Illum previous editions

ILLUM 06 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 SportSillum Il-konsistenza tippremja lil Keith Galea L-isem ta' Keith Galea huwa sinonimu mat-triathlon, imma riċentement kiseb suċċess ieħor importanti fil- karriera tiegħu - din id-darba fl-atletika hekk kif rebaħ il-Birkirkara st Joseph 5km Running series għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Dan is-serje kien jikkonsisti fi tlett itlielaq ta' 5km fuq il-korsa tal-by-pass tal- imtarfa. Fl-ewwel tellieqa li saret nhar it-23 ta' Ġunju, Keith Galea spiċċa fit-tieni post u l-ewwel Malti f 'ħin ta' 16.16. It-tellieqa ntrebħet mill- atleta professjonali Żvediż Martin Wvopio f 'ħin ta' 16.10. Fit-tielet post spiċċa atleta ieħor ta' Birkirakra St Joseph Steve Chetcuti f 'ħin ta' 16.31. Wara din it-tellieqa, mill-ewwel deher biċ-ċar li r-rebħ tas-serje kienet se tkun bejn Galea u Chetcuti. Fit-tieni tellieqa li saret nhar il-21 ta' Lulju, Galea reġa' spiċċa fit-tieni post u l-ewwel Malti f 'ħin ta' 16.46. It-tellieqa ntrebħet mill-atleta professjonali Portugiż Bruno Lima f 'ħin ta' 16.05. Fit-tielet post spiċċa Simon Spiteri ta' St Patrick's f 'ħin ta' 16.49. Din id-darba Chetcuti kellu jikkuntenta bir-raba' post hekk kif spiċċa t-tellieqa f 'ħin ta' 16.55 u d-distakk bejnu u bejn Galea żdied. Fit-tielet u l-aħħar tellieqa li saret nhar it-18 ta' Awwissu Galea reġa' spiċċa fit-tieni post f 'ħin ta' 16.18 imma kien bizzejjed biex jirbaħ is-serje. Mark Herrera ta' Pembroke Athleta wara tellieqa missielta ma' Galea rebaħ f 'ħin ta' 16.14. Steve Chetcuti spiċċa fit-tielet post f 'ħin ta' 16.23. Fil- klassifika finali Keith Galea spiċċa fl-ewwel post b'Chetcuti jispiċċa fit-tieni post 30 sekonda wara Galea. Mario Grech spiċċa fit-tielet post. Ikkuntattjat mill-gazzetta ILLUM, Galea qal li jinsab ferm sodisfatt bir-rebħ ta' dan it-titlu għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu wara li kien spiċċa t-tieni sentejn ilu. Huwa qal li huwa uża dawn it-tlielaq bħala parti mit-taħriġ tiegħu għat-triathlon u l-fatt li huwa ħareġ rebbieħ avolja ma kienx fl-aqwa forma possibli ttih aktar sodisfazzjon. Bħalissa Galea għaddej minn taħriġ intensiv ħafna hekk kif fix-xhur ta' Settembru u Ottubru huwa se jkollu ħafna tlielaq importanti Keith Galea xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawn tiegħu Catalin Stan, lill-familja kollha tiegħu, lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Bike PARTS Malta, Lucida Laundry, Challenge Malta Marathon, Jaycee Malta, Mochika Outdoor Life, DGtri.com, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill- Malta Triathlon Federation, lill- Kumitat Olimpiku Malti u lill-Kunsill Malti għall- iSport tas-sapport kontinwu li jtuh. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jirringrazzja lill-mara tiegħu Elizabeth tas-sapport li ttih, fejn fi kliemu din għandha rwol fundamentali fir-rebħ tiegħu. Hamilton jirbaħ il-11-il pole minn 12 fl-Italja Lewis Hamilton kompla jiddomina bil-kbir matul dan l-istaġun fil-Formula 1 meta lbieraħ kiseb il-11-il pole position tiegħu minn 12 meta rebaħ il-pole tal-italja fiċ-ċirkiwt ta' monza. Huwa ddomina din il-pole mill- bidu sal-aħħar. sieħeb Lewis Hamilton fuq mercedes, Nico Rosberg, iddiżappunta bil-kbir hekk kif illum se jkun qed jibda biss mir-raba' post tal-gradwatorja. Dan hekk kif fit-tieni u t-tielet post se jkunu qed jibdew iż-żewġ sewwieqa ta' Ferrari, Kimi Raikkonen u Sebastian Vettel rispettivament. Intant, iż-żewġ sewwieqa ta' Williams, Felipe Massa u Valtteri Bottas se jkunu qed jibdew mill-ħames u s-sitt post rispettivament. Illum, Lewis Hamilton se jkun qed ifittex li jikseb is- seba' rebħa ta' GP matul dan l-istaġun, biex b'hekk ikompli jersaq iktar qrib lejn ir-rebħ tat-titlu finali. Tajjeb ngħidu li l-aħħar pole position li ma ntrebħitx minn sewwieq ta' Mercedes tmur lura għal xejn inqas minn 441 jum ilu fl-Awstrija. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is-sewwieqa rispettivi tal-F1 illum fiċ- ċirkwit ta' Monza, fl-Italja: Sewwieq Tim Ħin 1. L. Hamilton Mercedes 01:23.397 2. K. Raikkonen Ferrari 01:23.631 3. S. Vettel Ferrari 01:23.685 4. N. Rosberg Mercedes 01:23.703 5. F. Massa Williams 01:23.940 6. V. Bottas Williams 01:24.127 7. S. Perez Force India 01:24.626 8. R. Grosjean Lotus 01:25.054 9. N. Hulkenberg Force India 01:25.317 10. M. Ericsson Sauber 01:26.214 11. P. Maldonado Lotus 01:24.525 12. F. Nasr Sauber 01:24.898 13. C. Sainz Jr. Toro Rosso 01:25.618 14. D. Kvyat Red Bull 01:25.796 15. D. Ricciardo Red Bull no time 16. J. Button McLaren 01:26.058 17. F. Alonso McLaren 01:26.154 18. W. Stevens Manor 01:27.731 19. R. Merhi Manor 01:27.912 20. M. Verstappen Toro Rosso no time Lewis Hamilton, Kimi Raikkonen u Sebastian Vettel isellmu lill-ispettaturi Lewis Hamilton fl-azzjoni fil-pole position f ' Monza fl-Italja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 September 2015