Illum previous editions

ILLUM 06 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 SportSillum Jibdew jidhru x-xquq għal Juventus Kuntrarju għal staġuni mgħoddija jidher li beda jinżel xi ftit il-moral fil-kamp juventin. Ilkoll nafu li bħal daż-żmien sena partitarji ta' juventus xejn ma laqgħu l-aħbar li Massimiliano allegri kien se jieħu t-tmun ta' juventus mingħand antonio Conte, wara tliet snin ta' suċċessi kontinwi. Saħansitra, l-istess partitarji kienu kantaw innijiet dispreġġjattivi f 'wiċċ Massimiliano allegri nnifsu: "Lil allegri ma rriduhx". B'hekk il-moral fil- kamp Juventin ukoll kien kemmxejn baxx bħal daż-żmien sena. Iżda, l-istess kowċ bravu Taljan ma damx ma ta risposta fis-skiet lil dawn il- partitarji biex wassalhom għar-rebħ tat-raba' Kampjonat tas-Serie A konsekuttiv, ir-rebħ tal-Coppa Italia, wara xejn inqas minn 20 sena u kontra kull mistenni wassal lil Juventus sal-finali tal-UEFA Champions League. Madankollu, l-affarijiet għal Juventus matul dan il-bidu tal-istaġun qed jidhru kemmxejn imċajprin hekk kif tilfu s-servizzi ta' tliet plejers partikolari li jġibu l-isem ta' ħadd ħlief Andrea Pirlo, Arturo Vidal u Carlos Tevez. U dan minbarra li huma tilfu s-servizzi ta' plejers oħra fosthom Angelo Ogbonna u Simone Pepe. Huwa minnu li l-Bianconeri akkwistaw is-servizzi ta' Mario Mandzukic, Paulo Dybala, Simone Zaza, Sami Khedira, Alex Sandro, Juan Cuadrado u l-goalkeeper Neto, fost oħrajn, iżda dawn jidher li m'għandhomx il-kalibru biex jikkumpensaw għat-telf tat-tliet stilel imsemmija. Forsi, spunt pożittiv għall-Juventini kien dak li ma tilfux is-servizzi ta' Paul Pogba li kien ferm viċin li jingħaqad ma' Barcelona għas- somma eletriffikanti ta' bejn it-80 u l-100 miljun Ewro. Dan għalkemm xi partitarji Juventuni kienu xorta waħda favur li Paul Pogba jħalli l-belt ta' Turin, biex jingħaqad ma' Barcelona, minħabba d-dħul finanzjarju enormi li kien se jħalli warajh, b'liema ammont ta' flus investiment setgħu jixtru numru ta' plejers importanti. Iżda, kif ilkoll nafu, dan ma ġarax. Nhar is-Sibt 25 ta' Lulju, Juventus sfaw megħluba f 'logħba ta' ħbiberija bl-iskor ta' 2-1 kontra Borussia Dortmund, u li kieku ma kienx il-goalkeeper illustri Gianluigi Buffon li ċaħħad għal diversi drabi lill-Ġermaniżi milli jsibu x-xibka, l-iskor kien ikun ferm u ferm akbar. Barra minn hekk, nhar l-1 t'Awwissu li għadda huma sfaw meghluba f 'logħba ta' ħbiberija oħra din id-darba kontra t-tim Franċiż ta' Olimpique Marseille bl-iskor ta' 2-0. U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħażin għall-Bianconeri, huma ma setax kellhom bidu agħar mill-bidu li kellhom fil-Kampjonat tas-Serie A ta' dan l-istaġun meta ġewwa darhom fil-Juventus Stadium tilfu bl-iskor minimu ta' 1-0 kontra Udinese. Rimarkabbli huwa l-fatt li l-Bianconeri qatt fl-istorja tagħhom ma kienu tilfu fl- ewwel ġurnata tal-Kampjonat ġewwa darhom. B'hekk, kollox qed jindika li dan l-istaġun se jkun wieħed diffiċli għal Juventus biex jirnexxielhom jilħqu t-tragward tal-istaġun li għadda, u dan speċjalment meta hemm timijiet oħra fosthom iż- żewġ timijiet ta' Milan li qawwew ferm l-iskwadri rispettivi tagħhom! Paul Pogba diżappuntat wara t-telfa ta' 1-0 li kontra Undinese Luxol St Andrews Futsal itemmu l-impenji tagħhom fil-Uefa Futsal Cup Iċ-ChaMpIonS Maltin tal-Futsal, Luxol St andrews, temmew l-impenji tagħhom fir-rawnd preliminari tal- uEFa Futsal Cup fi Grupp B bi draw ta' 5-5 kontra Gentofte tad-Danimarka. Logħba li fiha l-Maltin kienu 5-0 minn taħt fl- ewwel minuti tal-ewwel taqsima, sabiex eventwalment irkupraw ħames gowls u spiċċaw il-grupp b'erba' punti fil-klassifika flimkien mad- Daniżi, bil-Grupp jintrebaħ kif kien mistenni minn Pescara. Luxol fil-konfront tal- lum qalgħu l-ewwel żewġ gowls kmieni fil-logħba, u meta l-iskor kien 5-0 favur id-Daniżi kulħadd ħaseb li Luxol kienu ċedew l-armi. Iżda l-plejer kowċ Frane Despotovic beda jilgħab bis-sistema tal-flying keeper billi beda juża lil Florin Anton fil-half pitch avversarju. Sa tmiem l-ewwel taqsima Luxol għamlu l-iskor 5-3 bit-tliet gowls jiskurjawhom Florin Anton, Frane Despotovic u William Barbosa. Fl-aħħar ħinijiet tal-logħba, il-Maltin irnexxielhom jiksbu d-draw b'żewġ gowls oħra skurjati minn William Barbosa għal tripletta personali għal skor finali ta' 5-5. It-tim ta' Luxol Futsal Club li rrapreżenta lil Malta fil-UEFA Futsal Cup fl- Andorra Malta Pool Association tħabbar staġun mimli attivitajiet GħaS-27 sena konsekuttiva, il-Malta pool association, ħejjiet programm ta' attivitajiet għad-dilettanti kollha tal-'pool' ġewwa pajjiżna. F'dan l-istaġun, li se jkollu bidu fil-31 ta' awissu, l-assoċjazzjoni se torganizza kampjonati tat- timijiet, li se jkunu maqsuma f 'erba' diviżjonijiet, li jibdew f 'jannar u jispiċċaw f 'Ġunju, Dawn huma t-team knockout, maqsuma f 'żewġ kategoriji li jkollha l-bidu tagħha f 'novembru, il- Christmas Cup li tintlagħab f 'Diċembru, l-Easter Cup li tintlagħab f 'april, u s-Super Cup li tinżamm f ' Ġunju. Fil-kategoriji individwali l-assoċjazzjoni se torganizza sitt Ranking Tournaments li jinkludu l-kategoriji tal-irġiel, l-Under 18s, l-Under 23s u l-Over 50s. Barra dawn is-serje ta' 'Ranking Tournaments', l-assoċjazzjoni se torganizza wkoll il-kampjonati nazzjonali individwali. L-assoċjazzjoni se tirrapreżenta lil pajjiżna fil- Kampjonati Ewropej, li se jsiru fi Frar ġewwa Franza, bi tliet timijet - dak tal-Irġiel, l-Under 23s u l-Over 50s. Malta se tkun irrappreżentata minn erba' timijiet fil-kampjonati mondjali li se jsiru f 'Ġunju ġewwa Blackpool. Għaldaqstant l-assoċjazzjoni qiegħda tilqa' applikazzjonijiet ta' affiljazzjoni fi ħdanha. Klabbs jew bars li huma interessati li jieħdu sehem għandhom iċemplu lis- Segretarju Ġenerali tal- assoċjazzjoni, Vincent Degiorgio, fuq Tel. No. 21677923 jew 79499117, jew jiktbu fl-indirizz tal- assoċjazzjoni P.O Box 13, Paola. Jistgħu ukoll jibgħatu e-mail fuq l-indirizz elettroniku, degi8@go.net. mt, jew inkella jiksbu l-informazzjoni mis-sit elettroniku tal-assoċjazzjoni, www.maltapoolassociation. com, jew minn fuq il-paġna ta' Facebook.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 September 2015