Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 I l-kriżi tal-immigrazzjoni għall-Ewropa ma tfisser xejn, jew kważi xejn. Il-kampijiet ta' nies mitluqin bħad-dubbien bil-ġuħ u bil-għatx iħallu lill-kontinent tal-kolonjalizmu indifferenti. Xi kultant nisimgħu ftit frażijiet retoriċi u l-għada jieqaf kollox. Ħafna mill-effetti tal-immigrazzjoni ħolquhom il-qawwiet tal- Punent stess. Ħalli nieħdu l-eżodu tal- ispossessati mis-Sirja u mil- Libja. Kienet in-NATO li armat lir-ribelli fis-Sirja, u kienet l-istess NATO (u l-aktar ir- Renju Unit u Franza) li farrket il-Libja. Il-pajjiżi Ewropej mhuma jagħmlu xejn biex jerġgħu jistabbilizzaw il-pajjiżi li ddevastaw b'tant arroganza u aggressjoni. Kemm mietu nies mgħarrqin fil-Mediterran din is-sena biss mhux magħruf, imma hu stmat li tal-inqas 2,300 immigrant spiċċaw fiċ-ċimiterju ta' taħt l-ilma. L-Unjoni Ewropea, li suppost hi mnebbħa mill-prinċipji umansitiċi u Kristjani, ma trid tiċċaqlaq b'xejn. U qed tħalli l-ħajja tal-maħrubin f 'idejn it-traffikanti. Sadanittant, il-lemin filo- nazista sploda f 'inħawi bħall-Ġermanja u l-Iżvezja. Żdiedu l-attakki fuq id-djar tar-refuġjati fil-Ġermanja u l-aħħar sondaġġi fl-Iżvezja juru li l-partit tal-lemin estrem, qed igawdi 75% tal-votanti. U ma ninsewx li fil- Parlament Ewropew, terz mir-rappreżentanti ġejjin mil- lemin. KATAVRI FL-ISTIVA Fl-għarqa drammatika ta' 800 emigranti lejn Malta u Lampedusa f 'April li għadda, li jinkludu irġiel, nisa u tfal, għad hemm bosta katavri fl- istiva. Għall-Unjoni Ewropea, dawk il-katavri setgħu kienu lampuki jew tunnaġġi. Din l-istituzzjoni ta' "solidarjetà unama" (sic) qed tagħlaq il- bibien tas-salvezza lill-profugi maħrubin. Ironikament, dawn l-immigranti qed jaħarbu mill- Afrika, minn pajjiżi li fi żmien il-kolonjalizzazzjoni, sfruttaw kemm felħu r-riżorsi naturali u umani tal-Kontinent l-Iswed. Issa, minħabba nuqqas serju ta' riżorsi, l-Italja qalet li se tħalli lill-katavri mgħarrqin f 'qiegħ il-baħar "għax mhuma utli għall-ebda investigazzjoni." Jiġifieri lanqas f 'mewthom ma tħallitilhom ftit dinjità. Se jibqgħu taħt l-ilma, għalf uman għall-ħut. Fiex inhu moħħha l-Unjoni Ewropea? Żgur mhux fil- miżerja tal-immigranti. Hi wisq aktar moħħha li tinnegozja ftehim mal- Istati Uniti magħruf bħala TTIP (Trans-Atlantic Trade Investment Partnership). Kollox ibbażat fuq in-negozju u l-flus. Dan in-negozjar ilu għaddej mill-2013. F'Malta tista' tgħid li ħadd ma sema' bih u l-mezzi tax-xandir żammew siekta perfett. L-uniku sinjal ta' protesta (li għaliha kien hemm madwar għoxrin ruħ) wasal f 'forma ta' żiemel ta' trojja jintefaħ fil- fetħa tal-Belt. TAMA U RIEDA TAL- ISPIRTU Nikolai Vucicic twieled mingħajr dirgħajn u mingħajr saqajn. Deher fuq l-istazzjon Russia Today (RT) b'messaġġ ta' kuraġġ straordinarju u ta' tama. Sab lil min iħobbu u jiżżewġu u llum, hu u martu jirċievu madwar 100 stedina kull ġimgħa minn madwar id-dinja biex jindirizzaw udjenzi kbar. Fid-dinja hu stmat li hemm 15% tal-persuni, b'diżabilità. 80% m'għandhomx xogħol. Illum Vucicic u martu għandhom 6 miljun segwaċi fuq Facebook u jemmnu li l-agħar diżabbilità hi dik tal- qalb. "Il-messaġġ tiegħi hu wieħed ta' tama, minkejja l-pressjonijiet fiżiċi, ekonomiċi u soċjali," stqarr Vucicic mal- istazzjon RT. "Jien u ndur id-dinja, nivvjaġġa b'viżjoni, b'ħolma kbira. Maqful f 'armarju, għandi par żarbun tal-futbol, għax nemmen li għad nista' nilgħab. Jien nemmen fil-mirakli. Din tiegħi hi ġrajja ta' fidi." NGO = NOTHING GOING ON Nothing Going On (NGO) jew Aid For Aid hu dokumentarju minn produtturi mill-Kenja li jridu juru lill- pubbliku kif organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) jagħmlu kapital minn fuq il- fqar u l-vulnerabbli. Dawn l-NGOs jagħmlu mill-aħjar biex jogħġbu lill-gvernijiet, mhux lill- benefiċjarji. Il-proġett, li sewa 20,000 Ewro hu dwar il-bżonn li l-popli jitkellmu. Jieħu l-forma ta' satira kontra l-korruzzjoni, imqassma fi ħdax-il episodju. Kelliem għall-produtturi fisser li huma artisti li jridu jiddevertu b'mod impenjattiv u alternattiv. Id-dokumentarju ngħata pubbliċità fuq id-Deutsche Welle (DW). MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI EMIGRANTI BĦAD-DUBBIEN Poster fil-metro ta' partit lemini Żvediż jiskuża ruħu mat-turisti għall-istat li qed joħolqu r-refuġjati "L-Unjoni Ewropea, li suppost hi mnebbħa mill-prinċipji umansitiċi u Kristjani, ma trid tiċċaqlaq b'xejn u tħalli l-ħajja tal-maħrubin f 'idejn it- traffikanti" "Lanqas f 'mewthom ma tħallitilhom ftit dinjità. Se jibqgħu taħt l-ilma, għalf uman għall-ħut" AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015