Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 | illum 13 fid-djar tal-anzjani, ħriġt nibki is-sistema ta' childcare b'xejn "biex appuntu nkomplu ninkoraġixxu kemm lill-ġenituri li għandhom ulied b'diżabbiltà, kif ukoll lill-ulied li jieħdu ħsieb lill-ġenituri tagħhom biex jibqgħu fid-dinja tax-xogħol." L-aċċessbilità għal persuni b'diżabbiltà Id-diskors waqa' dwar in-nuqqas ta' aċċessibilità waqt il-festi meta jintrama' l-armar fuq il-bankini. "Għandna linji gwida li se jiġu nfurzati. Nisperaw li naslu f 'punt fejn is-sens komun jirrenja, għax ma nixtiequx li ninfurzaw il-liġi. Il-festa għandha titgawda minn kulħadd." Weġbitni b'mod ferm sod. Staqsejtha wkoll dwar ilmenti li qed isiru minn persuni li għandhom bżonn wheelchair u dawn qed jitħallew jistennew għax m'hemmx flus biżżejjed. "Id-diżabbiltà madwar id-dinja kollha kibret b'9% u Malta mhux eċċezzjoni. Kull sena jkun hemm baġit għall-Aġenzija Sapport u l-KNPD għal dan il-għan, u ma jkunx biżżejjed biex naqdu lil kulħadd, u dan kull sena jiżdied. Din kienet teżisti u aħna żidnieh iżjed mill-amministrazzjoni ta' qabel. Issa aħna qed nassessjaw kull applikant u nanalizzaw min għandu bżonn l-iżjed, u meta jispiċċa l-baġit, min jibqa', jrid jistenna sal- baġit ta' wara." Kull 'blue badge' se tiġi riveduta Ilment kbir li hu fuq fomm kulħadd hu l-ammont kbir ta' blue badges li hawn mal-windscreen tal-karozzi, "Hawn abbuż enormi minn dawn il-badges. Hawn 7,000 li għandhom blue badges. Qed naħdmu fuq riforma biex kull blue badge tiġi riveduta. Il-Blue Badge qiegħda għal min għandu problemi ta' mobbiltà, u mhux kull diżabbiltà tfisser li għandu jkollok blue badge. Anomalija oħra li indirizzajna kienet li min għandu l-blue badge kien intitolat ukoll għal sussidju fuq tal-linja, li onestament ma nħossx li kienet tagħmel sens. Għalhekk ftehmna ma' Transport Malta u mal-operatur il-ġdid tal-linja, u issa l-yellow cards kollha, jiġifieri dawk kollha li għandhom il-karta tal-identità speċjali għal persuni b'diżabbiltà – hi x'inhi d-diżabbiltà tagħhom se jkollhom sussidju, għax qabel, dawn tal-karta s-safra ma kellhomx." Staqsejtha jekk minħabba x-xogħol li għandha f 'qasam tant kbir hux qed ikollha ħin għall- kostitwenti tagħha f 'Għawdex. Pront weġbitni li barra li qed taħdem ħafna fejn jidħlu l-anjzani u nies b'diżabbiltà f 'Għawdex, hi dejjem tħalli ħin biex tara lill- kostitwenti tagħha f 'Għawdex u tara kif taqdihom fejn tista'. "Kif tista' tara, kull telefonata li jkolli, nweġibha u kull email li nirċievi, nweġibha jien personali. "Barra minn hekk, qed naħdem biex fil-qasam tiegħi noħloq xogħol għall-Għawdxin bħal fil-każ tal-Learning Hub għall-persuni b'diżabbiltà fejn se noħolqu 80 impjieg għall-persuni b'diżabbiltà . Għandna proġett ġdid bl-ewwel ċentru se jibda f 'Għawdex, fejn nies bid-dimenzja jistgħu jittieħdu hemm mill-familjari tagħhom sa ma jmorru jaħdmu u jgħaddu għalihom kif jispiċċaw ix-xogħol. Stil ta' childcare b'xejn għal nies bid-dimensja. U din se nibdewha f 'Għawdex f 'Dar Padova f 'Għajnsielem, imbagħad jinfetħu oħrajn f 'Malta. "Infetaħ uffiċċju tal-KNPD f 'Għawdex, Ta' Sannat u bdejna kors fid-dipartiment tal-anzjani li bi ftehim mal-Università, se jkun ifisser 14-il credit, u jkun fuq livell ta' 'O' level u għalih applikaw record ta' Għawdxin li jafu li dawn għandhom xogħol mill-ewwel malli jagħmlu dan il-kors. B'hekk se nkunu nżidu xogħol f 'Għawdex għall-Għawdxin. Kull proġett li qed nagħmlu f 'Għawdex, qed joħloq ix- xogħol u dan filwaqt li qed intaffu t-tbatija tal-persuni u tal-familji tagħhom li jibbenefikaw mis- servizzi ġodda li qed nagħmlu" F'din l-intervista ħareġ ċar li Justyne Caruana qed taħdem bla heda fis-settur tagħha, fejn anke f 'Għawdex rat kif għamlet biex tgħin lill-Għawdxin u toħloq anke xogħol għall-Għawdxin f 'Għawdex. Dan barra li donnha tatna aperittiv qabel il-baġit għax kienet wisq entużjasta fuq il-proġetti li tixtieq twettaq. "Hawn 7,000 li għandhom blue badges u hawn abbuż enormi fuqhom. Se jiġu riveduti kollha... il-blue badge qiegħda biss għal min għandu problemi ta' mobilità" Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015