Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 | illum 15 I r-rata tal-popolazzjoni tinbidel maż-żmien u tiddependi fuq ħames fatturi demografiċi li huma: in-numru ta' tfal li qed jitwieldu kull sena, ir-rata tal-fertilità, ir-rata tal-imwiet, il-migrazzjoni internazzjonali, l-immigrazzjoni kif ukoll l-emigrazzjoni. Għaldaqstant dawn il-ħames fatturi li semmejt, jaffetwaw il-bidliet fid-daqs u l-kompożizzjoni tal-popolazzjoni. Iż-żmien li qed ngħixu fih qed jiġi deskritt bħala l-epoka tal-anzjanità, dan għaliex in-nies qed jgħixu aktar u fl-istess waqt, qed jitwieldu inqas tfal. Il-moviment tan- nies minn pajjiż għall-ieħor kif ukoll l-immigrazzjoni qed iħallu impatt kbir fuq id- demografija tal-pajjiżi Ewropej u dan huwa evidenti bħalissa. L-immigrazzjoni u l-moviment tan-nies minn pajjiż għall- ieħor ilhom magħna ħafna żmien u mhux xi ħaġa li rat il-bidu tagħha riċentement, forsi li huwa differenti llum ikkumparat mal-imgħoddi hu l-fatt li l-immigrazzjoni qed issir b'mod aktar mgħaġġel minn qatt qabel u dan qed joħloq aktar sfidi lill-pajjiżi konċernati. Biex tkun tista' toħloq u timplimenta politika soċjali li taqdi l-ħtiġijiet ta' popolazzjoni li dejjem qed tevolvi jeħtieġ li tibda billi tifhem il-bidliet demografiċi li jkunu qed iseħħu madwarek. Ix-xena internazzjonali Il-popolazzjoni tad-dinja żdiedet b'biljun persuna bejn is-sena 2000 u s-sena 2010. Fis-sena 2000, il-popolazzjoni tad-dinja kienet tlaħħaq is- sitt biljun persuna filwaqt li għaxar snin wara, telgħet għal seba' biljun ruħ. Madankollu tajjeb nelenkaw il-fatt li 95% taż-żieda fil-popolazzjoni hija attribwita għall-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Skont in-Nazzjonijiet Uniti, il-kategorija ta' dawk li għandhom minn 80 sena 'l fuq qed jikber b'mod mgħaġġel aktar minn kategoriji oħra. Fl- Ewropa, il-persentaġġ ta' nies li għandhom aktar minn 65 sena, żdied minn 10.6% fl-1960 għal 14% fl-1991 u sal-2020, il-figuri mistennija li jitilgħu għal 30 fil-mija. Fl-2008, l-aktar ħames pajjiżi fejn fihom kienu jgħixu anzjani kienu l-Ġappun, l-Italja, il-Ġermanja il-Greċja u l-Iżvezja, filwaqt li l-inqas li kien hemm anzjani kienu ġewwa n-Norveġja, is-Serbja u l-Ungerija skony il-'US Census Bureau'. Ix-xena lokali Fl-1800 il-popolazzjoni Maltija kienet tammonta għal 100,000 biss, iżda dejjem maż-żmien bdiet tikber gradwalment. Matul il-'baby boom' (1946-1964) rajna li l-ibliet u l-irħula Maltin bdew jikbru għax bdew jitwieldu aktar tfal minkejja li f 'dak iż-żmien kellek hafna Maltin li bdew jemigraw biex issibu futur aħjar barra minn xtutna. Skont l-aħħar ċensiment irriżulta li l-popolazzjoni tal-gżejjer Maltin, tammonta għal madwar 417,423 persuna. Irridu ngħidu li f 'pajjiżna hawn madwar 100,000 li għandhom 'il fuq minn 60 sena. Normalment, l-irġiel f 'Malta jgħixu sa 79 filwaqt li n-nisa jgħixu ftit aktar, jiġifieri sa 83. F'Malta huwa mistenni jkun hawn żieda ta' 0.5 fil-mija fit-twelid ta' tfal sal- 2050. Interessanti huwa l-fatt li Ħal-Luqa huwa kkunsidrat bħala l-ixjaħ post filwaqt li f 'Pembroke, il-popolazzjoni hija l-iżgħar fl-età. L-integrazzzjoni ta' persuni barranin f 'pajjiżna In-numru ta' barranin li kienu jgħixu f 'Malta fl-1985 kien jammonta għal madwar 4,800 persuna. Minn dak iż-żmien lil hawn, in-numru ta' barranin li jgħixu f 'pajjiżna kiber ġmielu, fil-fatt illum hawn madwar 30,000 persuna li ġejjin minn 151 pajjiż differenti fostna, 32% minnhom huma immigranti. Kultant, tqum il-kwistjoni dwar x'se jiġri minn pajjiżna fil- futur, dan għaliex qed jitwieldu inqas tfal Maltin u dejjem qed jiżdiedu l-barranin li jiġu jgħixu hawn. Hemm min jibża', biex nieħdu eżempju, li Malta sa 50 sena oħra taf tiġi post ta' abitazzjoni bla ebda identità minħabba li jkun hawn jgħixu fiha nies minn ħafna pajjiżi differenti u l-Maltin jonqsu. Min-naħa l-oħra, hemm min huwa aktar kawt u jemmen li l-identità tinbidel maż-żmien, b'hekk huwa vitali li nitħalltu ma' persuni barranin, dan għaliex biex l-identità tkun tista' tarrikixxi u tkompli tevolvi, jeħtieġ li tkun integrata ma' oħrajn. Inħoss li huwa strumentali li nintegraw ma' persuni barranin li qed jiġu jgħixu fostna għax dejjem nistgħu nitgħallmu minn xulxin. F'dawn l-aħħar snin, speċjalment kemm ilna membri fl-Unjoni Ewropea, qed naraw aktar barranin li jiġu jinvestu u jaħdmu f 'pajjiżna u dan huwa importanti għax qed iħalli ħafna benefiċċji. Jeħtieġ li ma nħarsux lejn il-barranin bħala għedewwa tagħna iżda bħala inċentiv għal pajjiżna, madanakollu kif elenkat il-Ministru Helena Dalli meta tkellmet dwar dan is-suġġett ftit taż-żmien ilu, fejn qalet li jeħtieġ li jkun hemm ugwaljanza bejn il-ħaddiema Maltin u barranin u ħadd minnhom ma jiġi sfruttat. Min- naħa l-oħra bħala ċittadin Malti li għandi għal qalbi ħafna il- gżira fejn ngħix, ikolli nistqarr li kultant taqbadni ċertu biża' minħabba l-kwistjoni tal- identità ta' pajjiżna. Ninsab konxju li n-numru ta' barranin li jiġu f 'Malta qed jiżdied u se jkompli jiżdied fil-futur u b'hekk, kultant nistaqsi bejni u bejn ruħi jekk dan jistax jaffetwa l-identità tal-pajjiz fil-futur. Huwa minnu li meta tara l-istorja tinduna li dawn l-affarijiet minn dejjem kienu hemm, iżda d-differenza tal- lum hi li kif semmejt fil-bidu, il-bidliet qed isiru b'mod mgħaġġel ħafna u għalhekk mhux faċli li tintegra n-nies f 'temp qasir ta' żmien. Nindirizzaw l-isfidi li għanda quddiemna Nafu li hemm nuqqas ta' ħaddiema f 'diversi setturi ta' xogħol u d-domanda fuq is-servizzi tas-saħħa dejjem qed jiżdied. Apparti minn hekk, hemm il-problema tal- pensjonijiet, ħafna huma tal- fehma li dawn fil-futur mhux se jibqgħu aktar sostennibbli. F'dan l-istadju, jien inħoss li jeħtieġ li l-anzjani jibqgħu aktar attivi fis-suq tax-xogħol, inħeġġu aktar nisa joħorġu jaħdmu speċjalment dawk li għandhom-il fuq minn erbgħin sena, noħolqu aktar inċentivi biex persuni barranin jiġu jaħdmu f 'pajjiżna f 'tip ta' xogħol li hawn domanda għalih kif ukoll nagħtu inċentivi lil familji Maltin biex ikollhom aktar tfal b'mod li dan ikun jista' jsaħħah l-ekonomija tal-pajjiż. Kevinmercieca24@gmail.com Kif Naħsibha Kevin mercieca Ħarsa lejn il-bidliet demografiċi "Interessanti huwa l-fatt li Ħal-Luqa huwa kkunsidrat bħala l-ixjeħ post filwaqt li f 'Pembroke il- popolazzjoni hija l-iżgħar fl-età'" "Biex l-identità tkun tista' tarrikkixxi u tkompli tevolvi, jeħtieġ li tkun integrata ma' oħrajn"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015