Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630
16 illum | Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 N afu, għax il-media tfakkarna l-ħin kollu li l-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali niżel sewwa. Għalfejn mela f 'Malta għad ma raħsux il-prezz tal- petrol u d-diesel għall-konsumatur? Il-prezz għadu għoli meta tqabblu mal- prezzijiet fil-parti l-kbira tal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Għandu l-Gvern iraħħas il-prezz, jew għandu jħallih kif inhu? Sa issa l-Gvern permezz tal- Korporazzjoni Enemalta mexa billi perjodikament aġġusta l-prezzijiet skont kemm il-petrol u d-diesel kienu se jiġu jiswew lilu. Il-prezz tal-petrol bla ċomb bħalissa hu ta' €1.35 il-litru li minnhom €0.73 huma taxxi. Min-naħa l-oħra, il-prezz tad-diesel bħalissa hu ta' €1.28 li minnhom €0.543 huma taxxi. It-taxxi fuq il-petrol u d-diesel ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor, bħalma jvarjaw ukoll il-prezzijiet. Il-prezz tal-petrol bla ċomb f 'xi pajjiżi, jinbiegħ għola minn Malta. Hemm iżda diversi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea fejn jinbiegħ orħos, fosthom is-segwenti: il-Polonja (€1.116-il litru), l-Estonja (€1.129), l-Awstrija (€1.142), il-Latvja (€1.146), il-Litwanja (€1.17), l-Ungerija (€1.173), il-Bulgarija (€1.176), il-Lussemburgu (€1.195), ir-Repubblika Ċeka (€1.221), ir-Rumanija (€1.222), Spanja (€1.251), il-Kroazja (€1.275), Ċipru (€1.286) u s-Slovenja (€1.331). Il-lista ta' pajjiżi tal-UE fejn id-diesel jinbiegħ irħas minn Malta hi ferm itwal. L-irħas prezz huwa dak tal- Litwanja fejn jinbiegħ €0.93 il-litru. Min-naħa l-oħra fl-Italja jinbiegħ €1.458 u fir-Renju Unit jinbiegħ €1.509 il-litru. Għandu jorħos il-prezz tal-petrol bla ċomb u tad-diesel f 'Malta? L-argumenti favur li jorħos il-prezz tal-petrol u d-diesel huma ta' spejjes inqas għall-konsumatur. L-argumenti kontra tnaqqis fil-prezz, huma argumenti ta' natura ambjentali. Għax prezz għoli ifisser attenzjoni iżjed fil-konsum filwaqt li prezz li jitbaxxa, jinkoraġixxi l-laxkezza fil- konsum. Dan l-argument biex il-prezz tal- petrol u d-diesel ma jorħosx ikun validu, anzi validu ħafna, meta jkollna transport pubbliku li jaħdem sewwa, u b'hekk ikun jista' joffri servizz effiċjenti u alternattiv. Ilkoll nirrikonoxxu li hemm titjib fis-servizz imma dan għadu mhux biżżejjed biex iħajjar lin-nies jagħmlu iktar użu mit-trasport pubbliku flok ma jutilizzaw karozzi privati u b'hekk jonqsu l-karozzi fit- toroq tagħna. Ilkoll nafu li l-kwalità tal-arja f 'Malta l-iktar li hi effettwata hi mill- emmissjonijiet tal-karozzi, kemm dawk li jużaw il-petrol, kif ukoll dawk li jagħmlu użu mid-diesel. Jekk jonqsu dawn l-emmissjonjijiet se jkollna titjib fil-kwalità tal-arja. Dan jista' jseħħ billi jintużaw karozzi li jagħmlu użu minn teknoloġija differenti, bħall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku jew bil-gass, inkella billi jintuża t-trasport pubbliku flok il-karozzi privati. Dan ovvjament apparti li nimxu fejn possibli, inkella li tintuża r-rota. L-għażla, eventwalment trid issir min-nies individwalment. Imma l-Gvern dejjem jista' jimbotta ftit biex jinkoraġixxi lil dak li jkun biex jibdel l-imġiba tiegħu u b'hekk jagħti l-kontribut tiegħu għall-kwalità tal-arja aħjar. Tnaqqis ta' taxxi fuq il-karozzi li ma jniġġsux hi għajnuna li bosta gvernijiet jużaw għal dan l-iskop. Il-Gvern jista' wkoll juża l-prezz tal-fuel, kemm dak tal-petrol bla ċomb kif ukoll dak tad-diesel bħala għodda biex iħajjar inqas nies jużaw dawn il-fuels. Hemm gvernijiet li meta għandhom trasport pubbliku li jaqdi sewwa lill-pubbliku, iħallu l-prezz tal-petrol bla ċomb u tad-diesel għoli. Hekk għamel għal diversi snin il-Gvern Laburista Ingliż fil-passat billi żied it-taxxi fuq il-petrol u d-diesel. F'dak il-każ ikun jaqbillek b'tal-linja. Ikun sinjal tajjeb meta aħna wkoll naslu sa dan il-punt, nittama f 'data mhux il-bogħod. Peró naħseb li għad baqa' ftit ieħor sa ma naslu. Imma jkun għaqli kieku l-Gvern anke f 'dan l-istadju jħabbar meta jippjana li naslu f 'dan l-istadju, għax ma jistax ikun li jibqgħu jiżdiedu n-numru ta' karozzi fit-toroq. B'dan il-mod, anke f 'Malta kif jitjieb is-servizz ikun possibli li jkun inkoraġġut in-nuqqas ta' konsum ta' petrol u diesel, użu iktar frekwenti ta' trasport pubbliku u inqas karozzi fit- toroq u allura ngawdu arja iktar nadifa. Carmel Cacopardo hu Perit u Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail. com, http://carmelcacopardo.wordpress. com CARMEL CACOPARDO Il-petrol u d-diesel se jorħos? "L-argument biex il-prezz tal-petrol u d-diesel ma jorħosx ikun validu, anzi validu ħafna, meta jkollna transport pubbliku li jaħdem sewwa" "Il-prezz (f 'Malta) għadu għoli meta tqabblu mal-prezzijiet fil-parti l-kbira tal- pajjiżi l-oħra tal- Unjoni Ewropea"