Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 | illum 27 SportSillum SportSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT St Andrews ................ 0 Mosta ....................... 3 Mosta komplew jikkonvinċu bil-kbir meta għelbu lil st andrews bl- iskor ta' 3-0, biex b'hekk baqgħu b'punti massimi minn tliet logħbiet meta għandhom 9 punti. Kienu St Andrews li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluza fil-logħba meta wara biss 7 minuti logħob, minn ħarġa ħażina tal- goalkeeper ta' Mosta Omar Borg, approfitta bis-sħiħ il-captain Joseph Farrugia li pprova jqabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper ta' Mosta, bid-difensur versatili ta' Mosta, Tyrone Farrugia mgħejun mill- mimduda jirnexxielu jtajjar il-ballun momentarjament 'il bogħod mill-periklu. Iżda l-azzjoni ma ntemmitx hawn hekk kif il-ballun intemm għand Kyrian Nwoko li minn quddiem il-goalkeeper avversarju ra x-xutt bid- dawra fraġli tiegħu jiġi milqugħ f 'sigurtà mill- goalkeeper ta' St Andrews, Diego Rossetto. Mosta rrispondew għall- ewwel darba fis-27 minuta u mal-ewwel irnexxielhom jiftħu l-iskor meta minn corner dirett ta' Ian Zammit, il-ballun ħabat ma jdejn il-goalkeeper ta' St Andrews, Diego Rossetto, li deher inċert, qabel ma ntemm ġewwa. Mosta għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari fil-ftuħ tat-tieni taqsima u mall-ewwel ħarġu fuq l-offensiva hekk kif fid-49 minuta meta minn freekick ta''Ian Zammit, il-ballun spiċċa f 'saqajn Hassan Yau b'dan jixxuttja fil- baxx u l-goalkeeper ta' St Andrews itajjar il-ballun momentarjament. L-azzjoni kompliet hekk kif il-ballun wasal għand Edin Murga li ra l-ballun jaħbat mal-wieqfa, bi plejer Mosti jara x-xutt tiegħu jintemm għoli fuq il-lasti difiżi minn Diego Rossetto. Mosta rduppjaw l-iskor fis-66 minuta meta Dyson Falzon għadda ballun fit-tul lejn Edin Murga li avvanza tajjeb, daħal fil-kaxxa, dar mal- goalkeeper avversarju, qabel tefa' f 'lasta vojta. Mosta ssiġillaw ir-rebħa fl-84 minuta meta cross mil-lemin ta' Edin Murga qata' lid-difiża avversarja, bis-sostitut Saviour Fidelis prattikament waħdu jitfa' ġewwa mill-viċin. St Andrews: Rossetto, Cumbo, Andreis, Johnson, Williams, Casai, Guillaumier, Farrugia (Desira Buttigieg 70'), Camilleri, Nwoko, De Nguidal (Walker 60') Mosta: Borg, Farrugia, Micallef, Osa Guobadia, Falzon, Yau, Chukwide, Zammit (J. Brincat 71'), Micheletti (R. Grech 64'), Murga, Fredrick (Fidelis 83') Referi: Philip Farrugia EDIN MURGA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja t-tieni gowl minn 3 għal Mosta f'din il-logħba. Ingħaqad ma' Mosta mingħand Birkirkara lejn tmiem is-suq tat- trasferimenti li għadda. Mosta jkomplu jikkonvinċu bil-kbir u jibqgħu fil-quċċata Il-plejer ta' St Andrews Kyrian Nwoko jittanta xortih permezz ta' xutt bid-dawra indirizzat lejn il-lasti difiiżi minn Omar Borg bl-istess goalkeeper ta' Mosta finalment jispiċċa jilqa' l-ballun tajjeb Ritratt - Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015