Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Pembroke A ............... 4 St Andrews ................ 3 PEMBROKE A. rebħu d-Derby kontra l-ġirien St Andrews bl-iskor ta' 4-3. B'hekk huma ma setax kellhom bidu aħjar f 'dan il-Kampjonat wara li matul dan l-istaġun qed jiddebuttaw fil-Kampjonat BOV Premier, biex sa issa diġà rebħu żewġ logħbiet minn daqstant logħbiet, biex laħqu lil Valletta fil- quċċata tal-klassifika b'sitt punti. Kien Austin Martz li fetaħ l-iskor għal Pembroke A. wara biss żewġ minuti logħob, bl-istess plejer jirdoppja l-iskor fid-19-il minuta. St Andrews naqsu l-marġni tal-iskor man- nofs siegħa logħob permezz ta' Sehitaj Mariglen, iżda kellu jkun it-tim immexxi mill-kowċ bravu Winston Muscat li jerġa' jsib ix-xibka permezz ta' Gibson Bardsley fid-39 minuta, biex b'hekk fl- ewwel taqsima rajna xejn inqas minn tliet gowls. St Andrews daħlu lura fil-logħba meta skurjaw it-tieni gowl fil-logħba permezz ta' Christopher De Nguidjol. Iżda Pembroke Athleta komplew ikabbru l-marġni tal-iskor fis-77 minuta biex nistgħu ngħidu ssiġġillaw it-tliet punti prezzjużi meta din id-darba kien Kyle O'Brien li rnexxielu jsib ix-xibka. Madankollu, kien għad fadal x'naraw f 'din il-logħba, hekk kif St Andrews reġgħu naqsu l-marġni tal-iskor, iżda din id-darba kien tard wisq meta fid-89 minuta reġa' sab ix-xibka l-plejer Bugli. Pembroke - A. Muscat, O'Brien, Villalobos, Bardsley, Martz, Cutajar, Levnaic, Laudisi, Cini, Barbetti, Bugeja St Andrews - Rossetto, Ghio, Williams, Sehitaj, Andreis, Vella Petroni, Guillaumier, Grima, Cosmai, Farrugia, Denguidjol Referi - Marco Borg AUSTIN MARTZ Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għandu 23 sena u jilgħab fl-irwol ta' plejer ta' nofs il-grawnd offensiv. Ingħaqad ma' Pembroke A. matul dan l-istaġun u kien fundamentali f'din ir-rebħa mit-tim tiegħu, fejn skorja dopjetta personali. Pembroke A. jirbħu d-Derby u jiksbu t-tieni rebħa konsekuttiva Konfront għall-ballun fil-logħba li pproduċiet seba' gowls bejn Pembroke A. u St Andrews Ritratt - Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015