo Pulis, ħati mill-Qorti li abbuża minn disa' subien, applika biex joħroġ mill-ħabs bil- parole. Ma' dan il-ġurnal wieħed mill-vittmi tal-abbuż jesprimi rabja kbira u jgħid illi jekk Pulis joħroġ bil- parole wara tliet snin mis-sentenza, hu se jieħu azzjoni fl-Ewropa. L-ILLUM jiżvela kif Carmelo Pulis, ħati mill-Qorti li abbuża minn disa' subien, applika biex joħroġ mill-ħabs bil- parole. Ma' dan il-ġurnal wieħed mill-vittmi tal-abbuż ILPATRI PEDOFELU QED JAPPLIKA GĦALL PAROLE