Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 SPORTSillum Aspettattivi kbar għal Floriana Basketball Club KOLLOX qed jindika li matul l-istaġun li ġej, Floriana Basketball Club se jkunu qed jirritornaw fejn jixirqilhom, jiġifieri fl-ogħla postijiet tal- basketball lokali. Dan hekk kif wara li żewġ staġuni ilu huma rnexxielhom jirbħu l-Kampjonat għall- ewwel darba fl-istorja tagħhom, meta kienu mmexxija mill-kowċ bravu Paul Ferrante u mill-President ferm ħabrieki Alexis Callus, matul l-istaġun li għadda huma ddiżappuntaw bil-kbir, fejn naqsu milli jisfidaw għall- unuri prinċipali waqt, li bl- ebda mod ma rnexxielhom jilħqu l-livelli tal-istaġun ta' qabel. Madankollu, l-istorja għal matul l-istaġun li ġej tidher li se tkun waħda ferm differenti, permezz tad-diversi akkwisti li huma rnexxielhom jagħmlu sa issa. Ma nistawx nibdew mingħajr ma nsemmu l-aktar akkwist importanti li huma rnexxielhom jagħmlu għall-istaġun li ġej, li mhu se jkun ħadd ħlief il-plejer li jippossjedi CV mill-aqwa fil-basketball, u li għandu potenzjal u kwalitajiet uniċi fl-istess sport, Chad Patus. Dan il-plejer m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fix-xena tal-basketball lokali, hekk kif huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers barranin li lagħab f 'Malta, matul l-aħħar snin. Tul l-aħħar staġuni, huwa rebaħ kull unur li għandu x'joffri l-basketball Malti, fosthom numru ta' unuri tal-Plejer tax-Xahar. Matul l-aħħar staġun Chad Patus kellu medja ta' 23 punt f 'kull logħba. Il-versatilità tiegħu fuq il-pitch, m'hemmx dubju li se tkun indispensabbli għat-tim tiegħu u għall- kowċ ta' Floriana BC, Mario Tabone, hekk kif it-tim se jkun qed ifittex li jiġġieled għall-unuri matul l-istaġun li ġej. Il-Greens akkwistaw ukoll lill-eks Plejer tas-Sena ta' taħt it-23 sena, Anton Axiaq. Dan wara li għal numru ta' okkażjonijiet, l-istess plejer kien ferm viċin li jiffirma ma' Floriana BC. Huwa se jkun qed jingħaqad mal-eks sħabu ta' Loyola, il-plejer Sean Borg u l-kowċ Mario Tabone. Hekk kif fl- aħħar snin huwa kien għażla regolari għat-tim nazzjonali Malti tal-irġiel tal-basketball, Anton, jippossjedi taħlita ta' esperjenza u żgħożija hekk kif ilu jilgħab il- basketball fl-ogħla livelli għal numru konsiderevoli ta' snin. Id-dedikazzjoni massima tiegħu lejn il- logħba tal-basketball u r-rieda sfieqa li dejjem itejjeb il-livelli tiegħu fl-istess logħba, kif ukoll id-determinazzjoni sħiħa tiegħu ġew murija biċ- ċar wara l-injury mill- aktar kerha li sofra matul l-istaġun li għadda, u li ħallietu barra mill- azzjoni għal xaharejn sħaħ. Madankollu, huwa rritorna minn din l-injury bl-aħjar mod possibli, u fil-fatt kien wieħed mill- aħjar plejers fil-play-offs tal-istaġun li għadda. Barra minn hekk, Floriana, akkwistaw ukoll is-servizzi tal- plejer Abraham Portelli għall-istaġun li ġej. Abraham huwa magħruf għall-ħiliet mill-aqwa li jippossjedi fid-difiża u għad-determinazzjoni sħiħa tiegħu li ġġib magħha esperjenza wiesa' fejn m'hemmx dubju li huwa se jkun qed ifittex li jitrażmetti din l-istess esperjenza lill-plejers iktar żgħażagħ fit-tim ta' Floriana BC. Huwa rrapreżenta lil Malta f 'diversi tournaments tal- basketball waqt li rebaħ numru ta' unuri tul il- karriera mill-aqwa tiegħu fil-basketball. Matul l-istaġun li għadda, Abraham Portelli lagħab ma' Luxol, u meta wieħed jikkunsidra li fil- passat riċenti Abraham lagħab ukoll mat-tim ta' Depiro, ma' Floriana huwa se jkun qed isieħeb lill-eks kowċ ta' dan it- tim, Mario Tabone. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas tajjeb ngħidu li ż-żewġ plejers ta' Floriana BC Lee Ross u Clayton Calleja iffirmaw kuntratti ġodda mal- Greens, wara li l-kuntratt ta' dawn it-tnejn, kien skada fi tmiem l-istaġun li għadda. Ross kellu staġun ta' debutt mill- aqwa matul l-istaġun li għadda fejn kien l-aqwa plejer għal Floriana BC, f 'dak li għandu x'jaqsam mal-ammont ta' steals, assists, 3- pointers u anki gowls. L-abilità fiżika tiegħu kkombinata mal-ħiliet uniċi tiegħu fil-basketball, m'hemmx dubju li se jkunu ta' għajnuna kbira għall- kowċ Mario Tabone, hekk kif it-tim ta' Floriana se jkun qed ifittex li jtejjeb fuq ir-riżultati li kiseb matul l-istaġun li għadda. Min-naħa l-oħra Calleja se jkun qed jibda l-ħames staġun tiegħu mal-klabb ta' Floriana BC. Huwa kien parti mit- tim li rebaħ l-ewwel kampjonat storiku żewġ staġuni ilu, waqt li kien involut f 'kull finali tal- kompetizzjonijiet kollha li Floriana kienu nvoluti fihom tul l-aħħar staġuni fil-basketball lokali. Matul l-istaġun li għadda huwa ngħata r-responsabbiltà ta' captain tat-tim u kien it-tieni l-aktar plejer li rreġistra steals waqt li kien ukoll l-aktar plejer ta' Floriana li rreġistra punti minn free- throws. B'hekk huwa jista' tabilħaqq jitqies bħala l-aktar plejer Malti ta' esperjenza fil- formazzjoni tal-Greens għal matul dan l-istaġun, u m'hemmx dubju li din l-istess esperjenza se tkun vitali għall-istaġun ta' Floriana BC, hekk kif dan it-tim matul dan l-istaġun se jkollu l-għan ewlieni li jkompli jibni fuq ir-riżultati li rnexxielu jikseb matul l-istaġun li għadda. Lee Ross Anton Axiaq Clayton Calleja Chad Patus Abraham Portelli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015