Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630
DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt MINKEJJA l-periklu u n-numru inkwetanti ta' mwiet li fnew il-Baħar Meditterran f 'dawn l-aħħar snin, id-disprament tal- immigranti, flimkien mal-gwerra kiefra fis- Sirja u l-instabbilità fit- Tramuntana tal-Afrika mhix qed tiskoraġixxi eluf ta' immigranti milli jirriskjaw ħajjithom bit- tama li jgħixu ħajja aħjar. Ċifri uffiċjali mogħtija lill- ILLUM mill-Ministeru tal- Intern u Sigurtà Nazzjonali juru kif sal-ewwel tmien xhur tas-sena, f 'Malta waslu biss 87 immigrant, 487 inqas mis-sena l-oħra. Mal-ewwel daqqa t'għajn jidher li din is-sena u partikolarment, dan is-sajf, il-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari għadu ma laqatx ix-xtut Maltin. Iżda filwaqt li dan jista' jkun il-każ għal pajjiżna, huwa ferm 'il bogħod mir-realtà fil- bqija tal-Ewropa, hekk kif bħalissa, l-Italja, il- Ġermanja, u l-Greċja, b'mod partikolari, qed jesperjenzaw l-agħar kriżi umanitarja minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. Immigranti msawwta, abbużati, u stuprati Fl-Italja, tefgħa ta' ġebla biss 'il bogħod minn Malta, waslu 90,000 immigrant fl- ewwel tmien xhur tas-sena. Biss biss, f 'Ġunju, f 'inqas minn 24 siegħa, il-Guardia Costiera salvat madwar 6,000 persuna u l-ġimgħa l-oħra, ġew salvati 3,000 immigrant ieħor. Grazzi għall-missjoni Triton, it-Taljani qegħdin jissorveljaw il-kosta tal- Libja, iżda fl-isfond ta' gwerra ċivili u instabbilità, qegħdin kontinwament jitilfu l-battalja tagħhom kontra t-traffikanti tal- persuni. Mal-waqgħa ta' Gaddafi, il-fruntieri Libjani għal darb'oħra infetħu għall- isfruttament tat-traffikanti u fl-2011, l-istess sena tar- rivoluzzjoni Libjana, waslu l-Italja 140,000 immigrant mit-Tramuntana tal-Afrika. Dan kompla jiżdied matul is-snin u fl-2014, dan żdied għal 219,000. Mill- Italja, bosta immigranti jerħulha għall-Ġermanja, l-Ingilterra, u l-Iskandinavja bil-maġġoranza tagħhom jaslu mis-Sirja, filwaqt li oħrajn jaslu mill-Afganistan, Eritrea, Niġerja, u s-Somalja. Skont l-Organiżazzjoni Internazzjonali tal- Immigrazzjoni (IOM), il-vjaġġ bejn il-Libja u l-Italja huwa l-iktar wieħed perikoluż b'1,930 imutu din is-sena biss u 3,500 oħra matul is-sena li għaddiet. Lil hinn minn dan, uffiċjali mill-Gvern Taljan isostnu li n-numru tal-imwiet huwa fil-verità ferm ikbar minn dak irrapurtat hekk kif ħafna immigranti jmutu fuq il- baħar mingħajr ma jinstabu. Aktar minn hekk, bosta refuġjati jirrakuntaw il- kundizzjonijiet tal-biki li jesperjenzaw matul il-vjaġġ tagħhom, u li ta' sikwit isofru vjolenza, abbuż sesswali, tortura u anke stupru mit-traffikanti u minn gruppi ta' kriminalità organizzata. Madankollu, minkejja l-periklu ċar, bosta traffikanti għadhom joperaw mill-kosta tal- Libja, għalkemm fl-isfond ta' aktar kontroll u traġedji, il-maġġoranza tat-traffikanti issa qed jieħdu vantaġġ mid-distanza qasira bejn it- Turkija u l-Greċja. Gżejjer turistiċi jinbidlu f 'ċentru ta' detenzjoni Skont l-aħħar statistika mill-aġenzija tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR), minn Jannar 'l hawn, waslu 160,172 immigrant fil-Greċja, u f 'Lulju biss waslu iktar minn 50,000 persuna – kważi 7,000 iktar mill-ammont totali tas-sena preċedenti. Iżda lil hinn min-numru diġà allarmanti, uffiċjali fi ħdan il-Gvern Grieg qed isostnu li l-influss tal-immigranti fil-pajjiż u fil-bqija tal-Ewropa mistenni jkompli jiżdied sakemm ma l-Unjoni Ewropea tindirizza n-numru inkwetanti ta' traffikanti ta' persuni. Biss biss, f 'Bodrum, port fit-Turkija 20 minuta biss 'il bogħod mill-gżejjer Griegi u post magħruf ħafna għat-turiżmu, joperaw minn tal-inqas seba' organizazzjonijiet ta' traffikanti. Dan qed iwassal sabiex gżejjer Griegi viċin it-Turkija qed isiru ċentru kbir għall-immigranti. Skont l-Amnesty International, f 'Awwissu waslu 33,000 persuna f 'Lesvos, gżira Griega, iktar mid-doppju ta' kemm waslu fuq il-gżira fl-2014, filwaqt li tefgħa ta' ġebla 'l bogħod, proprju f 'Kos, gżira b'popolazzjoni ta' 30,000 persuna, madwar 7,000 applikaw għall-ażil f 'dawn l-aħħar xhur. L-influss ta' immigranti fil-Greċja jagħti stampa ċara tal-kriżi, hekk kif eluf ta' persuni qed jinġiebu bid-dgħajjes kuljum. In- numru ta' immigranti li jaslu kuljum huwa xokkanti 6 illum | Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 L-Immigrazzjoni: l-agħar kriżi Kriżi umanitarja mwiergħa fl -Ewropa hekk kif jidher li qed jintilef il-kontroll fuq is- sitwazzjoni tal-immigrazzjoni. L-ILLUM janalizza l-movimenti rekord ta' eluf kbar ta' persuni għal ġol-kontinent Mil-Libja għal Malta, l-Italja u l-Greċja Mis-Sirja għat-Turkija, mit- Turkija għall-Greċja Mill-Greċja għall- Maċedonja, s- Serbja, l-Ungerija u l-Ġermanja Minn Calais għar-Renju Unit