Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 Mill-Qorti MATTHEW AGUIS magius@mediatoday.com.mt Iġġiegħlu jibagħtilha ritratti tiegħu għarwien u wara theddu bihom ma' martu BORMLIŻA ta' 22 sena ngħatat sentenza ta' ħabs sospiża wara li rrikattat raġel biex jibgħatilha stessi tiegħu għarwien u imbagħad hedditu li jekk ma jħallashiex €2,000 tirrapurtah lil martu. Il-Qorti semgħet kif f 'Ġunju, Rosianne Cassar, niżżlet ritratti minn sit pornografiku, u bagħtithom lil raġel f 'konversazzjoni privata fuq Facebook. Cassar qalet lill-vittma li l-mara li dehret fir-ritratti pornografiċi kienu tagħha u li sussegwentament, hija ħeġġitu jibagħtilha ritratti tiegħu. Ir-raġel, li ismu ma jistax jixxandar minħabba ordni tal-Qorti, għamel hekk u bagħat lill-akkużata sett ta' ritratti tiegħu għarwien. Wara li rċeviet ir-ritratti u li saret taf li r-raġel kien fil- fatt miżżewweġ, l-imputata hedditu li jekk ma jħallashiex, se tikxfu ma' martu u tippubblikahom onlajn biex ittebbgħalu r-reputazzjoni tiegħu. Intqal kif bejn Ġunju tas-sena l-oħra u April ta' din is-sena, il-vittma ħallas total ta' €1,770 lill-akkużata. Iżda wara perjodu kwiet, Cassar ippruvat tikkuntattja lil mart l-imputat bil-għan li tieħu aktar flus. Kien hawn li l-vittma għamel rapport lill-pulizija. Id-difiża ammettiet li l-għemil ta' Cassar kien biss "bluha" u li hija wettqet ir-reat minħabba li tinsab f 'sitwazzjoni ekonomika mwiegħra. Quddiem il- Maġistrat Neville Camilleri, l-akkużata ammettiet li rrikattat lill-vittma, li hedditu u li għamlet użu ħażin tal-kompjuter. Il-Maġistrat Camilleri kkundanna lit-tfajla għal sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin u ordnalha li tħallas €1,770 lura lill- vittma fi żmien sitt xhur. Id-Dritt li Titbissem: VERONICA LYNN MIZZI vmizzi@mediatoday.com.mt META tibda toqrob is-sħana u x-xemx tibda tagħmel tagħha, ikunu ħafna dawk in-nies li jibdew jippjanaw il-waqfa qasira mill-ħajja u r-rutina tax-xogħol. Min sejjer lejn xi gżira eżotika b'bajjiet bla tmiem, jew jara xi pajsaġġ bil- muntanji kollha ħdura. Però għal uħud, dawn ix-xhur jiġu sabiex jagħmlu l-preparamenti biex il-vjaġġ tagħhom iwassalhom f 'art li fiha jistgħu jkunu ta' għajnuna. Jean Pierre Cassar, għamel dan il-vjaġġ, li wasslu fit-tribù tal- Maasai fil-Kenja, permezz tal- organizzazzjoni 'Right to Smile', fejn qatta' tliet ġimgħat jgħix ma' familja tal-lokal. Għalih, din ma kinetx l-ewwel esperjenza ta' volontarjat minħabba li sentejn ilu kien mar fuq vjaġġ simili lejn il-Filippini. Minkejja li ma kinetx l-ewwel esperjenza, ammetta li din kienet ferm iktar diffiċli, għaliex għalkemm fil-Filippini kienu neqsin mill- kumditajiet, fil-Kenja, il-ħajja kienet bażika għall-aħħar. Ħajja bla xinxilli Li tgħix mal-familja tal-lokal, tgħinek tifhem il-ħajja kif jesperjenzawha huma stess, tagħmel l-affarijiet magħhom u tgħix fl-istess kundizzjonijiet li għalihom huma n-norma. Il-familja li Jean Pierre qatta' dawn il-ġimgħat magħha kienet koppja ta' 25 u 26 sena li kellhom erbat itfal, li minkejja d-daqs ta' din il-familja, kienu joqogħdu f 'dar ċkejkna magħmula mill-pjanċi, bla ebda kumditajiet u fiha laqgħu wkoll żewġ voluntiera. Id-dar hi tip ta' razzett żgħir bl-annimali jduru magħhom, li hi mneżża' minn kull kumdità li nqisu bħala normali, fejn lanqas biss għandhom dawl u ilma jew kamra tal-banju, u l-art mhi xejn ħlief ħamrija. Semma kemm hi diffiċli esperjenza bħal din meta tkun imdorri tgħix fil-kumdità li għandna aħna, għaliex trid tinsa lilek innifsek. Ikollok tibdel u tadatta għall-modi tagħhom, kemm fl-iġjene, dieti u xogħol. Il-ġurnata kienet tkun waħda bażika, fejn per eżempju kienu jridu jaħilbu l-mogħoż huma, meta jiġu biex jieħdu l-kafè filgħodu. Kienu jieħdu lit-tfal fl-iskola li kien hemm fil-lokal u jgħinu fit-tagħlim fl-istess skola billi jgħallmu l-Matematika u l-Ingliż, waqt li kienu jgħinu wkoll fit-tisjir, li kien isir fuq il-ħatab bi process twil, u anke fix-xogħol tar-raba'. Taf li ma tistax tibdlilhom ħajjithom Interessanti kif meta mistoqsi għalfejn daħal għal esperjenza ta' din tip, qal kif għalkemm fil-ħajja tagħmel ħafna affarijiet biex tkun kuntent, ħaġa bħal din li biha tipprova tagħmel il-ħajja ta' ħaddieħor iktar faċli, anke jekk b'mod temporanju, tista' verament iġġib ċerta ferħ. Iż-żmien li jitqatta' ma' dawn il-familji huwa relattivament qasir u allura, "meta tmur biex tgħin, tkun konxju li ma tistax tibdlilhom ħajjithom, u taf li la titlaq, ħajjithom se tkompli kif dejjem kienet. Imma tkun taf li fiż-żmien li tkun għamilt magħhom, tkun għint biex "Rajna postijiet fil-Kenja stess li huma qatt ma kienu raw" L-ilbies tradizzjonali tat-tribù tal-Maasai Flimkien mat-tfal fi triqithom lejn l-iskola Jisraq €2,500 f 'hold up u jonfoqhom f 'casino Raġel Kuban li wettaq hold up b'sikkina wara li kien ilu f 'Malta inqas minn 24 siegħa, ġie kkundannat għal erba' snin ħabs wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Fil-Qorti ntqal kif l-akkużat, Eliseo Carrillo Montoro, ta' 26 sena, li għandu karta tal- identità Taljana, seraq €2,500 waqt hold-up b'sikkina minn Eros Stationery, f 'Paceville. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Fabian Fleri u Carol Fabri, spjegaw kif l-imputat kien wasal Malta ġurnata biss qabel, u li waqt il- hold up, hedded lil sid il-ħanut b'sikkina, Aktar tard, il-Kuban mar iqaxxar xagħru bil-għan li ma jintgħarafx, u nefaq il-flus li seraq f 'casino f 'Buġibba. Fis-sentenza tagħha, il- Maġistrat Charmaine Galea qalet li dak li għamel l-akkużat kien serju ħafna, aktar u aktar meta wieħed iqis li lanqas biss kien ilu 24 siegħa f 'Malta. Qalet ukoll li hemm ċans minimu li l-akkużat irodd il-flus li seraq lura lill-vittma, hekk kif bħalissa m'għandux xogħol. Għaldaqstant, il-Maġistrat Galea kkundannat lill-akkużat erba' snin ħabs u ordnatlu biex ma jagħtix fastidju lill-vittma.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015