Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 S tupru, swat, prostituzzjoni, sparaturi, u mwiet: dawn huma it mill-affarijiet li qed jesperenzaw ta' kuljum mijiet ta' immigranti Afrikani u Sirjani fi triqithom lejn l-Ewropa bit-tama li jfittxu ħajja aħjar. Dan sostnih Mario Friggieri, l-Kummissarju għar-Refuġjati f 'Malta, li f 'intervista mal-ILLUM, qal li kwalunkwe immigrant li jgħaddi mil-Libja fi triqtu lejn l-Ewropa, huwa vittma ta' xi tip ta' sfruttament. "M'hemmx distinzjoni bejn raġel, mara, jew tfal; kollha kemm huma, meta jkunu għaddejjin mid-deżert u anke fil-Libja jiġu sfruttati, anke sesswalment. In-nisa li jaslu Malta tqal jirrakuntaw kif fil-verità, huma jkunu ġew stuprati mit-traffikanti stess, u oħrajn jgħidu kif malli telqu minn pajjiżhom bil-wegħda ta' xogħol, spiċcaw mġiegħla jipprostitwixxu ruħhom," Friggieri qal. Mal-ILLUM, Friggieri qal kif hemm bosta rġiel li jkunu ħadmu għal xhur twal mingħajr ma jitħallsu u oħrajn li jiġu msawta u ttorturati. Spjega kif sfortunament, l-esplojtazzjoni u l-abbuż huwa l-prassi u mhux l-eċċezzjoni u li n-nisa u t-tfal huma l-ikbar vittmi ta' sfruttament, esplojtazzjoni, u anke abbuż sesswali. Huwa għalhekk li jkun hawn ħafna nisa tqal li jaslu Malta. Bl-istess mod, il-Kummissarju tar-Refuġjati jispjega kif għall- immigranti hija xi ħaġa "normali u mistennija" li jkun hemm persuni li jmutu matul il-vjaġġ tagħhom lejn l-Ewropa, u li saħansitra mhux l-ewwel darba li iġsma mejta intefgħu l-baħar. "Sakemm l-immigrant ma jkollux relazzjoni ma' persuna li tkun mietet, qisu ma ġara xejn għalih. Dan ma jsirx b'disprezz iżda sempliċiment għax saret xi ħaġa normali għalihom u tant kemm ikunu ddisprati, għandhom il-mentalità li l-mewt hija parti mill-prezz li jħallsu sabiex jiġu fl-Ewropa," huwa qal. Immigranti msawta u abbużati minn traffikanti Indubjament, l-esperjenza kiefra u tat-twerwir li jaffaċċjaw l-immigranti fi triqthom lejn l-Ewropa ilha għal bosta snin tiġi dokumentata. L-inċidenti tassew tal-biżà li seħħew fil-passat riċenti, fosthom il-mewt ta' tifel Sirjan ta' tliet snin u l-mewt ta' 70 persuna li nstabu ġo vann abbandunat fuq il-fruntiera tal-Awstrija, huma xhieda tal-esperjenzi li qed jgħaddu minnhom l-immigranti ta' kuljum, u li sfortunament, qed jiġu injorati. Fil-fatt, ma' dan il-ġurnal, Friggieri jesprimi s-sogħba tiegħu hekk kif minkejja li l-mewt tat- tifel Sirjan tefgħet it-tbatija tal- immigranti taħt il-lenti tal-mexxejja Ewropej, fil-verità, madankollu, n-numru totali tal-persuni li qed imutu u jbatu fl-ibħra Ewropej huwa tassew ikbar. Mal-ILLUM, Mario Friggieri isemmi kif fost l-immigranti li waslu Malta din is-sena hemm min minnhom li sparawlhom, u oħrajn li mietu fgati wara li kienu ssakkru fl-istiva tad-dgħajsa. "Kien hemm każijiet ukoll fejn l-immigranti kienu mwiegħda ċertu dgħajsa u malli waslu biex jitilqu indunaw li d-dgħajsa ma kinitx sikura. Min azzarda jipprotesta, safa msawwat, u kien hemm min sparalu biex iġegħluh jitla' fuq id-dgħajsa," huwa qal. Xibka sħiħa ta' traffikanti u gruppi ta' kriminalità organizzata Il-Kummissarju għar-Refuġjati tenna li fl-aħħar mill-aħħar, l-ikbar kaġun għall-imwiet u t-tbatija tal- immigranti huma t-traffikanti u gruppi ta' kriminalità organizzata. Biss biss, huwa fatt magħruf li fil- Libja biss, pass 'il bogħod mill-kosta Maltija, joperaw mijiet ta' traffikanti u li huwa tassew rari li dawn jinqabdu. "It-traffikanti huma organizzati ħafna; hemm xibka sħiħa. It- traffikar ta' persuni umani mil- Libja ilu għaddej żmien. Huwa fatt dokumentat li meta kien hemm il-Gvern ta' Gaddafi kien hemm żminijiet fejn il-fruntieri tal-Libja kienu qed jiġu kkontrollati, u f 'każijiet oħra l-Libja kienet tuża l-immigrazzjoni bħala arma kontra l-Unjoni Ewropea," Friggeri spjega. Irrimarka kif illum il-ġurnata, l-instabbilità u l-gwerra fil-Libja qed ixxekkel kwalunkwe attentat biex tissolva l-problema tat-traffikar ta' persuni. Minflok, spjega kif l-għanqbuta tat-traffikanti qiegħda kull ma tmur issir iktar organizzata. "Kien hemm każijiet fejn l-immigranti telqu mit-Turkija għal- Libja, u hemmhekk sabu dgħajsa tistennihom bin-nies diġà fuqha u lesta biex titlaq l-Ewropa." Mistoqsi kemm iħallsu l-immigranti sabiex jiġu l-Ewropa, Friggieri qal li kull persuna li tiġi l-Ewropa sabiex tfittex l-ażil tħallas bejn €3,000 u €8,000. Huwa tenna li fir-realtà, t-traffikanti huma mifruxa fuq medda kbira tal-Afrika, b'bosta traffikanti joperaw għanqbuta sħiħa. "L-immigranti jirrakuntaw kif qabel ma jaslu l-Ewropa jgħaddu minn traffikant għall-ieħor u jaqsmu madwar ħames pajjiżi. Ġeneralment, traffikant wieħed iwassal lil dawn il-persuni minn pajjiż għall-ieħor u mbagħad jgħadduhom għand traffikant ieħor." Matul l-intervista, huwa spjega kif grazzi għal iktar sigurtà u kontroll mill-Mare Nostrum u l-armata Taljana, din is-sena l-Libja ma kinitx rotta popolari għat-traffikanti u li b'konsegwenza ta' dan, waslu f 'Malta 500 immigrant inqas meta mqabbel mas-sena l-oħra. "Madankollu, dan huwa fenomenu li qed jiġri bħalissa, kemm ħa ddum hekk, ħadd ma jista' jgħid. Ir- realtà hija li jistgħu jinbidlu r-rotot faċilment, u jekk traffikant jieqaf jopera, jinbtu oħrajn għax hemm gwadann kbir," huwa tenna. 'Refuġjat għandu drittijiet daqs il-Malti' Ma' dan il-ġurnal, Mario Friggieri tenna li minħabba li Malta mhix qegħda fil-mira tat-traffikanti li qed joperaw mit-Turkija, n-numru totali ta' immigranti li waslu din is-sena naqas drastikament. Fil-fatt, statistiċi uffiċjali mogħtija lill-ILLUM juru li sal-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, f 'Malta waslu 103 immigrant permezz ta' dgħajjes. Dawn jinkludu tlett trabi li twieldu Malta u 13-il persuna li inġiebu Malta permezz ta' helikopter għax kellhom bżonn għajnuna medika urġenti. Iżda apparti minn dawn hemm ukoll 900 immigrant li wasal minn pajjiżi Ewropej oħra jew permezz ta' viżas maħruġa minn Malta jew minn pajjiżi fiż-żona Schengen. Friggieri spjega kif fost dawn il-każijiet hemm refuġjati Sirjani li qasmu l-Italja sabiex jiġu Malta. Il-Kummissarju tar-Refuġjati sostna li dawk il-persuni li jiġi rikonoxxuti bħala refuġjati huma kkunsidrati daqs il-Maltin, bl-unika differenza hija li m'għandhomx ċittadinanza u passaport Malti, u ma jistgħux jivvutaw fl-elezzjonijiet. "Refuġjat huwa kkunsidrat daqs iċ-ċittadin Malti. Għandu dritt li jaħdem daqs il-Maltin, għandu dritt li japplika għall-benefiċċji soċjali u għall-housing, u għandu dritt li jirċievi servizzi ta' edukazzjoni u saħħa mingħajr ħlas. L-unika differenza hija li persuna refuġjata ma jkollhiex ċittadinanza Maltija u passaport Malti, u ma tistax tivvota," huwa qal. Persuna li tingħata l-istatus ta' refuġjat – li hija l-iktar forma għolja ta' protezzjoni – għandu d-dritt biex iġib il-familja tiegħu minn pajjiżu, b'dawn tal-aħħar jingħataw l-istess protezzjoni ta' refuġjat. "Hemm il-perċezzjoni li persuna li tiġi ddikjarata bħala refuġjata għax telqet minn pajjiżha u ġiet Malta. Fil-verità, li jiġri huwa li l-persuna tkun refuġjata min-natura tagħha minħabba l-biżà infondata ta' persekuzzjoni f 'pajjiżu, u min-naħa tiegħu, l-Uffiċċju tal-Kummissjoni tar-Refuġjati f 'Malta jirikonoxxi dan biss," Friggieri spjega. Min-naħa l-oħra, il-Kummissarju tar-Refuġjati jsostni li dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jiġux rikonoxxuti bħala refuġjati, xorta waħda jistgħu jingħataw protezzjoni sussidarja jekk ikollhom ħajjithom fil-periklu. "Bl-istess mod bħalma persuni Sirjani u Libjani qed jingħataw protezzjoni sussidjarja, persuni li għandhom ħajjithom fil-periklu jingħataw protezzjoni sussidarja. Jekk is-sitwazzjoni fil-pajjiż terġa' tirritorna lura għan-normal bħalma kien ġara fit-Tuneżija fl-2011, dawn jistgħu jintbagħtu lura, iżda madankollu, l-gwerer fil-Libja u s-Sirja jidhru li qed jiħraxu u għaldaqstant hemm possibilità ikbar li l-Libjani u s-Sirjani li qegħdin Malta jibqgħu hawn," huwa qal. Friggieri spjega li malli persuna tasal Malta permezz ta' dgħajsa, il-pulizija jieħdu d-dettalji ta' kull persuna u jgħadduhom lill-Uffiċju tar-Refuġjati. Minn hemmhekk, kull persuna li tkun qed tfittex l-ażil tingħata spjegazzjoni ta' dan x'jinvolvi u tad-drittijiet tagħha. "Jekk il-persuni li jaslu Malta jkunu ta' nazzjonalita differenti jew jitkellmu lingwa differenti, x-xogħol "M'hemmx distinzjoni bejn raġel, mara, jew tfal; kollha kemm huma jiġu sfruttati, anke sesswalment" Daniel Mizzi dmizzi@mediatoday.com.mt "Il-mentalità hi li l-mewt hija parti mill- prezz li jħallsu sabiex jiġu fl-Ewropa" It-triq lejn l-Ewropa…mewt,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015