Illum previous editions

ILLUM 06 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 | illum 27 SportSillum SportSillum L-Ingilterra jumiljaw lil San Marino u Rooney jilħaq ir-rekord ta' Bobby Charlton b'50 gowl L-IngILterra barra minn darhom, kif kien mistenni, umijaw lil San Marino meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 6-0. Madankollu, l-aħbar li għamlet il-headlines f 'dan il- konfront kienet dik li Wayne Rooney laħaq lil Sir Bobby Charlton bħala l-aktar plejer li qatt skorja gowls bil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż, jiġifieri 50 gowl. Meta wieħed iqis l-età li għandu Wayne Rooney, malajr jinduna li hu għad fadallu bosta dehriet mal-Ingilterra, u għalhekk jista' faċilment jaqbeż dan ir- rekord bil-bosta u jsir waħdu l-aqwa skorer ta' kull żmien għall-Ingilterra. Kien Wayne Rooney nnifsu li fetaħ l-iskor għall- Ingliżi lbieraħ wara biss 13-il minuta permezz ta' penalti. L-Ingliżi rduppjaw l-iskor man-nofs siegħa logħob permezz ta' awto- gowl sfortunat tal-plejer ta' San Marino, Cristian Brolli. Il-gowls l-oħra għall-Ingliżi fil-logħba waslu minn doppjetta ta' Theo Walcott u gowls minn Ross Barkley u Harry Kane. F'logħba oħra mill-istess grupp, l-Estonja ġewwa darhom kisbu 3 punti prezzjużi meta għelbu lil- Litwanja bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl għalihom jasal minn Konstantin Vassiljev fil-71 minuta. U jekk it-3 punti miksuba mill-Estonja kienu prezzjużi, daqstant ieħor jistgħu jitqiesu bħala prezzjużi t-3 punti li kisbu l-Lussemburgu fir-rebħa minima ta' 1-0 ġewwa darhom kontra l-Maċedonja f 'logħba valida minn Grupp C, bil-gowl għalihom jasal propju fid-90 minuta minn Sebastien Thill. F'logħba oħra mill-istess grupp, l-Ukrajna ġewwa darhom għelbu lill-Belarus bl-iskor ta' 3-1, bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Artem Kravets, Andriy Yarmolenko u minn penalti ta' Yevheniy Konoplyanka. Tajjeb ngħidu li l-Ukreni spiċċaw il-logħba jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Denis Garmash wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Il-gowl uniku għall-Belarus fil-logħba wasal minn penalty ta' Sergei Kornilenko fit-62 minuta. Intant, f 'logħba minn Grupp G, ir-Russja ġewwa darhom għelbu lill-Iżvezja bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn Artem Dzyuba fit-38 minuta. RIŻULTATI Logħob ta' Kwalifikazzjoni Kampjonati Ewropej 2016 Is-Sibt 5 ta' Settembru Grupp C Ukrajna vs Belarus 3-1 Lussemburgu vs Maċedonja 1-0 Grupp E San Marino vs Ingilterra 0-6 Estonja vs Litwanja 1-0 Grupp G Russja vs Żvezja 1-0 Wayne Rooney f 'azzjoni kontra San Marino Theo Walcott jiskurja għall-Ingilterra fil-logħba kontra San Marino

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 September 2015