Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098
6 illum | Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 SEJĦA GĦALL-OFFERTI Bħala parti mill-proġett FSE nru. 4.220 – "Developing a Culture of Rights throguh Capacity Building", il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) qed tniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall-provvediment ta': REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT-NCPE/12/2015 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Perception Survey tal-Impjegati Pubblici Mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq equality@gov.mt sa mhux aktar tard mit-Tlieta 22 ta' Settembru 2015 fil- 5:15pm. Fl-email għandhom jiġu speċifikati r-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta. Laqgħa ta' kjarifikazzjoni se ssir nhar it-Gimgha 11 ta' Settembru 2015 fl-10:00am fl-uffiċċju tal- NCPE. Is-sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fl-uffiċini tal-NCPE, sa mhux aktar tard mit- Tnejn 28 ta' Settembru 2015 fl-10:00am. It-Termini ta' Referenza jista' jinġabar mill-uffiċini tagħna jew minn fuq il-website (ara d-dettalji hawn taħt). Huwa rrakommandat li l-persuni interessati f'din is-sejħa għall-offerti jinfurmaw lill-NCPE bl-interess tagħhom sabiex ikunu jistgħu jiġu infurmati immedjatament bi kwalunkwe komunikazzjoni/kjarifika relatati. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda HMR 9010 Tel: 2590 3850 Fax: 2590 3851 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Ko-finanzjament: 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek Ma jifhmux għalfejn għandhom bżonn iċemplu biex jinqdew Tkompli minn paġna 1 Minħabba dan l-iżball, is-sorsi komplew jispjegaw kif il-pazjent kellu jistenna sal-għada fl-isptar bil-konsegwenza wkoll li nħolqulu xi kumplikazzjonijiet. Huma spjegaw mal-iLLUM kif f 'dan il-punt, kien hemm min fl-isptar beda jinkwieta xi ftit mhux ħażin, speċjalment wara li l-anzjan telgħatlu l-pressjoni. "il-familjari kienu nkwetati sew u rrabjati. Kien ta' ftit għajnuna li pruvajna nikkalmawhom. U ma tagħtihomx tort, għax żbalji bħal dawn jistgħu jiswew ħajja ta' bniedem". L-ILLUM għamel kuntatt mal-qraba ta' dan l-anzjan li min-naħa tagħhom ikkonfermaw dak li ġejna informati bih aħna, inkluż li l-każ spiċċa, kemm quddiem persuni fil- Ministeru tas-Saħħa kif ukoll Kastilja, f 'attentat kważi ddisprat biex l-ilment tagħhom jasal bil- qawwi għand l-awtoritajiet. Minkejja dan, huma xtaqu li għalissa jibqgħu anonimi, speċjalment minħabba li missierhom kien reġa' daħal l-Isptar. Huma għamluha ċara li filwaqt li japrezzaw l-għajnuna li setgħet ingħatatilhom, "ma nistgħux nifhmu għalfejn f 'dan il-pajjiż għandek għalfejn toqgħod iċċempel biex tinqeda minn servizz li qed tħallas għalih mit- taxxi tiegħek". Fl-aħħar jiem, dan il- ġurnal wasallu ilment ieħor dwar persuni li qed ikollhom jistennew għal appuntament ma' professur għal wisq żmien. Ma' dan il-ġurnal raġel li sofra minn ksur wara inċident tat-traffiku u li bħalissa jinsab bil-krozzi, ilmenta kif se jkollu jistenna sa Ġunju tal-2016 biex imur għand il-Professur. Fil-fatt huwa ppreżenta l-karti tal- appuntament lill-ILLUM li jixhdu kif dan sar għal Ġunju tas-sena d-dieħla. "Jiena ngħix bir-relief u flus biex immur għand il-professur m'għandix. Pruvajt inċempel lil xi nies li forsi jistgħu jgħinuni imma kien kollu ta' xejn. Ġejt għandkom biex forsi l-affarijiet jiċċaqalqu", temm jgħid dan ir-raġel mal-ILLUM. Dawk li lmentaw saħqu li ma jistgħux jifhmu għalfejn trid toqgħod iċċempel xi Ministeru jew anke Kastilja AD: Aktar toroq joħolqu aktar traffiku u tniġġis WaqT konferenza tal- aħbarijiet fil-Marsa Mario Mallia, u Ralph Cassar, kelliema ta' alternattiva Demokratika, ikkummentaw dwar il-White Paper 'School Opening Hours and Traffic Congestion', filwaqt li ppreżentaw sensiela ta' proposti ta' aD dwar it-trasport. Mallia qal li t-tfal huma l-ikbar vittmi ta' problema kronika tat-traffiku f 'Malta mhux il-kawża. "Għaldaqstant, referenza għall-possibblità li jinfetħu l-iskejjel iktar kmieni biex tittaffa l-problema, ma tagħmel xejn ħlief titfa' l-melħ fuq il-ferita." Kompla jgħid li t-tfal diġà qed jiġu mġiegħla jaslu kmieni l-iskola u fakkar kif parti mir-raġuni għal dan huwa l-fatt li n-numru ta' liċenzji ta' minibuses huwa limitat wisq bil-konsegwenza li ftit vannijiet ikollhom jagħmlu ħafna vjaġġi filgħodu qabel ma jibdew l-iskejjel. Qal li hemm bżonn sistema ċentralizzata ta' trasport lejn l-iskejjel li taqdi lokalitajiet iktar milli skejjel individwali, li għandu jgħin biex ikun hemm iktar razzjonalizzazjoni fl-użu tas-servizz li minnu jgawdi kulhadd, l-aktar it-tfal. "Dan kollu wasalna għalih minħabba nuqqas ta' ppjanar fit-tul kif ukoll l-idea ta' dawk li suppost mexxew dan il-qasam. Għalihom s-soluzzjonijiet kienu u għadhom, il-bini ta' toroq ġodda u ż-żieda ta' parkeġġi f 'żoni mimlija bit-traffiku. L-effetti kienu aktar u aktar traffiku." Cassar temm jgħid li l-idea ġenerali għadha li l-prijorità għandha tkun li kulħadd, f 'kull ħin għandu jkun jista' jsuq fejn irid, meta jrid, kif irid u malajr kemm jista' jkun, bl-ebda konsiderazzjoni oħra bħal piżijiet fuq is-soċjetà."