Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098
Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 | illum 13 persuna, l-istennija għall-MRI niżlet minn sentejn għal xahrejn, tal- kataretti minn tlieta jew erba' snin għal erba' xhur, l-EMG minn sentejn għal tliet xhur u fl-emerġenza, il-ħin ta' stennija niżel minn 13-il siegħa għal erba' siegħat. Dan apparti li daħħalna 138 infermier, tobba u qwiebel ġodda u ftit tal-ġimgħat ilu daħħalna 100 infermier ġdid jaħdmu fl-isptar. Ma' dan, taħt it-tmexxija ta' Falzon tjiebet il-kwalità bir-rata tad- dħul mill-ġdid ta' pazjenti wara ftit ġimgħat tinżel b'20%". Fearne jgħid li milli jidher, il- kelliema Nazzjonalista għas-settur tas-saħħa għandha struzzjonijiet biex tkun negattiva u "toħloq problemi li ma jeżistux". Huwa qal li "r-riżultati juru kif Ivan Falzon huwa Kap Eżekuttiv li qed jagħmel suċċess". Imma għal dawk li bħalissa ommhom jew membru tal-familja tagħhom qiegħed jieħu kura fil- kuritur, dawn iċ-ċifri ftit ifissru. Fearne jammetti dan għalkemm jgħid li l-Gvern qiegħed jaħdem biex isolvi l-problemi li qed jiffaċċja fil- qasam. Il-ħaddiema Għawdxin għandhom għaliex jinkwetaw? Lejn l-aħħar tal-intervista d-diskors dar fuq il-proġetti li tħabbru ftit xhur ilu mill-Gvern li se jfissru li l-Isptar San Luqa u dak t'Għawdex se jkunu mmexxija mill-privat. Minkejja li l-pjanijiet għal sptar tar- rijabilitazzjoni, it-titjib fl-isptar ta' Għawdex u l-miġja ta' Barts huma aħbarijiet pożittivi, l-infermieri, tobba, qwiebel u ħaddiema fl-isptar Ġenerali t'Għawdex, għandhom għaliex jinkwetaw? U s-servizz se jibqa' b'xejn? Fearne jassigura li mhu se jkun qed jintalab l-ebda ħlas, "se nżidu l-faċilitajiet u l-opportunitajiet għall- ħaddiema u qed ngħidu li l-impjieg tal-ħaddiema se jibqa' mal-Gvern, il- paga mill-Gvern u l-ftehim kollettiv jibqa' fis-seħħ kif inhu illum. Li se ndaħħlu ħlas jew li se nnaqqsu mill- ħaddiema huma kollha qlajjiet li qed jgħiduhom nies li jafu li qlajjiiet." "Bil-Barts Medical School biss, se jkunu ġġenerati €10 miljuni fl-ekonomija Għawdxija u bħalissa ninsabu wkoll fl-istadju avvanzat mal-'preferred bidder' biex fiż-żmien li ġej se nkunu qed ninvolvu l-unjins u l-ħaddiema. Nittamaw li fiż-żmien li ġej nilħqu l-ftehim meħtieġ." "Il-kunċett kollu", kompla jgħid Fearne, huwa li l-pazjent jibqa' jieħu servizz mingħajr ħlas u ta' eċċellenza, filwaqt li jidħol il-kunċett ta' sostennibbiltà "għax biex inżommu s-settur tas-saħħa sostenibbli, ridna nkunu kreattivi. Għalhekk qed inħarsu lejn it-turiżmu mediku". Fearne qal li l-Gvern qed iżid il- faċilitajiet, is-servizzi offruti u qed jattira lejn pajjiżna ismijiet fil-qasam li huma ta' ċerta kalibru. "It-turiżmu mediku se jfisser li l-privat se jiffinanzja €200 miljun f 'kapital, se jibni l-isptarijiet u mhux se noħorġu sold. Se jagħmel il-flus billi juża l-ispazju eċċessiv għal turiżmu mediku. Irrimarkajt li biex il-privat jagħmel tajjeb għal €200 miljun, jeħtieġ li jkun hemm ħafna spazju eċċessiv b'Fearne ifakkar kif b'kollox se jkun hemm 450 sodda bi ħlas minn persuni li jiġu pajjiżna għall- kura. "Se jkun hemm 100 sodda għat-turiżmu mediku f 'Għawdex, apparti t-350 għall-pubbliku, 100 mill-180 oħra f 'St. Lukes u 250 sodda fi 'trauma centre' u sptar akut. Nikkalkulaw li f 'ħames jew sebgħa snin ikollna bejn it-8,000 u l-10,000 student mediku fis-sena. Dan apparti li rbatna lill-privat li dejjem ikollu tagħmir modern. Dawn il-fatturi kollha se jkunu qed jiggarantixxu servizz u sptar ta' kwalità għolja li minnhom jibbenifika l-pazjent u l-ħaddiem". Ritratt: Ray Attard "Ir-riżultati juru kif Ivan Falzon huwa Kap Eżekuttiv li qed jagħmel suċċess" Mater Dei? Xi kriżi hi?