Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

dik il-persuna li tgħin biex il-persuni jgħixu gidba? Jiġifieri li juru li jidhru mod meta fil-verità jkollhom dehra differenti? Illum kulħadd jaf li hawn programmi fuq il-kompjuter bħall-Photoshop li jagħmel il-mirakli, fejn bih kapaċi tirqaq mingħajr dieta u tidher iżgħar mingħajr ma tnaqqas l-età. "Ara kull ritratt f 'photoshoot jgħaddi mill-photoshop" qaltilna Janice, "Għax biex ikun professjonali trid tirranġalu d-dawl u d-dellijiet. Iżda mbagħad trid tirranġa d-difetti, fejn l-adolexxenti żgħar ikunu jixtiequ li tneħħilhom il-ponot. Imbagħad hemm min ikun irrid li tnaqqaslu żaqqu u d-dirgħajn, u jagħmlu l-ġilda qisha tal-plastik. In-nisa akbar fl-età barra li jnaqqsu ż-żaqq ikunu jridu li tneħħilhom it- tikmix u sidirhom jidher aktar wieqaf." Janice qalet li hi ma taqbilx mal-Photoshop u li lill-mudelli tagħha tagħtihom pariri biex ikunu naturali kemm jistgħu fir-ritratti, u jekk iridu jnaqqsu xi partijiet minn ġisimhom jistgħu jagħmlu dan b'dieta tajba, u b'taħriġ fil-gym, kif fil-fatt tagħmel hi, "Jien ma nħobbx nitmejjel bija nnifsi u għalhekk naħdem fuq il-figura tiegħi u mhux naħbiha bir- ritratti li jkunu rranġati." Janice qaltilna wkoll li l-editjar bil-Photoshop l-aktar li jeħodlok ħin, "per eżempju fuq persuna ta' ċertu kobor jekk teħodlok ritratti bil-bikini jew b'xi lingerie, ritratt wieħed editjat jeħodlok madwar siegħa speċjalment jekk ikun hemm xi 'string' li tidħol fil-laħam jew lingerie b'xi pattern vertikali." Dwar Facebook li taha aktar xogħol, Janice Azzopardi qaltilna, "Facebook għen, iżda kisser ukoll. Għax illum kull min għandu biċċa kamera u programm tal-Photoshop sar fotografu professjonali. Meta min hu professjonali mhux biss jistudja l-fotografija iżda jibqa' dejjem jaġġorna ruħu fil- Photoshop biex dejjem itejjeb il-prodott". Temmet tgħid li anke jekk hi personali ma taqbilx mal- Photoshop, xorta trid tużah skont x'jitlob il-klijent, "għax min iħallas għandu dritt jitlob dak kollu li jixtieq u li jista' jsir" temmet tgħid Janice. Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 | illum 9 "L-aktar persuna anzjana li għamilt photoshoot tagħha kellha 75 sena" ritratt jista' jkun gidba L-irġiel iħobbu juru l-fiżiku tagħhom Hemm mudelli li jieħdu photoshoot bħala reklam ta' xi ħanut tal-ħwejjeġ Il-fotografu tipparteċipa wkoll, tgħid li għaliha ma tużax photoshop- dak li tara hija hi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015