Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 Meta bdejt tikkowċja l-Handball f 'Malta? Meta wasalt Malta kien Awwissu tal-2000 u mal-ewwel kont ingħaqadt mal-klabb ta' San Alwiġi u bdejt nittrenja magħhom bħala plejer. F'Diċembru tal-2000 imbagħad apparti li bqajt nilgħab bħala plejer, bdejt nikkowċja ukoll it-tim tal- irġiel. Min hemmhekk bdiet il-mixja tiegħi mal-klabb tal-Aloysians. Klabb li għalija huwa għal qalbi ħafna. Meta bdejt tikkowċja lit-tim tan- nisa ta' Aloysians? Bdejt nikkowċja lit-tim tan-nisa fl-2004. Il-kowċ li kellhom, kellu jieqaf u l-klabb kien avviċinani biex nieħu dan l-inkarigu. Kienet deċiżjoni diffiċli peress li diġà kont qed nikkowċja u nilgħab mat-tim tal-irġiel. Però fl-aħħar iddeċidejt li nilqa' din l-offerta, u b'hekk sirt il- kowċ tat-tim tan-nisa. X'ostakli u x'opportunitajiet sibt biex tikkowċja tim tan-nisa? It-tim tan-nisa dak iż-żmien kien għadu fil-bidu tiegħu. Kien tim li fil-kampjonat tan-nisa kien qiegħed fl-aħħar livell. Però dejjem kont nara ċertu grinta u sens ta' lealtà lejn il-klabb min-naħa tal-plejers. Kienet sfida għalija li b'xogħol iebes, training kontinwu li kien jiffoka fuq il-lat tekniku tal-Handball, u b'ħafna determinazzjoni, kemm min-naħa tiegħi bħala kowċ kif ukoll min-naħa ta' dawn il-plejers, bdejna nimxu 'l quddiem bħala tim. Kien hemm mentalità li dan it-tim ma kienx tajjeb, u l-ikbar ostaklu kien li ngħelbu dik il-mentalità. Kien hemm ħidma kbira mal-plejers li kienu diġà fit-tim biex noħorġu l-vera potenzjal tagħhom kif ukoll introduċejna plejers żgħar li kellhom talent u enerġija ġdida. Din il-formazzjoni bdiet tiffjorixxi, u fi ftit żmien, sabet postha fil-quċċata tat-timijiet tan- nisa fix-xena tal-Handball Malti. Dan kien vjaġġ inkredibbli, fejn kien hemm ħafna dubji fuq jekk kienx se jirnexxi. Iżda dawn it-tfajliet dejjem kienu jagħtu l-massimu tagħhom u jilagħbu b'qalb kbira, b'hekk id-dubji bdew jiġu sostitwiti minn rieda kbira u minn riżultati konkreti. Minn hemmhekk, bqajna mixjin 'il quddiem u dejjem konna fl-ewwel pożizzjonijiet tal-kampjonat. X'inhu l-iktar unur li s'issa tibqa' tgħożż ma' dan it-tim? Kellna bosta unuri, bosta rebħiet li jimmarkaw l-iżvilupp ta' dan it-tim. Meta għamilna l-qabża minn tim fl- aħħar pożizzjonijiet għal tim li beda jirbaħ, kienet unur personali għax bdejt nara kemm dawn il-plejers qed jieħdu minn dak li kont qed nipprova nittrażmettilhom, u bdejt nara l-bidla fil-mentalità tagħhom. Dak kien mument sinnifikanti ħafna għalija u kien mument fejn verament kont sodisfatt li jien kont kowċ ta' dawn il-plejers li kienu tant determinati. Però mument imprezzabbli għalija u għall-klabb tal-Aloysians, żgur li kien fl-istaġun 2010/2011 meta kemm it- tim tan-nisa kif ukoll it-tim tal-irġiel konna irbaħna l-unuri kollha dik is- sena: kemm it-titli tal-kampjonat, kif ukoll t-titli tan-Knock out. Dak kien mument indimentikabbli u li żgur jibqa' mniżżel bħala l-aqwa memorja fl-istorja tal-Aloysians Handball Klabb s'issa. Dak kien l-aħħar staġun tiegħi bħala kowċ taż-żewġ timijiet. Iddeskrivi ftit kif kien l-aħħar staġun li ntemm ftit tax-xhur ilu, għalik u għat-tim tiegħek. L-aħħar staġun kien staġun importanti wkoll għat-tim tan-nisa ta' Aloysians. L-għan tagħna bħala tim kien dak li nżommu l-livell tal-logħob biex b'hekk inżommu t-titlu tal-kampjonat għal sena oħra konsekuttiva. Tlifna żewġ plejers importanti ħafna għat-tim, Roslyn Fsadni u Stephanie Camilleri, li rtiraw bħala plejers. Dan in-nuqqas ħassejnih fil-formazzjoni tat- tim u kienet sfida kontinwa dan l-istaġun biex nippruvaw nibnu l-aħjar formazzjoni. Iż-żieda tal- plejer Rumena Dana Badea kienet essenzjali biex indaħħlu ingredjent ġdid u li jqanqal ċertu enerġija ġdida speċjalment fl-attakk. Brenda Mamo, il-captain tat-tim baqgħet pilastru fi ħdan dan it-tim. Dejjem mexxiet lit-tim b'mod grintuż u determinanti. Kienet u tibqa plejer li jien u t-tim nistgħu nafdaw fuqha. Iż-żieda ta' plejers żgħar u li għandhom talent u rieda, bħal Janice Bonnici, Jade Micallef u Andy Giusti issa laħqet l-għan tagħha fejn sabu posthom fit-tim u taw is-sehem tagħhom bis- sħiħ. Il-goalkeepers Marylyn Agius u Dorianne Tabone ma waqfux milli jkunu hemm għat-tim u fl-iktar mumenti ta' tensjoni kienu kruċjali biex iżżommu lit-tim fil-logħba. Kellna ukoll xi injuries li waqfu plejers importanti bħal Kristina Gatt milli jilagħbu iżda, dan it-tim, akkost tal-avversitajiet kollha, irnexxilu jerġa' għat-tieni sena konsekuttiva, jirbaħ il-kampjonat f 'dan l-istaġun. B'hekk, nista' ngħid li għalija dan SportSillum Il-moħħ wara s-suċċess tat-tim tan-nisa Cristian Antony Muscat Milos Stanisavljevic – kowċ tat-tim tan-nisa tal-Aloysians Handball Klabb, rebbieħa tal-kampjonat tal-Handball tan-nisa f'Malta dan l-istaġun. Bħala kowċ tal-irġiel ta' San Alwiġi, Stanisavljevic rebaħ disa' kampjonati u mat-tim tan-nisa dan huwa is-sitt kampjonat li kiseb. "It-tim tan-nisa ta' Aloysians Żmerċ, jibqa b'għan wieħed, li jaħdem bis-sħiħ biex jibqa jikseb l-aħjar riżultati" "Probabbilment, jista' jkun li nieqaf bħala kowċ tal-kbar u niffoka iktar fuq il-kategoriji taż-żgħar biex nerġgħu nibdew ninvestu fi plejers għall-futur"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015