Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 SPORTSillum CHELSEA u Liverpool, ilbieraħ sfaw umiljati meta ġew megħluba mit-timijiet inferjuri ta' Crystal Palace u West Ham United rispettivament. Chelsea sfaw megħluba mill- Palace ġewwa darhom stess fi Stamford Bridge bl-iskor ta' 2-1 bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Radamel Falcao biex b'hekk irnexxielu jsib ix-xibka għall-ewwel darba bil- flokk tal-Blues. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għal Crystal Palace waslu minn Bakary Sako u Joel Ward. Tajjeb ngħidu li din kienet il-100 logħba għal Josè Mourinho bħala kowċ ta' Chelsea fi Stamford Bridge u kienet biss it-tieni telfa li huwa ġarrab f 'dan il- ground mal-Blues. L-unika u l-aħħar telfa ta' Mourinho fil-grawnd ta' Chelsea waslet sena u nofs ilu kontra Sunderland. Tajjeb ngħidu li permezz ta' din ir-rebħa, il-kowċ ta' Crystal Palace Alan Pardew irnexxielu jegħleb lil Josè Mourinho għal tliet darbiet fil-karriera tiegħu – xi ħaġa li ftit li xejn kowċis oħra rnexxielhom jagħmlu. B'hekk nistgħu ngħidu li wara biss erba' logħbiet mill-ftuħ tal-Kampjonat, Chelsea diġà nqatgħu mit-tiġrija għar-rebħ tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra hekk kif jinsabu xejn inqas minn 8 punti distakk minn Manchester City. Dan hekk kif is-City jinsabu jokkupaw il- quċċata tal-klassifika b'punti massimi, jiġifieri 12-il punt minn erba' logħbiet. Ilbieraħ il-Blues ġewwa darhom fl-Etihad Stadium għelbu lil Watford bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom fil-logħba jaslu minn Raheem Sterling u Fernandinho. Intant, Liverpool ġewwa darhom f 'Anfield sfaw umiljati meta tilfu bl-iskor ta' 3-0 kontra West Ham United, bit-tliet gowls għall-Hammers jaslu minn Manuel Lanzini, Mark Noble u Diafra Sakho propju fid-90 minuta. Tajjeb ngħidu li f 'din il-partita, iż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta għal Liverpool, tkeċċa Philippe Coutinho wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba, waqt li għall-Hammers tkeċċa l-awtur tat-tieni gowl tagħhom, Mark Noble permezz ta' karta ħamra diretta fid-79 minuta. Arsenal barra minn darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Newcastle United f 'St James Park bil-gowl uniku għall-Gunners fil-logħba jasal minn awto-gowl ta' Fabricio Coloccini fit-52 minuta. Tajjeb ngħidu li l-Magpies spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fil-logħba meta tkeċċa għalihom il-plejer Aleksandar Mitrovic permezz ta' karta ħamra diretta, wara biss 16-il minuta logħob. Fil- konfront bejn Aston Villa u Sunderland rajna xejn inqas minn erba' gowls b'dan il-konfront jintemm fi draw ta' 2-2. Iż-żewġ gowls għal Aston Villa waslu minn doppjetta ta' Scott Sinclair, bl-ewwel minn dawn iż-żewġ gowls jasal minn penalty, waqt li ż-żewġ gowls għal Sunderland waslu minn Yann M'Vila u Jeremain Lens. Konfront ieħor li ntemm fi draw, din id-darba ta' 1-1 kien dak bejn AFC Bournemouth u Leicester City, bil-gowl għal AFC Bournemouth jasal minn Callum Wilson fl-24 minuta, waqt li l-gowl għal Leicester City wasal minn penalty ta' Jamie Vardy fis- 86 minuta. West Bromwich Albion barra minn darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Stoke City bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Josè Salomon Rondon fil-45 minuta. Ta' daqqa ta' ħarta għal Stoke City kien il-fatt li huma spiċċaw jilagħbu b'9 plejers ferm kmieni fil-logħba meta tkeċċew għalihom iż-żewġ plejers Ibrahim Afellay u Charlie Adam f 'temp ta' sitt minuti biss, eżattament fil-25 u fil- 31 minuta rispettivament. Intant, Tottenham Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane sfaw miżmuma fi draw ta' mingħajr gowls kontra Everton. F'konfront mill- Kampjonat Taljan Serie A TIM, Sassuolo barra minn darhom għelbu lil Bologna bl-iskor minimu ta' 1-0 bil- gowl uniku tagħhom fil- logħba jasal minn Antonio Floro Flores fis-86 minuta. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 29 ta' Awwissu Tottenham H. vs Everton 0 - 0 Newcastle U. vs Arsenal 0 - 1 AFC Bournemouth vs Leicester C. 1 - 1 Aston V. vs Sunderland 2 - 2 Chelsea vs Crystal P. 1 - 2 Liverpool vs West Ham U. 0 - 3 Manchester C. vs Watford 2 - 0 Stoke C. vs WBA 0 - 1 FIXTURES Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 14:30 Southampton vs Norwich C. 17:00 Swansea C. vs Manchester U. Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 29 ta' Awwissu Bologna vs Sassuolo 0-1 Milan vs Empoli Fixtures Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 18:00 Roma vs Juventus 20:45 Atalanta vs Frosinone 20:45 Carpi vs Inter 20:45 Chievo V. vs Lazio 20:45 Genoa vs Hellas Verona 20:45 Napoli vs Sampdoria KLASSIFIKA KAMPJONAT BARCLAYS PREMIER Tim L PTI Manchester C. 4 12 Crystal P. 4 9 Leicester C. 4 8 Manchester U. 3 7 Arsenal 4 7 Liverpool 4 7 West Ham U. 4 6 Swansea C. 3 5 Everton 4 5 Norwich C. 3 4 AFC Bournemouth 4 4 Aston V. 4 4 Chelsea 4 4 WBA 4 4 Tottenham H. 4 3 Watford 4 3 Stoke C. 4 2 Newcastle U. 4 2 Southampton 3 2 Sunderland 4 2 Diżastru għal Chelsea u Liverpool Bakary Sako jiskurja l-ewwel gowl għat-tim ta' Crystal Palace fil-logħba kontra Chelsea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015